This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CJ0070
Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 27 April 2023.#Viagogo AG v Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni (AGCOM) and Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (AGCM).#Request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato.#Reference for a preliminary ruling – Electronic commerce – Directive 2000/31/EC – Article 1 – Scope – Article 2(c) – Concept of ‘established service provider’ – Article 3(1) – Provision of information society services by a provider established on the territory of a Member State – Company established on the territory of the Swiss Confederation – Inapplicability ratione personae – Article 56 TFEU – Agreement between the European Community and its Member States, of the one part, and the Swiss Confederation, of the other, on the free movement of persons – Scope – Prohibition of restrictions on the cross-frontier provision of services not exceeding 90 days per calendar year – Provision of services in Italy for a period exceeding 90 days – Inapplicability ratione personae – Article 102 TFEU – Nothing in the order for reference enabling a link to be established between the dispute in the main proceedings and any abuse of a dominant position – Inadmissibility.#Case C-70/22.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ April 2023.
Viagogo AG vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni u Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato(AGCM).
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa minn Consiglio di Stato.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kummerċ elettroniku – Direttiv 2000/31/KE – Artikolu 1 – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(c) – Kunċett ta’ ‘min hu stabbilit li jipprovdi servizz’ – Artikolu 3(1) – Provvista ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni pprovduti minn min hu stabbilit li jipprovdi servizz fit-territorju ta’ Istat Membru – Kumpannija stabbilita fit-territorju tal-Konfederazzjoni Svizzera – Inapplikabbiltà ratione personae – Artikolu 56 TFUE – Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni – Projbizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-provvista ta’ servizzi transkonfinali li ma jaqbiżx tul ta’ 90 jum għal kull sena kalendarja – Provvista ta’ servizzi fl-Italja għal perijodu ta’ iktar minn 90 jum – Inapplikabbiltà ratione personae – Artikolu 102 TFUE – Assenza ta’ kull element fid-deċiżjoni tar-rinviju li jippermetti li tiġi stabbilita rabta bejn il-kawża prinċipali u abbuż possibbli ta’ pożizzjoni dominanti – Inammissibbiltà.
Kawża C-70/22.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ April 2023.
Viagogo AG vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni u Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato(AGCM).
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa minn Consiglio di Stato.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kummerċ elettroniku – Direttiv 2000/31/KE – Artikolu 1 – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(c) – Kunċett ta’ ‘min hu stabbilit li jipprovdi servizz’ – Artikolu 3(1) – Provvista ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni pprovduti minn min hu stabbilit li jipprovdi servizz fit-territorju ta’ Istat Membru – Kumpannija stabbilita fit-territorju tal-Konfederazzjoni Svizzera – Inapplikabbiltà ratione personae – Artikolu 56 TFUE – Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni – Projbizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-provvista ta’ servizzi transkonfinali li ma jaqbiżx tul ta’ 90 jum għal kull sena kalendarja – Provvista ta’ servizzi fl-Italja għal perijodu ta’ iktar minn 90 jum – Inapplikabbiltà ratione personae – Artikolu 102 TFUE – Assenza ta’ kull element fid-deċiżjoni tar-rinviju li jippermetti li tiġi stabbilita rabta bejn il-kawża prinċipali u abbuż possibbli ta’ pożizzjoni dominanti – Inammissibbiltà.
