This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0209
Case C-209/22: Request for a preliminary ruling from the Rayonen sad Lukovit (Bulgaria) lodged on 18 March 2022 — Criminal proceedings
Kawża C-209/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Lukovit (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Marzu 2022 – Proċeduri kriminali
Kawża C-209/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Lukovit (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Marzu 2022 – Proċeduri kriminali
ĠU C 213, 30.5.2022, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 213, 30.5.2022, p. 32–32
(GA)
30.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/34 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Lukovit (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Marzu 2022 – Proċeduri kriminali
(Kawża C-209/22)
(2022/C 213/45)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Rayonen sad Lukovit (il-Bulgarija)
Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali
Rayonna prokuratura Lovech, teritorialno otdelenie Lukovit
Domandi preliminari
1) |
Il-fatti li fihom, waqt l-investigazzjoni dwar ksur marbut mal-pussess ta’ narkotiċi, miżuri ta’ koerċizzjoni jkunu ttieħdu fil-forma ta’ tfittxija fuq il-persuna u sekwestru kontra persuna fiżika li l-pulizija tissuspetta li hija fil-pussess ta’ narkotiċi, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (1), kif ukoll tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (2)? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, x’inhuwa l-istatus ta’ tali persuna fis-sens tad-Direttivi, meta d-dritt nazzjonali ma jirrikonoxxix il-kunċett legali ta’ “persuna ssuspettata” u meta l-persuna ma tkunx tqiegħdet taħt l-istatus ta’ “persuna akkużata” permezz ta’ notifika uffiċjali, u tali persuna għandha tingħata d-dritt li tiġi informata u li tirċievi informazzjoni kif ukoll li jkollha aċċess għal avukat? |
3) |
Il-prinċipju ta’ legalità u l-projbizzjoni tal-arbitrarjetà jawtorizzaw leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma huwa l-Artikolu 219(2) tan-Nakazatelno-protsesualen kodeks (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali), li jipprevedi li l-awtorità inkarigata bl-investigazzjoni tista’ wkoll tqiegħed lill-persuna taħt l-istatus ta’ persuna akkużata permezz tar-redazzjoni ta’ minuti tal-ewwel att ta’ investigazzjoni dirett kontriha, meta d-dritt nazzjonali ma jirrikonoxxix il-kunċett legali ta’ “persuna ssuspettata” u meta d-drittijiet tad-difiża jqumu, skont id-dritt nazzjonali, biss mill-mument li fih il-persuna kkonċernata titqiegħed taħt l-istatus ta’ “persuna akkużata”, li min-naħa tagħha titħalla fid-diskrezzjoni tal-awtorità inkarigata bl-investigazzjoni, u tali proċedura nazzjonali tippreġudika l-eżerċizzju effettiv u l-essenza nfisha tad-dritt ta’ aċċess għal avukat imsemmi fl-Artikolu 3(3)(b) tad-Direttiva 2013/48? |
4) |
Il-prinċipju ta’ effett utli tad-dritt tal-Unjoni jawtorizza prattika nazzjonali fejn l-istħarriġ ġudizzjarju tal-miżuri ta’ koerċizzjoni meħuda għall-finijiet tal-ġbir tal-provi, inklużi t-tfittxija fuq il-persuna u s-sekwestru matul l-investigazzjoni preliminari, ma jippermettix li jiġi vverifikat jekk twettaqx ksur suffiċjentement serju tad-drittijiet fundamentali tal-persuni ssuspettati u tal-persuni akkużati, iggarantiti permezz tal-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-Direttiva 2013/48 u d-Direttiva 2012/13? |
5) |
Il-prinċipju ta’ Stat tad-dritt jawtorizza dispożizzjonijiet u ġurisprudenza nazzjonali skont liema l-qorti ma hijiex awtorizzata tistħarreġ it-tqegħid ta’ persuna taħt l-istatus ta’ persuna akkużata, meta huwa preċiżament u esklużivament minn dan l-att formali li jiddependi l-għoti jew le tad-drittijiet tad-difiża lil persuna fiżika meta din tkun is-suġġett ta’ miżuri ta’ koerċizzjoni għall-finijiet tal-investigazzjoni? |