Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0214

    Kawża C-214/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    ĠU C 191, 10.5.2022, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 191, 10.5.2022, p. 21–21 (GA)

    10.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 191/25


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    (Kawża C-214/22)

    (2022/C 191/33)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Manhaeve, A. Azéma, I. Zaloguin, aġenti)

    Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tikkonstata li peress li ma adottax mhux iktar tard mill-4 ta’ Ottubru 2016 id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 8(7), 9 u 10(2) tad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (1) jew, fi kwalunkwe każ, peress li ma kkomunikax dawn il-miżuri lill-Kummissjoni, il-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu bis-saħħa tal-Artikolu 12 tal-imsemmija direttiva;

    timponi fuq il-Lussemburgu, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 260(3) TFUE, il-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 7 096,50 għal kull ġurnata ta’ dewmien mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tal-Artikoli 8(7), 9 u 10(2) tad-Direttiva 2014/42;

    tikkundanna lil-Lussemburgu għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea tippermetti lill-Istati Membri jirkupraw b’mod iktar faċli l-qligħ magħmul mill-kriminali permezz tal-kriminalità organizzata. L-Istati Membri kellhom jittrasponu d-direttiva sal-4 ta’ Ottubru 2016. Il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ ksur fil-konfront tal-Lussemburgu f’Novembru 2016 u sussegwentement bagħtitlu opinjoni motivata f’Marzu 2019. Issa, sal-ġurnata tal-lum, il-Lussemburgu ma kkomunikatx lill-Kummissjoni t-traspożizzjoni sħiħa tad-direttiva fil-liġi nazzjonali tagħha.


    (1)  ĠU 2014, L 127, p. 39, rettifika fil-ĠU 2014, L 138, p. 114.


    Top