Kawża C-70/22.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:350
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla)
27 ta’ April 2023 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kummerċ elettroniku – Direttiv 2000/31/KE – Artikolu 1 – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(c) – Kunċett ta’ ‘min hu stabbilit li jipprovdi servizz’ – Artikolu 3(1) – Provvista ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni pprovduti minn min hu stabbilit li jipprovdi servizz fit-territorju ta’ Istat Membru – Kumpannija stabbilita fit-territorju tal-Konfederazzjoni Svizzera – Inapplikabbiltà ratione personae – Artikolu 56 TFUE – Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni – Projbizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-provvista ta’ servizzi transkonfinali li ma jaqbiżx tul ta’ 90 jum għal kull sena kalendarja – Provvista ta’ servizzi fl-Italja għal perijodu ta’ iktar minn 90 jum – Inapplikabbiltà ratione personae – Artikolu 102 TFUE – Assenza ta’ kull element fid-deċiżjoni tar-rinviju li jippermetti li tiġi stabbilita rabta bejn il-kawża prinċipali u abbuż possibbli ta’ pożizzjoni dominanti – Inammissibbiltà”
Fil-Kawża C‑70/22,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑27 ta’ Jannar 2022, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑1 ta’ Frar 2022, fil-proċedura
Viagogo AG
vs
Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni (AGCOM),
Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (AGCM),
fil-preżenza ta’:
Ticketone SpA,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),
komposta minn M. L. Arastey Sahún, Presidenta de chambre, N. Wahl (Relatur) u J. Passer, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Szpunar,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal Viagogo AG, minn E. Apa, E. Foco, M.V. La Rosa, E. Marasà, M. Montinari u I. Picciano, avvocati, |
– |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn R. Guizzi u F. Varrone, avvocati dello Stato, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Angeli, S. Kalėda, U. Małecka u L. Malferrari, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399), moqrija flimkien mal-Artikolu 56 TFUE, u, min-naħa l-oħra mal-Artikoli 102 u 106 TFUE. |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Viagogo AG, kumpannija stabbilita f’Genève (l-Isvizzera), minn naħa, u min-naħa l-oħra, l-Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni (AGCOM, l-Awtorità għall-Garanziji fil-Komunikazzjonijiet, l-Italja) u l-Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (AGCM, l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tar-Regoli tas-Suq, l-Italja), dwar multa ta’ EUR 3700000 imposta fuq Viagogo minn l-AGCOM. |
Il‑kuntest ġuridiku
Il‑Ftehim KE‑Svizzera
3 |
Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, iffirmat fil‑21 ta’ Ġunju 1999 fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu) seba’ ftehimiet, inkluż il-ftehim dwar il-moviment ħieles tal-persuni (ĠU 2009, L 353, p. 71, iktar ’il quddiem il-“Ftehim KE-Svizzera”). Permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, tal‑4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 41, p. 89, rettifika fil-ĠU 2015 L 210, p. 38), dawn il-ftehimiet ġew approvati f’isem il-Komunità. Huma daħlu fis-seħħ fl‑1 ta’ Ġunju 2002. |
4 |
L-Artikolu 1 tal-imsemmi Ftehim KE-Svizzera, intitolat “L-Għan”, jipprevedi: “L-għan ta’ dan il-Ftehim, għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u tal-Iżvizzera, huwa: […]
|
5 |
L-Artikolu 5 tal-Ftehim KE-Isvizzera, intitolat “Il-persuni li jipprovdu servizzi”, huwa redatt kif ġej: “1. Mingħajr preġudizzju għal ftehim speċifiċi oħra bejn il-Partijiet Kontraenti […], il-persuni li jipprovdu s-servizzi, inklużi l-kumpanniji skond id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, għandhom ikollhom id-dritt li jipprovdu servizz fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perjodu li ma jaqbiżx id-90 ġurnata ta’ xogħol effettiv f’sena kalendarja. [...” |
6 |
