EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0191
Case C-191/22: Request for a preliminary ruling from the Conseil d’État (Belgium) lodged on 11 March 2022 — ME v État belge
Kawża C-191/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-11 ta’ Marzu 2022 – ME vs État belge
Kawża C-191/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-11 ta’ Marzu 2022 – ME vs État belge
ĠU C 213, 30.5.2022, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 213, 30.5.2022, p. 30–30
(GA)
30.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/32 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-11 ta’ Marzu 2022 – ME vs État belge
(Kawża C-191/22)
(2022/C 213/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: ME
Konvenut: État belge
Domanda preliminari
L-Artikoli 7 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u [l-Artikolu 4(1)(c)] tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1) kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ ċertezza legali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq l-Istat Membri l-obbligu li jieħdu inkunsiderazzjoni l-età tal-persuna li tkun qiegħda tfittex riunifikazzjoni, mhux matul is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja, iżda matul il-preżentata tat-talba għal protezzjoni internazzjonali tal-isponsor li jkun ġie rrikonoxxut bħala refuġjat u li jqisu li l-persuna li tkun qiegħda tfittex riunifikazzjoni tkun minuri, fis-sens tal-Artikolu 4[(1)(c)] tad-Direttiva 2003/86 meta hija kienet minuri fil-mument meta l-isponsor ikun ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu għall-ażil iżda li tkun saret maġġorenni qabel ma l-isponsor ikun kiseb l-istatus ta’ refuġjat u qabel ma tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.