This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CJ0477
Judgment of the Court (Third Chamber) of 9 November 2023.#ARST SpA – Azienda regionale sarda trasporti v TR and Others.#Request for a preliminary ruling from the Corte suprema di cassazione.#Reference for a preliminary ruling – Road transport – Harmonisation of certain social legislation – Regulation (EC) No 561/2006 – Article 3(a) – Concept of ‘route covered by the service in question [not exceeding] 50 km’ – Carriage by road by vehicles used for the carriage of passengers on regular services – Route covered by the service in question not exceeding 50 km – Non-application of Regulation No 561/2006 – Mixed-use vehicles – Article 4(e) and (j) – Concepts of ‘other work’ and ‘driving time’ – Article 6(3) and (5) – Total driving time over two consecutive weeks – Time spent driving a vehicle excluded from the scope of that regulation.#Case C-477/22.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Novembru 2023.
ARST SpA – Azienda regionale sarda trasporti vs TR et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Corte suprema di cassazione.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bit-triq – Armonizzazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni soċjali – Regolament (KE) Nru 561/2006 – Artikolu 3(a) – Kunċett ta’ ‘rotta tal-linja li ma taqbiżx il-50 kilometru’ – Trasport bit-triq imwettaq permezz ta’ vetturi użati għat-trasport tal-passiġġieri b’servizzi regolari – Rotta tal-linja li ma taqbiżx il-50 kilometru – Nuqqas ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006 – Vetturi għal użu mħallat – Artikolu 4(e) u (j) – Kunċetti ta’ ‘xogħol ieħor’ u ta’ ‘ħin tas-sewqan’ – Artikolu 6(3) u (5) – Total tal-ħin akkumulat ta’ sewqan matul kull ġimagħtejn konsekuttivi – Ħin ta’ sewqan ta’ vettura li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.
Kawża C-477/22.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Novembru 2023.
ARST SpA – Azienda regionale sarda trasporti vs TR et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Corte suprema di cassazione.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bit-triq – Armonizzazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni soċjali – Regolament (KE) Nru 561/2006 – Artikolu 3(a) – Kunċett ta’ ‘rotta tal-linja li ma taqbiżx il-50 kilometru’ – Trasport bit-triq imwettaq permezz ta’ vetturi użati għat-trasport tal-passiġġieri b’servizzi regolari – Rotta tal-linja li ma taqbiżx il-50 kilometru – Nuqqas ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006 – Vetturi għal użu mħallat – Artikolu 4(e) u (j) – Kunċetti ta’ ‘xogħol ieħor’ u ta’ ‘ħin tas-sewqan’ – Artikolu 6(3) u (5) – Total tal-ħin akkumulat ta’ sewqan matul kull ġimagħtejn konsekuttivi – Ħin ta’ sewqan ta’ vettura li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.