Skont it-termini tal-Artikolu 15 tal-Ftehim KE-Svizzera, intitolat “L-Annessi u l-Protokolli”, l-annessi u l-protokolli għal dan il-ftehim jiffurmaw parti integrali minnu. |
7 |
L-Artikolu 17 tal-Anness I tal-Ftehim, intitolat “Persuni li jipprovdu servizzi”, jipprevedi li: “Fir-rigward tal-provvista tas-servizzi, dan li ġej għandu jkun projbit taħt l-Artikolu 5 ta’ dan il-Ftehim:
[…]” |
8 |
Skont l-Artikolu 18 ta’ dan l-anness, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tal-imsemmi anness japplikaw għal kumpanniji li huma inkorporati skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tal-Komunità jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera u li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom, l-amministrazzjoni ċentrali tagħhom jew l-istabbiliment prinċipali tagħhom fit-territorju ta’ parti kontraenti. |
9 |
L-Artikolu 21 tal-istess anness jipprevedi: “(1) Il-perjodu totali tal-provvista tas-servizzi taħt l-Artikolu 17(a) ta’ dan l-Anness, kemm jekk kontinwa kif ukoll jekk tikkonsisti f’perjodi suċċessivi ta’ provvista, ma jistax jaqbeż id-90 ġurnata ta’ xogħol effettiv għal kull sena kalendarja. […]” |
Id‑dritt tal‑Unjoni
10 |
Skont kliem tal-premessa 19 tad-Direttiva 2000/31: “Il-lokal li fih dak li jipprovdi servizz ikun stabbilit għandu jkun determinat b’konformità ma’ deċiżjonijiet meħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja li skond dawn il-kunċett ta’ stabbiliment jinvolvi l-prattika attwali ta’ attività elettronika permezz ta’ stabbiliment fiss għal perjodu indefinit; […] il-lokalità ta’ stabbiliment ta’ kumpanija li tipprovdi servizzi permezz ta’ website ta’ l-internet mhix il-lokalità fejn it-teknoloġija li ssostni l-website tkun tinstab jew il-lokal li fih il-website tkun aċċessibli imma l-post fejn hi twettaq l-attività ekonomika tagħha; […]” |
11 |
L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat “Għan u qasam ta’ applikazzjoni”, huwa redatt kif ġej: “1. Din id-Direttiva tfittex li tikkontribwixxi għal funzjonament sewwa tas-suq intern billi tassigura l-moviment liberu bejn l-Istati Membri ta’ servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni. […] 4. Din id-Direttiva ma tistabbilixxix regoli addizzjonali ta’ liġi privata internazzjonali u lanqas ma titratta l-ġurisdizzjoni tal-Qrati.” |
12 |
L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat “Definizzjonijiet”, jistabbilixxi li: “Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, dawn it-termini li ġejjin għandu jkollhom dawn it-tifsiriet:
[…]” |
13 |
L-Artikolu 3 tal-istess direttiva, intitolat “Suq intern”, jipprevedi: “1. Kull Stat Membru għandu jassigura li s-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni provduti minn dak li jipprovdi servizz li jkun stabbilit fit-territorju tiegħu ikun konformi mad-disposizzjonijiet nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru f’dak il-każ li huwa fil-qasam ikkordinat. 2. L-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li jidħlu fil-qasam ikkordinat, jillimitaw il-libertà li jkunu provduti servizz minn soċjetà ta’ l-informazzjoni minn Stat Membru ieħor. […]” |
Id‑dritt Taljan
14 |
Il-Legge n. 232 – Bilancio di previsione dello Stato per l’anno finanziario 2017 e bilancio pluriennale per il triennio 2017-2019 (il-Liġi Nru 232 dwar il-Baġit Provviżorju tal-Istat għas-Sena Finanzjarja 2017 u Baġit Multiannwali għall-Perijodu ta’ Tliet Snin 2017 sa 2019), tal‑11 ta’ Diċembru 2016 (GURI Nru 297, tal‑21 ta’ Diċembru 2016, suppliment ordinarju tal-GURI Nru 57), fil-verżjoni applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-“Liġi tal-2016”), tinkludi Artikolu 1 li l-paragrafu 545 tiegħu jipprevedi kif ġej: “Sabiex tiġi miġġielda l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, kif ukoll biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur u tiġi ggarantita l-ordni pubbliku, il-bejgħ jew kwalunkwe forma oħra ta’ tqegħid ta’ biljetti ta’ aċċess għal attivitajiet ta’ prestazzjoni mwettqa minn persuna oħra li d-detenturi, anki fuq il-bażi ta’ kuntratt jew ftehim speċifiku, tas-sistemi għall-ħruġ ta’ dawn il-biljetti jiġi kkastigat, sakemm