This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0127
Case C-127/22: Request for a preliminary ruling from the Varhoven administrativen sad (Bulgaria) lodged on 22 February 2022 — Balgarska telekomunikatsionna kompania EAD v Direktor na Direktsia ‘Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika’ Sofia
Kawża C-127/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-22 ta’ Frar 2022 – “Balgarska telekomunikatsionna kompania” EAD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofija
Kawża C-127/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-22 ta’ Frar 2022 – “Balgarska telekomunikatsionna kompania” EAD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofija
ĠU C 191, 10.5.2022, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 191, 10.5.2022, p. 15–16
(GA)
10.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 191/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-22 ta’ Frar 2022 – “Balgarska telekomunikatsionna kompania” EAD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofija
(Kawża C-127/22)
(2022/C 191/24)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent:“Balgarska telekomunikatsionna kompania” EAD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofija
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 185(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li t-twarrib ta’ oġġetti, mifhum bħala t-tħassir ta’ assi jew ta’ inventarju mill-karta tal-bilanċ ta’ persuna taxxabbli minħabba li ma jkunx għadu mistenni li dawn l-oġġetti jiġġeneraw benefiċċju ekonomiku, pereżempju għaliex ma jkunux għadhom f’kundizzjoni tajba, ikunu difettużi, ma jkunux f’kundizzjoni li jintużaw jew ma jkunux jistgħu jintużaw skont l-għan tagħhom, jikkostitwixxi bidla fl-elementi użati sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tal-VAT li tista’ titnaqqas inkonnessjoni mat-taxxa diġà mħallsa fuq ix-xiri tal-oġġetti, liema bidla tkun seħħet wara l-preparazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-VAT konformement maż-Zakon za danak varhu dobavenata stoinost (il-Liġi dwar il-VAT, iktar ’il quddiem iż-“ZDDS”) u li għalhekk toħloq l-obbligu li jsir aġġustament f’dan l-ammont li jista’ jitnaqqas fil-każ li l-oġġetti mwarrba sussegwentement jinbiegħu bħala oġġetti elenkati fl-Anness Nru 2 fil-kuntest ta’ kunsinna taxxabbli? |
2) |
L-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-twarrib ta’ oġġetti, mifhum bħala t-tħassir ta’ assi jew ta’ inventarju mill-karta tal-bilanċ ta’ persuna taxxabbli minħabba li ma jkunx għadu mistenni li dawn l-oġġetti jiġġeneraw benefiċċju ekonomiku, pereżempju għaliex ma jkunux għadhom f’kundizzjoni tajba, ikunu difettużi, ma jkunux f’kundizzjoni li jintużaw jew ma jkunux jistgħu jintużaw skont l-għan tagħhom, jikkostitwixxi bidla fl-elementi użati sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tal-VAT li tista’ titnaqqas inkonnessjoni mat-taxxa diġà mħallsa fuq ix-xiri tal-oġġetti, liema bidla tkun seħħet wara l-preparazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-VAT konformement maż-ZDDS u li għalhekk toħloq l-obbligu li jsir aġġustament f’dan l-ammont li jista’ jitnaqqas fil-każ li l-oġġetti mwarrba sussegwentement jinqerdu jew jintremew u dan ikun ġie debitament ipprovat jew ikkonfermat? |
3) |
Fil-każ li l-ewwel u/jew it-tieni domanda jingħataw risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-twarrib ta’ oġġetti fiċ-ċirkustanzi esposti iktar ’il fuq jikkostitwixxi qerda jew telf debitament ipprovati jew ikkonfermati ta’ proprjetà, f’liema każ ma jkunx hemm l-obbligu li jsir aġġustament fir-rigward tat-taxxa tal-input imħallsa bħala VAT fuq ix-xiri tal-oġġetti? |
4) |
L-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex meħtieġ li jsir aġġustament fir-rigward tal-VAT tal-input imħallsa minħabba qerda jew telf debitament ipprovati jew ikkonfermati ta’ proprjetà fil-każ biss li l-qerda jew it-telf ikunu kkawżati minn ċirkustanzi li l-persuna taxxabbli ma għandhiex kontroll fuqhom u li ma setgħux jiġu previsti u evitati minn din tal-aħħar? |
5) |
Fil-każ li l-ewwel u/jew it-tieni domanda jingħataw risposta fin-negattiv, l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2006/112 jippermetti dispożizzjoni nazzjonali bħalma huma l-Artikolu 79(3) taż-ZDDS, fil-verżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016, u l-Artikolu 79(1) taż-ZDDS, fil-verżjoni mill-1 ta’ Jannar 2017, li tipprevedi r-rekwiżit li jsir aġġustament fir-rigward tal-VAT tal-input imħallsa fuq l-oġġetti mwarrba, u dan anki meta dawn tal-aħħar ikunu ġew sussegwentement mibjugħa fil-kuntest ta’ kunsinna taxxabbli ta’ oġġetti fis-sens tal-Anness Nru 2, jew ikunu nqerdu jew intremew u dan ikun ġie debitament ipprovat jew ikkonfermat? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.