Kawża C-477/22.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:838
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
9 ta’ Novembru 2023 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bit-triq – Armonizzazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni soċjali – Regolament (KE) Nru 561/2006 – Artikolu 3(a) – Kunċett ta’ ‘rotta tal-linja li ma taqbiżx il-50 kilometru’ – Trasport bit-triq imwettaq permezz ta’ vetturi użati għat-trasport tal-passiġġieri b’servizzi regolari – Rotta tal-linja li ma taqbiżx il-50 kilometru – Nuqqas ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006 – Vetturi għal użu mħallat – Artikolu 4(e) u (j) – Kunċetti ta’ ‘xogħol ieħor’ u ta’ ‘ħin tas-sewqan’ – Artikolu 6(3) u (5) – Total tal-ħin akkumulat ta’ sewqan matul kull ġimagħtejn konsekuttivi – Ħin ta’ sewqan ta’ vettura li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament”
Fil-Kawża C‑477/22,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑12 ta’ Mejju 2022, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑15 ta’ Lulju 2022, fil-proċedura
ARST SpA – Azienda regionale sarda trasporti
vs
TR,
OS,
EK,
UN,
RC,
RS,
OA,
ZB,
HP,
WS,
IO,
TK,
ME,
SK,
TF,
TC,
ND,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn K. Jürimäe, Presidenta tal-Awla, N. Piçarra (Relatur), M. Safjan, N. Jääskinen u M. Gavalec, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: A. Rantos,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal ARST SpA – Azienda regionale sarda trasporti, minn S. Manso, avvocato, |
– |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Garofoli, avvocato dello Stato, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Malferrari, P. Messina u G. Wilms, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(a), tal-Artikolu 4(j), kif ukoll tal-Artikolu 6(3) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU 2006, L 102, p. 1, bir-rettifika fil-ĠU 2016, L 195, p. 83), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU 2014, L 60, p. 1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 561/2006”). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn ARST SpA – Azienda regionale sarda trasporti (iktar ’il quddiem “Arst”), kumpannija tat-trasport pubbliku lokali tar-Reġjun ta’ Sardegna (l-Italja), u diversi impjegati ta’ din il-kumpannija, dwar il-ħlas, minn Arst, ta’ allowance u/jew kumpens proporzjonali għas-sigħat ta’ mistrieħ mhux meħuda u għas-sigħat li jaqbżu l-ħin akkumulat ta’ sewqan matul kull ġimagħtejn konsekuttivi, mitlub minn dawn l-impjegati. |
Il‑kuntest ġuridiku
Id‑Direttiva 2002/15/KE
3 |
Il-punt 1 tal-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 224), jiddefinixxi l-kunċett ta’ “ħin tax-xogħol” kif ġej: “fil-każ ta’ ħaddiema mobbli: il-ħin mill-bidu sat-tmiem tax-xogħol, li matulu l-ħaddiem mobbli jkun fil-post tax-xogħol tiegħu, għad-dispożizzjoni ta’ min jimpjegah u jeżerċita l-funzjonijiet jew l-attivitajiet tiegħu, jiġifieri:
|
Ir‑Regolament Nru 561/2006
4 |
Il-premessi 17 u 24 tar-Regolament Nru 561/2006 jistipulaw:
[…]
|
5 |
Skont l-Artikolu 1 tiegħu, ir-Regolament Nru 561/2006 “jistabbilixxi r-regoli dwar il-ħinijiet ta’ sewqan, il-pawżi u l-perijodi ta’ mistrieħ għax-xufiera li jaħdmu fit-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bit-triq sabiex ikunu armonizzati l-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn il-modi ta’ trasport fuq l-art, speċjalment fir-rigward tas-settur tat-triq, u sabiex jittejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u s-sigurtà fit-triq” u “għandu l-għan ukoll li jippromwovi t-titjib fil-prattika ta’ monitoraġġ u ta’ infurzar mill-Istati Membri u t-tijib [titjib] fil-prattiċi ta’ xogħol fl-industrija tat-trasport bit-triq.” |
