Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0108

    Kawża C-108/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Frar 2022 – C. Sp. z o.o. (attwalment fi stralċ) vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

    ĠU C 284, 25.7.2022, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 284/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Frar 2022 – C. Sp. z o.o. (attwalment fi stralċ) vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

    (Kawża C-108/22)

    (2022/C 284/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Naczelny Sąd Administracyjny

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: C. Sp. z o.o. (attwalment fi stralċ)

    Konvenut: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 306 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat li jista’ japplika għal persuna taxxabbli li hija konsolidatur ta’ servizzi ta’ lukandi li ixtri kif ukoll tbigħ mill-ġdid servizzi ta’ akkomodazzjoni lil operaturi ekonomiċi oħra, fejn dawk it-tranżazzjonijiet ma huma akkumpanjati minn ebda servizz addizzjonali ieħor?


    (1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


    Top