EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0374

Kawża C-374/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fit-8 ta’ Ġunju 2022 – XXX vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

ĠU C 326, 29.8.2022, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fit-8 ta’ Ġunju 2022 – XXX vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

(Kawża C-374/22)

(2022/C 326/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XXX

Konvenut: Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

Domandi preliminari

1)

“L-Artikoli 2(j) u 23 tad-‘Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija’ (1) għandhom jiġu interpretati bħala li japplikaw għall-missier ta’ żewġt itfal imwielda fil-Belġju u li ġew hemmhekk irrikonoxxuti bħala refuġjati filwaqt li l-Artikolu 2(j) hawn fuq iċċitat jippreċiża li l-membri tal-familja tal-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali, li huma koperti mid-Direttiva 2011/95, huma tali ““safejn il-familja tkun diġa’ eżistiet fil-pajjiż tal-oriġini”?

2)

“Il-fatt, invokat mir-rikorrenti fis-seduta, li wliedha jinsabu f’sitwazzjoni ta’ dipendenza fuqha u li l-aħjar interessi ta’ wliedha jeżiġu, skont ir-rikorrenti, li tingħatalha protezzjoni internazzjonali, jimplika, fid-dawl tal-premessi 18, 19 u 38 tad-Direttiva 2011/95, li l-kunċett ta’ membri tal-familja tal-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali, koperti mid-Direttiva 2011/95, jiġi estiż għal familja li ma kinitx teżisti fil-pajjiż tal-oriġini”?

3)

“Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel żewġ domandi preliminari, l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/95, li ma ġiex traspost fid-dritt Belġjan sabiex jipprovdi għall-għoti ta’ permess ta’ residenza jew protezzjoni internazzjonali lil missier ta’ tfal irrikonoxxuti bħala refuġjati fil-Belġju u li twieldu hemmhekk, jista’ jkollu effett dirett”?

4)

“Jekk iva, l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/95 jagħti, fl-assenza ta’ traspożizzjoni, lill-missier ta’ tfal irrikonoxxuti bħala refuġjati fil-Belġju u li twieldu hemmhekk id-dritt li jitlob il-benefiċċji msemmija fl-Artikoli 24 sa 35, inkluż permess ta’ residenza li jippermettilu jgħix legalment fil-Belġju mal-familja tiegħu, jew id-dritt li jikseb protezzjoni internazzjonali anki jekk dan il-missier ma jkunx jissodisfa individwalment il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex jikseb protezzjoni internazzjonali”?

5)

“L-effett utli tal-Artikolu 23 tad-Direttiva dwar Standards għall-Kwalifika, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 18 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u tal-premessi 18, 19 u 38 tad-Direttiva dwar Standards għall-Kwalifika, jobbliga lill-Istat Membru li ma jkunx adatta id-dritt nazzjonali tiegħu b’tali mod li l-membri tal-familja (fis-sens previst fl-Artikolu 2(j) tal-imsemmija direttiva jew li fir-rigward tagħhom hemm sitwazzjoni individwali ta’ dipendenza) tal-benefiċjarju ta’ tali status ikunu jistgħu, jekk ma jissodisfawx individwalment il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istess status, jasserixxu ċerti benefiċċji, jirrikonoxxi lill-imsemmija membri tal-familja dritt ta’ status ta’ refuġjat idderivat sabiex ikunu jistgħu jasserixxu l-imsemmija benefiċċji sabiex iżommu l-unità tal-familja”?

6)

“L-Artikolu 23 tad-Direttiva dwar Standards għall-Kwalifika, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 18 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-premessi 18, 19 u 38 tad-Direttiva dwar Standards għall-Kwalifika, jobbliga lill-Istat Membru li ma jkunx addatta d-dritt nazzjonali tiegħu b’tali mod li l-ġenituri ta’ refuġjat irrikonoxxut ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-benefiċċji elenkati fl-Artikoli 24 sa 35 tad-Direttiva, [jippermetti lil dawn il-ġenituri] jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali dderivata sabiex tingħata importanza fundamentali lill-aħjar interessi tal-wild u tiġi żgurata l-effettività tal-istatus ta’ refuġjat ta’ dan tal-aħħar”?


(1)  ĠU 2011, L 337, p. 9.


Top