EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0290

Kawża C-290/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tibunal Administrativo (il-Portugall) fit-3 ta’ Mejju 2022 – NOS-SGPS SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

ĠU C 318, 22.8.2022, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tibunal Administrativo (il-Portugall) fit-3 ta’ Mejju 2022 – NOS-SGPS SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-290/22)

(2022/C 318/34)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tibunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NOS-SGPS SA.

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

Kumpannija holding (SGPS) li għandha s-sede tagħha fil-Portugall, irregolata mid- Decreto-Lei (Digriet Liġi)Nru 495/88 tat-30 ta’ Diċembru 1988, li għandha bħala l-uniku għan tagħha l-ġestjoni ta’ azzjonijiet ta’ kumpanniji oħra li ma jagħmlux parti mis-settur tal-assigurazzjonijiet, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “istituzzjoni finanzjarja” msemmi fil-punt 22 tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1) u fil-punt 26 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2)?


(1)  ĠU 2013, L 176, p. 338, u r-rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 73, fil-ĠU 2017, L 20, p. 1, u fil-ĠU 2020, L 203, p. 95.

(2)  ĠU 2013, L 176, p. 1, u r-rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 68, fil-ĠU 2013, L 321, p. 6, u fil-ĠU 2017, L 20, p. 2.


Top