l-att ma jikkostitwixxix reat kriminali, bil-projbizzjoni ta’ din l-imġiba u multi amministrattivi ta’ bejn EUR 5000 u EUR 180000, kif ukoll, jekk dik l-imġiba tkun manifestata minn mezzi ta’ networks ta’ komunikazzjoni elettronika, bil-mod iddefinit fil-paragrafu 546, it-tħassir tal-kontenut jew, f’każijiet iktar serji, il-ħabi tas-sit internet li permezz tiegħu ġie kkostitwit il-ksur, mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet għad-danni. L-[AGCOM] u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jwettqu l-investigazzjonijiet u l-interventi meħtieġa, billi jaġixxu ex officio jew wara senjalazzjoni mill-partijiet interessati. Fi kwalunkwe każ, il-bejgħ jew kwalunkwe forma oħra ta’ tqegħid ta’ biljetti ta’ dħul għal attivitajiet ta’ spettaklu mwettqa minn persuna fiżika fuq bażi okkażjonali ma humiex issanzjonati, sakemm ma jkollhomx skop kummerċjali.” |
Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari
15 |
Viagogo, li l-uffiċċju rreġistrat u d-domiċilju fiskali tagħha jinsabu f’Genève, topera websajts ibbażati fuq intermedjazzjoni bejn il-konsumaturi għall-bejgħ mill-ġdid ta’ biljetti ta’ dħul għal attivitajiet ta’ divertiment u avvenimenti sportivi. Ladarba l-biljetti tagħhom ikunu ġew akkwistati mingħand emittenti uffiċjali, bħall-organizzaturi tal-ispettaklu jew l-avveniment ikkonċernat jew distributuri awtorizzati (“suq primarju”), xi nies ikunu jixtiequ jerġgħu jbigħuhom. Viagogo nħoloq biex jgħaqqad il-provvista u d-domanda fis-suq tal-bejgħ tal-biljetti użati (“suq sekondarju”). |
16 |
Minħabba l-ħeffa li biha l-biljetti disponibbli fis-suq primarju ma jibqgħux disponibbli, b’mod partikolari minħabba l-użu ta’ programmi ta’ xiri awtomatizzati minn ċerti utenti, in-numru ta’ nies li qegħdin ifittxu biljetti, b’mod partikolari li fir-rigward ta’ spettakli jew avvenimenti ta’ profil għoli, kompliet tikber u s-siti internet iddedikati għas-suq sekondarju kkonċernat għalhekk qegħdin jesperjenzaw suċċess reali. |
17 |
F’dan il-kuntest, Viagogo tagħżel minn qabel, fuq is-siti internet li topera permezz ta’ pjattaforma ospitata fl-Istati Uniti, ċertu numru ta’ spettakli jew avvenimenti. Id-detenturi tal-biljetti, billi jagħżlu l-ispettaklu jew l-avveniment li jikkorrispondi għal dawn il-biljetti, jistgħu joffruhom għall-bejgħ fuq dawn is-siti internet. Viagogo jgħaqqad bejjiegħa u xerrejja potenzjali, billi joffri servizzi anċillari bħal appoġġ bit-telefon u bil-posta elettronika, is-suġġeriment tal-prezz ibbażat fuq softwer u sistema awtomatizzata ta’ promozzjoni ta’ biljetti għal ċerti spettakli jew avvenimenti. |
18 |
Il-fenomenu deskritt fil-punt 16 ta’ din is-sentenza laħaq proporzjonijiet meqjusa bħala inkwetanti fl-Italja, b’mod partikolari minħabba l-possibbiltà faċli li jintuża l-operat ta’ tali siti internet għall-ħasil tal-flus li jirriżultaw minn attivitajiet illegali, u l-prezz tal-bejgħ tal-biljetti fis-suq sekondarju li ma għadx għandu relazzjoni ma’ dak li għalih dawn il-biljetti huma offruti fis-suq primarju, il-leġiżlatur Taljan implimenta politika mmirata biex trażżan dan il-fenomenu, b’mod partikolari permezz tal-adozzjoni tal-Artikolu 1(545) tal-Liġi tal-2016. |
19 |
Wara diversi lmenti mressqa minn kumpanniji li joperaw fis-settur tal-organizzazzjoni ta’ avvenimenti mużikali, minn kumpanniji li jbiegħu biljetti għal avvenimenti mużikali fis-suq primarju u minn assoċjazzjonijiet professjonali, AGCOM wettqet spezzjoni tas-siti internet www.viagogo.it, immexxi minn Viagogo. |
20 |
Wara din l-ispezzjoni, l-AGCOM, bid-Deċiżjoni Nru 104/20/CONS tas‑16 ta’ Marzu 2020, imponiet multa amministrattiva ta’ EUR 3,700,000 fuq Viagogo. Viagogo ġiet mixlija li wettqet 37 ksur, permezz ta’ dan is-sit internet u b’riferiment għal dan tal-aħħar fuq network soċjali, li jikkonsistu fit-tqegħid għall-bejgħ, bejn ix-xhur ta’ Marzu u Mejju 2019, ta’ biljetti għal kunċerti u għal spettakli, mingħajr ma Viagogo kienet id-detentriċi tas-sistemi għall-ħruġ ta’ dawn il-biljetti, bi prezzijiet ogħla mill-prezzijiet nominali indikati fuq is-siti tal-bejgħ awtorizzati. |