6 |
L-Artikolu 2(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi: “Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport bit-triq: […]
|
7 |
L-Artikolu 3 tal-istess regolament jipprovdi: “Dan ir-Regolament ma japplikax għat-trasport bit-triq permezz ta’:
[…]” |
8 |
L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 561/2006 huwa fformulat kif ġej: “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: […]
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]” |
9 |
L-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 561/2006 jipprovdi, fil-paragrafi 3 u 5 tiegħu: “3. It-total tal-ħin akkumulat tas-sewqan matul kull ġimagħtejn konsekuttivi ma għandux jeċċedi 90 siegħa. […] 5. Ix-xufier għandu jirreġistra bħala xogħol ieħor kull ħin li jagħmel kif deskritt fl-Artikolu 4(e) kif ukoll kull ħin li jagħmel isuq il-vettura wżata għal operazzjonijiet kummerċjali li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament […].” |
10 |
Skont kliem l-Artikolu 15 ta’ dan ir-regolament “[l]-Istati Membri għandhom jiżguraw illi x-xufiera tal-vetturi li għalihom issir referenza fl-Artikolu 3(a) huma ggvernati mir-regoli nazzjonali li jipprovdu protezzjoni xierqa fir-rigward tal-ħinijiet permessi tas-sewqan u l-pawżi u l-perijodi ta’ mistrieħ imposti [obbligatorji]”. |
Ir‑Regolament Nru 1073/2009
11 |
Il-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1073/2009 jiddefinixxi l-kunċett ta’ “servizzi regolari” bħala li “[j]fisser servizzi li jipprovdu għall-ġarr tal-passiġġieri f’intervalli speċifikati f’rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f’punti ta’ waqfien predeterminati”. |
Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari
12 |
Fil‑5 ta’ Settembru 2011, diversi xufiera tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, impjegati minn Arst, ippreżentaw rikors quddiem it-Tribunale di Oristano (il-Qorti Distrettwali ta’ Oristano, l-Italja) intiż sabiex din il-kumpannija tiġi kkundannata tħallashom allowance u/jew kumpens proporzjonali għas-sigħat ta’ mistrieħ mhux meħuda u għas-sigħat li jaqbżu l-ħin akkumulat ta’ sewqan matul kull ġimagħtejn konsekuttivi, bi ksur tar-Regolament Nru 561/2006. Dawn ix-xufiera sostnew li, minħabba l-ħinijiet tax-xogħol iffissati minn Arst matul il-perijodu ta’ bejn il‑11 ta’ April 2007, li hija d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, u s‑6 ta’ Diċembru 2010, l-ebda wieħed minnhom ma kien ibbenefika mill-“perijodu regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa”, fis-sens tal-Artikolu 4(h) tal-imsemmi regolament, u li kollha kemm huma qabżu l-ħin akkumulat ta’ sewqan matul kull ġimagħtejn konsekuttivi, imsemmi fl-Artikolu 6(3) tal-istess regolament. |
13 |
Arst, min-naħa tagħha, sostniet li r-Regolament Nru 561/2006 ma kienx applikabbli għal dawn ix-xufiera abbażi tal-Artikolu 3(a) tiegħu, peress li kien biss darba jew darbtejn li huma wettqu vjaġġi li jaqbżu l-limitu previst f’din id-dispożizzjoni u dan biss f’ċerti postijiet tax-xogħol. |
14 |
Dik il-qorti laqgħet l-imsemmi rikors fl-intier tiegħu, iżda naqqset b’50 % l-ammont tal-kumpens mitlub minn UN u TF minħabba l-perijodu ta’ xogħol iqsar tagħhom bħala xufiera. |
15 |
