EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0023

Kawża C-23/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fl-10 ta’ Jannar 2022 – Caxamar – Comércio e Indústria de Bacalhau SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

ĠU C 165, 19.4.2022, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 165, 19.4.2022, p. 22–22 (GA)

19.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fl-10 ta’ Jannar 2022 – Caxamar – Comércio e Indústria de Bacalhau SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-23/22)

(2022/C 165/35)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Caxamar – Comércio e Indústria de Bacalhau SA

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

L-interpretazzjoni korretta tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, moqrija flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (1) tas-16 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat, b’mod speċifiku l-Artikolu 1 u l-punt 11 tal-Artikolu 2 tiegħu, mar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000, kif ukoll mal-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tippermetti l-konklużjoni li, skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 22(1) tal-Código Fiscal do Investimento (il-Kodiċi Fiskali dwar l-Investiment), approvat permezz tad-Digriet Liġi Nru 162/2014 tal-31 ta’ Ottubru 2014 u l-Artikolu 1 u 2 tad-Digriet Ministerjali Nru 282/2014 tat-30 ta’ Diċembru 2014, l-attività ta’ pproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura relatati mal-“bakkaljaw immellaħ”, “bakkaljaw iffriżat”, u “‘bakkaljaw imlaħlaħ mill-melħ”, li jaqgħu taħt il-Kodiċi ta’ Attività Ekonomika 10204Rev3:, ma hijiex attività ta’ pproċessar ta’ prodott agrikolu għall-finijiet tal-għoti tal-għajnuna fiskali kkontemplata?


(1)  ĠU 2014, L 187, p. 1.

(2)  ĠU 2013, L 354, p. 1.


Top