21 |
Viagogo ppreżentat rikors intiż għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja). Hija appellat mis-sentenza tal-ewwel istanza fil-kawża prinċipali quddiem il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), il-qorti tar-rinviju. |
22 |
Huwa f’dan il-kuntest li l-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq l‑ammissibbiltà tat‑talba għal deċiżjoni preliminari
23 |
L-ewwel nett, għandu jiġi mfakkar li, sabiex tkun ammissibbli, talba għal deċiżjoni preliminari għandha tkun meħtieġa għas-soluzzjoni tat-tilwima li l-qorti tar-rinviju tintalab tiddeċiedi (sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2021, Consorzio Italian Management u Catania). Multiservizi, C‑561/19, EU:C:2021:799, punt 30 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), dan jippreżupponi li d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li għalihom tirrelata din it-talba huma applikabbli għal din it-tilwima. |
24 |
F’dan ir-rigward, minn naħa, għandu jiġi rrilevat li t-tliet domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2000/31. Issa, din tal-aħħar ma hijiex applikabbli ratione personae għall-kawża prinċipali. |
25 |
Fil-fatt, id-Direttiva 2000/31 għandha bħala għan, skont l-Artikolu 1 tagħha, li tikkontribwixxi għal funzjonament sewwa tas-suq intern billi tassigura l-moviment liberu “bejn l-Istati Membri” ta’ servizz mis-soċjetà tal-informazzjoni. Din tippreżumi għalhekk, sabiex din id-direttiva tkun applikabbli ratione personae, li l-provvisti ta’ servizzi inkwistjoni jitwettqu minn fornituri ta’ servizzi stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru, kif ifakkar l-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva. |
26 |
F’dan ir-rigward, l-Artikolu 2(ċ) tal-istess direttiva jiddefinixxi “min hu stabbilit li jipprovdi servizz” bħala dak li jipprovdi servizz li effettivament isegwi attività ekonomika billi juża stabbiliment fiss għal perjodu indefinit. Il-presenza u l-użu ta’ mezzi tekniċi u teknoloġija meħtieġa biex jipprovdi s-servizz ma humiex, minnhom innifishom, dak li jikkostitwixxi stabbiliment għal min jipprovdi s-servizz. |
27 |
F’dan ir-rigward mill-ġurisprudenza jirriżulta li peress li l-possibbiltà li jiġi applikat l-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2000/31 hija suġġetta għall-identifikazzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-fornitur tas-servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni kkonċernat huwa effettivament stabbilit, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan il-fornitur huwiex effettivament stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru. Fin-nuqqas ta’ tali verifika, il-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva ma japplikax (sentenza tal‑15 ta’ Marzu 2012, G, C‑292/10, EU:C:2012:142, punt 71 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
28 |
Bl-istess mod, il-projbizzjoni, għal raġunijiet li jaqgħu taħt il-qasam ikkoordinat, tar-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li d-Direttiva 2000/31 tittratta tirrigwarda biss, skont it-termini espressi tal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, dawk “minn Stat Membru ieħor”. |
29 |
Ċertament, skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat‑2 ta’ Mejju 1992 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1994, Vol. 1, p. 3), il-Kumitat Konġunt taż- Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), permezz tad-Deċiżjoni Nru 91/2000 tas‑27 ta’ Ottubru 2000 li temenda l-Anness XI (Servizzi ta’ Telekomunikazzjonijiet) tal-Ftehim ŻEE (ĠU 2001, Vol. 7, p. 13), estenda l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31 għaż-ŻEE, b’tali mod li din id-direttiva tkopri wkoll l-Istati partijiet għall-imsemmi ftehim. Madankollu, il-Konfederazzjoni Svizzera ma tinsabx fost dawn tal-aħħar. Barra minn hekk, l-ebda deċiżjoni ma ġiet adottata mill-Kumitat Konġunt UE-Svizzera, stabbilit skont il-Ftehim KE-Svizzera, bl-għan li tiġi estiża l-applikazzjoni tal-imsemmija direttiva għal dan l-Istat terz. |
30 |