Arst appellat minn din id-deċiżjoni quddiem il-Corte d’appello di Cagliari (il-Qorti tal-Appell ta’ Cagliari, l-Italja). Permezz ta’ sentenza tal‑10 ta’ Marzu 2016, l-imsemmija qorti naqqset l-ammont li l-qorti tal-ewwel istanza kienet ikkundannat lil Arst tħallas lill-imsemmija xufiera u ċaħdet il-kumplament tar-rikors. |
16 |
Il-Corte d’appello di Cagliari (il-Qorti tal-Appell ta’ Cagliari), minn naħa, iddeċidiet li l-kunċett ta’ “vjaġġ”, fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006, jindika, fit-trasport mhux urban, il-vjaġġ totali mwettaq mix-xufier matul ġurnata ta’ xogħol, b’tali mod li l-kilometraġġ tal-vjaġġi kollha mwettqa mix-xufier matul din il-ġurnata ta’ xogħol għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk inqabiżx il-limitu ta’ 50 kilometru previst f’din id-dispożizzjoni. Min-naħa l-oħra, hija qieset, fid-dawl tal-Artikolu 4(j) u (k) ta’ dan ir-regolament, li l-“ħin ta’ sewqan ta’ kuljum” jikkoinċidi mal-ġurnata tax-xogħol u, għalhekk, ċaħdet l-argument ta’ Arst li jgħid li, sabiex jiġi vverifikat jekk it-total tal-ħin akkumulat ta’ sewqan matul kull ġimagħtejn konsekuttivi, previst fl-Artikolu 6(3) tal-imsemmi regolament, ġiex osservat biss, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni biss il-ħin tas-sewqan. |
17 |
Arst ippreżentat appell quddiem il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja), li hija l-qorti tar-rinviju, li permezz tiegħu hija tikkontesta l-interpretazzjoni adottata mill-Corte d’appello di Cagliari (il-Qorti tal-Appell ta’ Cagliari) fis-sentenza tagħha tal‑10 ta’ Marzu 2016 kemm tal-kunċett ta’ “rotta”, fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006, kif ukoll tal-kunċett ta’ “total tal-ħin akkumulat ta’ sewqan matul kull ġimagħtejn konsekuttivi”, imsemmi fl-Artikolu 6(3) ta’ dan ir-regolament. |
18 |
Dik il-qorti tosserva, minn naħa li Arst tiggarantixxi t-trasport bit-triq ta’ passiġġieri f’intervalli speċifikati f’rotot speċifiċi, fejn il-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f’punti ta’ waqfien predeterminati. Min-naħa l-oħra, peress li r-Regolament Nru 561/2006, skont l-Artikolu 3(a) tiegħu, ma japplikax għat-trasport bit-triq imwettaq minn vetturi użati għat-trasport tal-passiġġieri permezz ta’ servizzi regolari li r-rotta tal-linja tagħhom ma taqbiżx il-50 kilometru, l-imsemmija qorti għandha dubji jekk it-terminu “rotta” jindikax l-itinerarju stabbilit mill-impriża kkonċernata għall-finijiet tal-ħlas tal-biljett tat-trasport, kif jidher li jista’ jiġi dedott, fil-fehma tagħha, mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li tirreferi għar-rotta “tal-linja”. Hija fl-istess ħin tistaqsi jekk dan it-terminu jindikax pjuttost il-kilometri magħmula minn xufier fil-vettura matul ġurnata ta’ xogħol, anki jekk ikopri diversi itinerarji, kif jidher li jista’ jiġi dedott mill-għan tar-Regolament, jiġifieri, skont il-premessa 17 tiegħu, li “jtejjeb il-kondizzjonijiet soċjali għall-impjegati li jaqgħu taħtu, kif ukoll li jtejjeb is-sigurtà ġenerali fit-triq”. |
19 |
Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li l-ewwel domanda tirriżulta mill-fatt li Arst tipprovdi s-servizz regolari ta’ trasport tal-passiġġieri fuq diversi itinerarji differenti u li x-xufiera tagħha jkopru diversi itinerarji matul l-istess jum ta’ xogħol u bl-istess vettura. Dik il-qorti tosserva wkoll li vetturi użati għal dan is-servizz jintużaw b’mod imħallat għal vjaġġi kemm ta’ inqas minn kif ukoll ta’ iktar minn 50 kilometru u tirrileva li, konformement mas-sentenza tad-9 ta’ Settembru 2021, Ministère public (Sanzjonijiet extraterritorjali) (C‑906/19, EU:C:2021:715), ir-Regolament Nru 561/2006 japplika għall-vetturi użati b’dan il-mod. Madankollu, hija tal-fehma li użu mħallat ma jimplikax li t-trasport kollu pprovdut minn ASTR jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament. |
