EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0287

Kawża C-287/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fit-3 ta’ Mejju 2022 – YQ, RJ vs Getin Noble Bank S.A.

ĠU C 318, 22.8.2022, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fit-3 ta’ Mejju 2022 – YQ, RJ vs Getin Noble Bank S.A.

(Kawża C-287/22)

(2022/C 318/33)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: YQ, RJ

Konvenut: Getin Noble Bank S.A.

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-prinċipji ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1) dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, jipprekludu interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali jew tal-ġurisprudenza nazzjonali li skontha l-qorti nazzjonali tista’, speċjalment b’teħid inkunsiderazzjoni tal-obbligi tal-konsumatur li jonora l-impenji tiegħu fil-konfront tal-bejjiegħ jew fornitur jew fil-konfront tas-sitwazzjoni finanzjarja tajba tal-bejjiegħ jew fornitur, tiċħad talba tal-konsumatur għal ordni, minn qorti, ta’ miżura provviżorja (li tiżgura l-azzjoni) li tikkonsisti fis-sospensjoni, għat-tul tal-proċedura, tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt li probabbilment ser jiġi rrikonoxxut bħala invalidu minħabba t-tneħħija tal-klawżoli inġusti li jinsabu fih?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


Top