Issa, ma huwiex ikkontestat li Viagogo hija stabbilita f’Genève, hemmhekk għandha s-sede tagħha u hemmhekk tiċċentralizza l-attività ekonomika tagħha, minkejja l-fatt li hija tuża s-siti internet tagħha f’verżjonijiet aċċessibbli fi Stati Membri differenti tal-Unjoni u, b’mod partikolari, fl-Italja. Il-provvisti ta’ servizzi inkwistjoni huma għalhekk ipprovduti minn Stat terz minn kumpannija rregolata mid-dritt ta’ dan l-Istat terz. |
31 |
Minn dan isegwi li, kuntrarjament għal dak li tippreżumi l-qorti tar-rinviju, id-Direttiva 2000/31 ma tistax tiġi invokata mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali. Peress li d-domandi kollha magħmula minn din il-qorti jirrigwardaw din id-direttiva, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija, fl-intier tagħha, ivvizzjata b’inammissibbiltà. |
32 |
Fit-tieni lok, barra minn hekk, għandu jiġi ppreċiżat, fir-rigward tal-ewwel domanda, li l-Artikolu 56 TFUE lanqas ma jista’ jiġi invokat minn Viagogo. |
33 |
Fil-fatt, dan l-artikolu, ħlief għal trattat jew ftehim internazzjonali li jipprevedih, ma huwiex applikabbli għal kumpannija stabbilita fi Stat terz għall-Unjoni, anki jekk din il-kumpannija tipprovdi servizzi li jistgħu jiksbu ċ-ċittadini ta’ ċerti Stati Membri jew il-kumpanniji stabbiliti fit-territorju ta’ dawn tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Mejju 2015, Wagner-Raith,C‑560/13, EU:C:2015:347, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
34 |
F’dan il-każ, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim KE-Svizzera ma jippermettix lil Viagogo tinvoka l-applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE, peress li l-partikolarità ta’ dan il-ftehim hija li jipprevedi, fid-dawl tal-assimilazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fl-Isvizzera ma’ fornituri stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru, limitazzjoni ratione temporis għal 90 jum għal kull sena kalendarja. |
35 |
B’hekk, l-Artikolu 1 tal-Ftehim KE-Svizzera jipprevedi, b’mod partikolari, “li tkun liberalizzata l-provvista ta’ servizzi ta’ perjodu qasir”, peress li l-Artikolu 5(1) ta’ dan il-ftehim jagħti, min-naħa tiegħu, lill-fornituri ta’ servizzi Svizzeri d-“dritt li jipprovdu servizz fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perjodu li ma jaqbiżx id-90 ġurnata ta’ xogħol effettiv f’sena kalendarja”. L-Anness I tal-imsemmi ftehim, li, skont l-Artikolu 15 tal-istess ftehim, jifforma parti integrali minnu, jinkludi l-Artikolu 17 li jipprojbixxi “kwalunkwe restrizzjoni fuq il-provvista transkonfinali tas-servizzi fit-territorju ta’ Parti Kontraenti li ma taqbiżx id-90 ġurnata ta’ xogħol effettiv għal kull sena kalendarja”. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 18 ta’ dan l-anness, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tal-imsemmi anness japplikaw għal kumpanniji li huma inkorporati skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tal-Komunità jew tal-Konfederazzjoni Svizzera u li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom, l-amministrazzjoni ċentrali tagħhom jew l-istabbiliment prinċipali tagħhom fit-territorju ta’ parti kontraenti. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 21 tal-istess anness jippreċiża li dawn id-90 jum jikkorrispondu għat-tul totali ta’ provvista, kemm jekk tkun provvista mhux interrotta jew provvisti suċċessivi. |
36 |
Issa, f’dan il-każ, mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li Viagogo tipprovdi servizzi ta’ tul itwal minn dak previst mill-Ftehim KE-Svizzera. |
37 |
Qabel kollox, min-natura tiegħu, fornitur ta’ servizzi li jeżerċita esklużivament l-attività tiegħu permezz ta’ siti internet jagħtiha natura kważi mhux interrotta, jew saħansitra permanenti. B’mod partikolari, fir-rigward ta’ offerta li tikkonċerna t-tħabbir tal-bejgħ ta’ biljetti għal spettaklu jew avveniment partikolari, l-akkwirenti potenzjali jkunu jistgħu jimmanifestaw ruħhom fi kwalunkwe mument permezz tas-sit internet ikkonċernat. F’dan ir-rigward, mill-elementi pprovduti mill-qorti tar-rinviju ma jirriżultax li s-sit internet operat mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, sa mill-ħolqien tiegħu, waqaf f’xi mument kwalunkwe attività tagħha, kif jikkonferma l-Gvern Taljan, li jindika li “s-servizz ta’ intermedjarju fis-suq sekondarju huwa pprovdut [minn Viagogo] b’mod kontinwu matul is-sena kalendarja kollha”. |