20 |
F’dak li jirrigwarda, barra minn hekk, l-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 561/2006, il-qorti tar-rinviju għandha dubji jekk, sabiex jiġi evalwat jekk it-total tal-ħin akkumulat ta’ sewqan matul kull ġimagħtejn konsekuttivi ġiex osservat, hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni biss il-“ħin(ijiet) tas-sewqan” irreġistrati, fis-sens tal-Artikolu 4(j) ta’ dan ir-regolament, matul dawn il-ġimagħtejn, jew inkella għandu jittieħed inkunsiderazzjoni ukoll kull “xogħol ieħor” imwettaq mix-xufier ikkonċernat, fis-sens tal-Artikolu 6(5) tal-imsemmi regolament. Dik il-qorti tqis li ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat b’mod ċar jekk dan ix-“xogħol ieħor” huwiex jew ma huwiex rilevanti għall-kalkolu tat-total tal-ħin akkumulat ta’ sewqan matul kull ġimagħtejn konsekuttivi, stabbilit fl-imsemmi Artikolu 6(3). Hija tosserva li l-Corte d’appello di Cagliari (il-Qorti tal-Appell ta’ Cagliari) ċaħdet l-argument ta’ Arst li jgħid li, għal dan il-għan, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni biss il-ħin li x-xufier iqatta’ jsuq. |
21 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id‑domandi preliminari
Fuq l‑ewwel domanda
22 |
L-ewwel domanda preliminari tinqasam f’żewġ partijiet, li għandhom jiġu eżaminati suċċessivament. |
Fuq l‑ewwel parti tal‑ewwel domanda
23 |
Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “rotta tal-linja li ma taqbiżx il-50 kilometru” jikkorrispondi għall-kilometraġġ tal-itinerarju stabbilit mill-impriża tat-trasport għas-servizzi regolari ta’ trasport tal-passiġġieri li hija tipprovdi. |
24 |
Il-kunċett ta’ “rotta tal-linja” ma huwiex iddefinit mir-Regolament Nru 561/2006 u l-Artikolu 3(a) tiegħu ma jinkludi ebda riferiment għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiddefinixxu tali kunċett. Għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, għandu għalhekk isir riferiment kemm għas-sens abitwali tat-termini ta’ dan il-kunċett fil-lingwaġġ kurrenti, kif ukoll għall-kuntest tiegħu u għall-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Lulju 2022, Pricoforest, C‑13/21, EU:C:2022:531, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
25 |
Fil-lingwaġġ kurrenti, it-terminu “rotta” jirreferi għal itinerarju jew vjaġġ, li jitwettaq jew li għandu jitwettaq, b’mod partikolari bit-triq, li jgħaqqad punt ta’ tluq ma’ punt ta’ wasla. It-terminu “linja” jirreferi għal linja kontinwa li tgħaqqad dawn il-punti. |
26 |
Il-formulazzjoni tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006 tirreferi għalhekk għal distanza konkreta, li diġà ġiet koperta jew li għad trid tiġi koperta, bit-triq insegwitu għal vjaġġ li jgħaqqad punt ta’ tluq ma’ punt ta’ wasla, sabiex jiġi żgurat it-trasport tal-passiġġieri permezz ta’ servizzi regolari li għalihom hija użata l-vettura kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Lulju 2022, Pricoforest, C‑13/21, EU:C:2022:531, punt 24). Din il-formulazzjoni ma tinkludi ebda riferiment għad-distanza effettivament koperta, bit-triq, minn xufier matul perijodu ta’ xogħol partikolari, jew għad-distanza massima koperta mill-vettura kkonċernata mill-punt tat-tluq tagħha. |
27 |
