This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0435
Case C-435/22: Request for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht München (Germany) lodged on 1 July 2022 — Generalstaatsanwaltschaft München v HF
Kawża C-435/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Lulju 2022 – Generalstaatsanwaltschaft München vs HF
Kawża C-435/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Lulju 2022 – Generalstaatsanwaltschaft München vs HF
ĠU C 326, 29.8.2022, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Lulju 2022 – Generalstaatsanwaltschaft München vs HF
(Kawża C-435/22)
(2022/C 326/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Generalstaatsanwaltschaft München
Konvenut: HF
Domanda preliminari
L-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata fid-19 ta’ Ġunju 1990 f’Schengen, moqri flimkien mal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu l-estradizzjoni mill-awtoritajiet ta’ Stat kontraenti ta’ din il-konvenzjoni u Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lejn Stat terz ta’ ċittadin ta’ Stat terz li ma huwiex ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 20 TFUE, meta l-persuna kkonċernata tkun diġà ġiet definittivament ikkundannata minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea għall-istess fatti koperti mill-imsemmija talba għal estradizzjoni, meta tali sentenza tkun ġiet eżegwita, u meta d-deċiżjoni ta’ rifjut tal-estradizzjoni tal-imsemmija persuna lejn l-Istat terz tkun possibbli biss bi ksur ta’ ftehim bilaterali eżistenti mal-imsemmi Stat terz?