Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0015

    Kawża C-15/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Jannar 2022 – RF vs Finanzamt G

    ĠU C 165, 19.4.2022, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 165, 19.4.2022, p. 21–22 (GA)

    19.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 165/26


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Jannar 2022 – RF vs Finanzamt G

    (Kawża C-15/22)

    (2022/C 165/34)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Appellant: RF

    Appellat: Finanzamt G

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat UE u tal-Artikoli 208 u 210 tat-Trattat FUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prassi amministrattiva nazzjonali li abbażi tagħha ma jkunx hemm rinunzja għat-taxxa jekk proġett ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp ikun iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp filwaqt li, taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun hemm rinunzja għat-taxxa fuq is-salarju li l-ħaddiem jirċievi abbażi ta’ kuntratt tax-xogħol għal attività marbuta mal-għajnuna pubblika għall-iżvilupp ipprovduta mill-Ġermanja fil-kuntest tal-kooperazzjoni teknika jew finanzjarja, li hija tal-inqas 75 % iffinanzjata minn ministeru federali responsabbli għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp jew minn kumpannija privata tal-għajnuna għall-iżvilupp li hija proprjetà tal-Istat?


    Top