Il-kunċett ta’ “servizzi regolari” huwa ddefinit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1073/2009, li għalih jirreferi l-Artikolu 4(n) tar-Regolament Nru 561/2006, bħala “servizzi li jipprovdu għall-ġarr tal-passiġġieri f’intervalli speċifikati f’rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f’waqfiet predeterminati”. Il-kunċett ta’ “vjaġġ determinat” jeskludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ kull distanza effettivament kopert, bit-triq, minn xufier matul perijodu ta’ xogħol partikolari, jew tad-distanza massima koperta mill-vettura kkonċernata mill-punt tat-tluq tagħha, li jmorru lil hinn minn dan il-vjaġġ. |
28 |
Għaldaqstant, il-kunċett ta’ “rotta tal-linja li ma taqbiżx il-50 kilometru”, fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006 għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal vjaġġ determinat, li ma jaqbiżx din id-distanza, li jgħaqqad punt ta’ tluq ma’ punt ta’ wasla u jaqdi, jekk ikun il-każ, waqfiet intermedjarji stabbiliti minn qabel itellgħu jew iniżżlu lill-vjaġġaturi. Tali trasport bit-triq tal-passiġġieri huwa għalhekk, skont din id-dispożizzjoni, eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk ix-xufiera ddedikati għal dan ix-xogħol ikoprux diversi minn dawn il-vjaġġi matul l-istess jum ta’ xogħol u bl-istess vettura. |
29 |
Fi kwalunkwe każ, hekk kif irrilevat il-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, ix-xufiera tal-vetturi li għalihom ir-Regolament Nru 561/2006, skont l-Artikolu 3(a) tiegħu, ma japplikax, għandhom, konformement mal-Artikolu 15 ta’ dan ir-regolament, moqri fid-dawl tal-premessa 24 tiegħu, ikunu suġġetti għal regoli nazzjonali intiżi li jiżguraw protezzjoni xierqa kemm fir-rigward tal-ħinijiet ta’ sewqan permessi kif ukoll fir-rigward tal-pawżi u tal-perijodi ta’ mistrieħ obbligatorji. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għandha, fi kwalunkwe każ, tosserva r-regoli stabbiliti mid-Direttiva 2002/15, f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, tal-ħinijiet tax-xogħol, tal-pawża u tal-mistrieħ. |
30 |
Fid-dawl tar-raġunijiet esposti iktar ’il fuq, hemm lok li r-risposta għall-ewwel parti tal-ewwel domanda tkun li l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “rotta tal-linja li ma taqbiżx il-50 kilometru” jikkorrispondi għall-itinerarju stabbilit mill-impriża tat-trasport, li ma jaqbiżx din id-distanza, li l-vettura kkonċernata għandha tkopri bit-triq sabiex tgħaqqad punt ta’ tluq ma’ punt ta’ wasla u taqdi, jekk ikun il-każ, waqfiet intermedjarji stabbiliti minn qabel, sabiex tiżgura t-trasport tal-passiġġieri permezz tas-servizz regolari li għalih hija ddedikata. |
Fuq it‑tieni parti tal‑ewwel domanda
31 |
Permezz tat-tieni parti tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 2(1)(b) u tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dan ir-regolament japplika għat-trasport bit-triq kollu mwettaq mill-impriża kkonċernata, meta l-vetturi użati għat-trasport tal-passiġġieri permezz ta’ servizzi regolari jintużaw sabiex ikopru, prinċipalment, rotot tal-linja li ma jaqbżux il-50 kilometru u, okkażjonalment, ir-rotot tal-linja li jaqbżu l-50 kilometru. |
32 |
Qabel kollox, għandu jitfakkar li, fir-rigward tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri mwettaq permezz ta’ servizzi regolari, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006 huwa ddeterminat, minn naħa, fl-Artikolu 2(1)(b) tiegħu, li jipprovdi li dan ir-regolament japplika għat-trasport bit-triq tal-passiġġieri mwettaq b’vetturi li huma magħmula jew addattati b’mod permanenti sabiex iġorru aktar minn disa’ persuni inkluż ix-xufier, u li huma intiżi għal dan l-użu. |
