Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0207

    Kawża C-207/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fis-17 ta’ Marzu 2022 – Lineas – Concessões de Transportes SGPS, S.A. vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    ĠU C 318, 22.8.2022, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 318/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fis-17 ta’ Marzu 2022 – Lineas – Concessões de Transportes SGPS, S.A. vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    (Kawża C-207/22)

    (2022/C 318/28)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Lineas – Concessões de Transportes SGPS, S.A.

    Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

    Domanda preliminari

    Kumpannija holding (SGPS) li għandha bħala l-għan esklużiv tagħha l-ġestjoni ta’ azzjonijiet ta’ kumpanniji oħra, bħala forma indiretta ta’ eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi, u li, f’dan il-kuntest, takkwista u tippossjedi dawn l-ishma fit-tul, bħala regola mhux inferjuri għal 10 % tal-kapital azzjonarju tal-kumpanniji li tagħhom iżżomm l-azzjonijiet, fejn l-attività ta’ dawn il-kumpanniji tidħol fil-qafas tal-ġestjoni tal-infrastruttura ta’ trasport, li jinkludi l-konċepiment, il-kostruzzjoni u l-ġestjoni tat-toroq/awtostradi, tista’ titqies li hija “istituzzjoni finanzjarja” skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1) u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2)?


    (1)  ĠU 2013, L 176, p. 338, u r-rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 73, fil-ĠU 2017, L 20, p. 1, u fil-ĠU 2020, L 203, p. 95.

    (2)  ĠU 2013, L 176, p. 1, u r-rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 68, fil-ĠU 2013, L 321, p. 6, u fil-ĠU 2017, L 20, p. 2.


    Top