38 |
Sussegwentement, mill-elementi mressqa fl-ewwel istanza fil-kawża prinċipali jirriżulta li Viagogo diġà ġiet issanzjonata fl-2016 mill-AGCOM u li l-attività tagħha ma kinitx tidher limitata fiż-żmien. |
39 |
Fl-aħħar nett, minn naħa, id-deċiżjoni tal-AGCOM tas‑16 ta’ Marzu 2020, li tirrigwarda speċifikament ix-xhur minn Marzu sa Mejju 2019, jiġifieri 92 jum, tirrigwarda perijodu li jeċċedi t-tul massimu ta’ 90 jum previst mill-Ftehim KE‑Svizzera. Min-naħa l-oħra, mis-sentenza tal-ewwel istanza fil-kawża prinċipali jirriżulta li l-aħħar bejgħ li kien is-suġġett tal-ispezzjoni tal-AGCOM seħħ fis‑7 ta’ Settembru 2019, jiġifieri, fi kwalunkwe każ, ferm lil hinn mid-90 jum previsti mill-Ftehim KE-Svizzera. |
40 |
Għaldaqstant, Viagogo ma tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tal-Artikolu 56 TFUE u ma tistax, konsegwentement, tinvoka l-ksur ta’ dan l-artikolu fil-kuntest tal-kawża prinċipali, b’tali mod li l-ewwel domanda, sa fejn tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-imsemmi artikolu, hija wkoll inammissibbli minħabba f’hekk. |
41 |
It-tieni, it-tieni u t-tielet domanda jwasslu lill-Qorti tal-Ġustizzja tfakkar, sussidjarjament, il-ġurisprudenza tagħha li tgħid li domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali hija inammissibbli meta din tal-aħħar ma tipprovdix lill-Qorti tal-Ġustizzja l-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tkun tista’ tirrispondi b’mod utli (sentenza tat‑2 ta’ Lulju 2015, Gullotta u Farmacia di Gullotta Davide C., C-497/12, EU:C:2015:436, punt 26). |
42 |
Għalhekk, fit-talba għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju fl-ebda mument ma tindika, fir-rigward tat-tieni domanda, ir-raġunijiet li wassluha sabiex tistaqsi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 102 u 106 TFUE, u lanqas ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn l-artikoli u, b’mod partikolari, il-Liġi tal-2016, kuntrarjament għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 94(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
43 |
B’mod partikolari, fir-rigward tal-Artikoli 102 TFUE et seq., u b’mod iktar speċifiku l-eżistenza ta’ abbuż possibbli minn pożizzjoni dominanti, il-qorti tar-rinviju ma tagħmel ebda riferiment għall-elementi kostituttivi ta’ pożizzjoni dominanti, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 102, fil-kuntest tal-kawża prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Diċembru 2013, Ragn-Sells, C‑292/12, EU:C:2013:820, punt 41). Xejn ma jingħad dwar li dan l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti jista’ jwassal għal dan l-abbuż minn pożizzjoni dominanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑2 ta’ Lulju 2015, Gullotta u Farmacia di Gullotta Davide & C., C‑497/12, EU:C:2015:436, punt 25). |
44 |
Fir-rigward tat-tielet domanda, li n-natura ipotetika tagħha hija evidenti, għandu jitfakkar li l-ġustifikazzjoni tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari ma hijiex il-formulazzjoni ta’ opinjonijiet konsultattivi dwar domandi ġenerali jew ipotetiċi, iżda l-bżonn inerenti li tiġi effettivament solvuta kontroversja (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑16 ta’ Diċembru 1981, Foglia, C‑244/80, EU:C:1981:302, punt 18, u tal‑20 ta’ Jannar 2005, García Blanco,C‑225/02, EU:C:2005:34, punt 28 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
45 |
Għaldaqstant, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli. |
Fuq l‑ispejjeż
46 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta’ osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
It-talba għal deċiżjoni preliminari mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), b’deċiżjoni tas‑27 ta’ Jannar 2022, hija inammissibbli. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.