33 |
Minn naħa, skont kliem l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006, dan ir-regolament ma japplikax għat-trasport bit-triq imwettaq permezz ta’ “vetturi wżati għat-trasport tal-passiġġieri b’servizzi regolari fejn ir-rotta [tal-linja] koperta minn dan is-servizz ma taqbiżx il-50 kilometru”. Sa fejn din id-dispożizzjoni tintroduċi eċċezzjoni għall-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, din għandha tiġi interpretata b’mod strett, b’tali mod li l-effetti tagħha ma jiġux estiżi lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi li din l-eċċezzjoni hija intiża li tiggarantixxi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Settembru 2021, Ministère public (Sanzjonijiet extraterritorjali), C‑906/19, EU:C:2021:715, punt 33). |
34 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, meta, bħal f’dan il-każ, impriża tiżgura t-trasport tal-passiġġieri permezz ta’ servizzi regolari li r-rotta tal-linja tagħhom taqbeż il-50 kilometru, imwettqa minn vetturi li normalment huma ddedikati għat-trasport ta’ passiġġieri permezz ta’ servizzi regolari li r-rotta tal-linja tagħhom ma taqbiżx il-50 kilometru, tali użu mħallat ma jistax jirrendi r-Regolament Nru 561/2006 applikabbli għat-trasport regolari kollu tal-passiġġieri mwettaq minn din l-impriża. Fil-fatt, it-trasport tal-passiġġieri permezz ta’ servizzi regolari li r-rotta tal-linja tagħhom ma taqbiżx il-50 kilometru huwa espressament eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament bis-saħħa tal-Artikolu 3(a) tiegħu. |
35 |
Fid-dawl tar-raġunijiet esposti iktar ’il fuq, hemm lok li r-risposta għat-tieni parti tal-ewwel domanda tkun li d-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 2(1)(b) u tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dan ir-regolament ma japplikax għat-trasport bit-triq kollu mwettaq mill-impriża kkonċernata, meta l-vetturi użati għat-trasport tal-passiġġieri permezz ta’ servizzi regolari jintużaw sabiex ikopru, prinċipalment, rotot tal-linja li ma jaqbżux il-50 kilometru u, okkażjonalment, rotot tal-linja li jaqbżu l-50 kilometru. Dan ir-regolament japplika biss meta din ir-rotta taqbeż il-50 kilometru. |
Fuq it‑tieni domanda
36 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 561/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “total tal-ħin akkumulat ta’ sewqan matul kull ġimagħtejn konsekuttivi”, li jinsab f’din id-dispożizzjoni, ikopri, minbarra l-“ħin ta’ sewqan”, fis-sens tal-Artikolu 4(j) ta’ dan ir-regolament, kull “xogħol ieħor”, fis-sens tal-Artikolu 6(5) tal-imsemmi regolament, imwettaq mix-xufier matul dawn il-ġimagħtejn. |
37 |
Skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 561/2006, it-“total tal-ħin akkumulat tas-sewqan matul kull ġimagħtejn konsekuttivi ma għandux jeċċedi 90 siegħa”. |
38 |
Il-verżjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni b’mod partikolari bl-Ispanjol, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bl-Ungeriż u bil-Portugiż jirreferu għall-kunċett ta’ “ħin ta’ sewqan”, iddefinit fl-Artikolu 4(j) ta’ dan ir-regolament, bħala t-“tul ta’ attività tas-sewqan irreġistrata” konformement mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 165/2014. Min-naħa l-oħra, l-espressjoni “periodo di guida”, li tinsab fil-verżjoni bil-lingwa Taljana tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 561/2006, tikkorrispondi għall-kunċett ta’ “perijodu ta’ sewqan”, iddefinit fl-Artikolu 4(q) ta’ dan tal-aħħar bħala “l-ħin ta’ sewqan akkumulat minn meta xufier jibda jsuq wara perijodu ta’ mistrieħ jew pawża sakemm hu jieħu perijodu ta’ mistrieħ jew pawża” fejn huwa speċifikat li “l-perijodu ta’ sewqan jista’ jkun kontinwu jew imqassam”. |
39 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li kemm il-kunċett ta’ “tul ta’ sewqan” kif ukoll dak ta’ “perijodu ta’ sewqan”, fis-sens tal-Artikolu 4(j) u (q) tar-Regolament Nru 561/2006, jirreferu għat-terminu ta’ żmien li s-sewwieq jgħaddi sabiex isuq, anki jekk l-ewwel kunċett ikopri biss il-perijodu ta’ żmien irreġistrat. |
40 |
Min-naħa l-oħra, il-kunċett ta’ “xogħol ieħor” huwa ddefinit fl-Artikolu 4(e) tar-Regolament Nru 561/2006 bħala “l-attivitajiet kollha li huma definiti bħala ħin ta’ xogħol”, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2002/15 “ħlief ‘sewqan’”. Skont din l-aħħar dispożizzjoni, il-“ħin tax-xogħol” jinkludi b’mod partikolari, “il-ħin iddedikat għall-attivitajiet kollha tat-trasport fit-toroq” b’mod partikolari s-“sewqan”, “it-tagħbija u l-ħatt”, “l-għajnuna lill-passiġġieri biex jitilgħu u jinżlu minn fuq il-vettura”, “it-tindif u l-manteniment tekniku” u “x-xogħol l-ieħor kollu intiż biex jassigura s-sigurtà tal-vettura, it-tagħbija u l-pasiġġieri tagħha jew biex jitwettqu l-obbligazzjonijiet legali jew regolatorji direttament marbuta ma’ l-operazzjoni speċifika tat-trasport li tkun isseħħ”. |
41 |
Minn dan jirriżulta li l-kunċetti ta’ “ħin ta’ sewqan” u ta’ “perijodu ta’ sewqan”, fis-sens tal-Artikolu 4(j) u (q) tar-Regolament Nru 561/2006, ikopru biss l-attività ta’ sewqan u mhux l-attivitajiet kollha mwettqa mix-xufier matul il-ħin tax-xogħol tiegħu. |
42 |
Barra minn hekk, l-Artikolu 6(5) tar-Regolament Nru 561/2006 jimponi fuq ix-xufier l-obbligu li jirreġistra bħala “xogħol ieħor”, mhux biss “kull ħin li jagħmel kif deskritt fl-Artikolu 4(e) [ta’ dan ir-regolament]”, jiġifieri, kull attività, bl-eċċezzjoni tas-sewqan, iddefinita bħala “ħin tax-xogħol”, iżda wkoll “kull ħin li jagħmel isuq il-vettura wżata għal operazzjonijiet kummerċjali li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni [tal-imsemmi] regolament”. |
43 |
Minn dan isegwi li, sabiex jiġi kkalkolat it-total tal-ħin akkumulat ta’ sewqan matul kull ġimagħtejn konsekuttivi, li ma għandux jaqbeż id-90 siegħa, konformement mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 561/2006, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss il-perijodi ta’ ħin li x-xufier iqatta’ jsuq u li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament. Fil-fatt, il-fatt li f’tali kalkolu jiġi inkluż il-ħin li x-xufier iqatta’ jsuq vettura li għaliha dan ir-regolament ma japplikax, bis-saħħa tal-Artikolu 3(a) tiegħu, ikun tfisser li trasport bit-triq espressament eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6(3) tal-imsemmi regolament jiġi inkluż taħt l-imsemmi artikolu. |
44 |
Fid-dawl tar-raġunijiet esposti iktar ’il fuq hemm lok li r-risposta għat-tieni domanda tkun li l-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 561/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “total tal-ħin akkumulat ta’ sewqan matul kull ġimagħtejn konsekuttivi”, li jinsab f’din id-dispożizzjoni, ikopri biss il-“ħin ta’ sewqan”, fis-sens tal-Artikolu 4(j) ta’ dan ir-regolament, bl-esklużjoni ta’ kull “xogħol ieħor”, fis-sens tal-Artikolu 6(5) tal-imsemmi regolament, imwettaq mix-xufier matul dawn il-ġimagħtejn. |
Fuq l‑ispejjeż
45 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.