EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CC0115

Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali T. Ćapeta, ippreżentati l-14 ta’ Settembru 2023.
SO vs Nationale Anti-Doping Agentur Austria GmbH (NADA) et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Unabhängige Schiedskommission Wien.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ammissibbiltà – Artikolu 267 TFUE – Kunċett ta’ ‘qorti’ – Kummissjoni nazzjonali tal-arbitraġġ responsabbli għall-ġlieda kontra d-doping fil-qasam tal-isport – Kriterji – Indipendenza tal-organu tar-rinviju – Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari.
Kawża C-115/22.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:676

Edizzjoni Provviżorja

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKATA ĠENERALI

ĆAPETA

ippreżentati fl‑14 ta’ Settembru 2023(1)

Kawża C115/22

SO

partijiet magħquda:

Nationale Anti-Doping Agentur Austria GmbH (NADA),

Österreichischer Leichtathletikverband (ÖLV),

World Anti-Doping Agency (WADA)

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängige Schiedskommission (il-Kumitat Indipendenti tal-Arbitraġġ, l-Awstrija))

“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 267 TFUE — Definizzjoni ta’ ‘qorti jew tribunal’ — Rinviju minn tribunal nazzjonali antidoping — Protezzjoni ta’ data personali — Regolament (UE) 2016/679 — Artikolu 5 — Artikolu 6 — Legalità u neċessità ta’ pubblikazzjoni online tad-data personali ta’ persuna li kisret regoli antidoping — Artikolu 9 — Kwistjoni jekk ksur tar-regoli antidoping jikkostitwix ‘data dwar is-saħħa’ — Artikolu 10 — Kwistjoni jekk ksur tar-regoli antidoping jikkostitwix ‘data personali relatata ma’ kundanni kriminali’ — Kwistjoni jekk tribunal nazzjonali jikkostitwix ‘awtorità uffiċjali’)”






I.      Introduzzjoni

1.        Citius, Altius, Fortius; iktar veloċi, iktar għoli, iktar bis-saħħa. Bħal ftit oħrajn, il-motto Olimpiku jagħti stampa tax-xewqa tal-bniedem li jilħaq livelli ġodda. Madankollu, il-pressjoni biex wieħed jirbaħ tista’ ġġib magħha t-tentazzjoni li jtejjeb il-prestazzjoni tiegħu billi juża ċerti sustanzi pprojbiti.

2.        Din il-kawża titqajjem f’dan il-kuntest. Ir-rikorrenti hija sportiva professjonali Awstrijaka. Hija nstabet ħatja ta’ aġir bi ksur tar-regoli antidoping. B’konsegwenza ta’ dan, l-awtorità nazzjonali Awstrijaka antidoping ippubblikat isimha, dettalji dwar il-ksur ikkonċernat, u l-perijodu ta’ sospensjoni fuq is-sit internet tagħha aċċessibbli għall-pubbliku.

3.        Din il-prattika hija kompatibbli mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (iktar ’il quddiem il-“GDPR”)? (2) Din hija, fil-qosor, id-domanda sostantiva prinċipali magħmula quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, peress li r-rinviju ġie minn korp li ma huwiex qorti “klassika” fi ħdan l-organizzazzjoni tal-ġudikatura fl-Awstrija, din il-kawża tqajjem ukoll il-kwistjoni ta’ ammissibbiltà.

II.    Lisfond talkaż u ddomandi preliminari magħmula

4.        Filwaqt li l-użu ta’ stimulanti sabiex tittejjeb il-prestazzjoni fiżika ilu karatteristika tal-kompetizzjoni umana sa mill-bidu tal-istorja rreġistrata (3), is-sistema tal-kontrolli antidoping kif nafuha tmur lura biss għall‑1999 permezz tal-ħolqien tal-Aġenzija Dinjija tal-Antidoping (iktar ’il quddiem il-“WADA”) u d-dħul fis-seħħ, fl‑2004, tal-Kodiċi Dinji tal-Antidoping (iktar ’il quddiem il-“WADC”) (4). L-aħħar emanazzjoni tiegħu tmur lura għall‑2021.

5.        Għalkemm il-WADC huwa strument legali privat, l-effettività tiegħu hija żgurata mill-Konvenzjoni Internazzjonali Antidoping fl-Isport tan-Nazzjonijiet Uniti tal‑2005 (5). L-Istati Membri kollha huma firmatarji ta’ din il-konvenzjoni. L-Artikolu 4 tagħha jistipula li d-dispożizzjonijiet tal-WADC ma humiex parti integrali mill-Konvenzjoni u ma għandhomx effett dirett fid-dritt nazzjonali. Madankollu, skont l-istess dispożizzjoni, l-Istati partijiet impenjaw ruħhom li josservaw il-prinċipji tal-WADC. Dan l-impenn li jinkludi r-rekwiżit tal-WADC għall-pubblikazzjoni online ta’ ksur tar-regoli antidoping, huwa traspost fis-sistemi legali tal-Istati Membri b’modi differenti (6).

6.        Din il-kawża toriġina mill-Awstrija, fejn il-kontrolli antidoping huma rregolati mill-Anti-Doping-Bundesgesetz 2021 (il-Liġi Federali Awstrijaka tal‑2021 dwar l-antidoping) (iktar ’il quddiem l-“ADBG”).

7.        Bejn l‑1998 u l‑2015, SO (iktar ’il quddiem ir-“rikorrenti”) kienet sportiva professjonali fl-Awstrija. Ir-rikorrenti rrappreżentat lil pajjiżha f’kompetizzjonijiet internazzjonali bħala membru tat-tim tal-Federazzjoni Awstrijaka tal-Atletika,. Hija qdiet ukoll funzjonijiet maniġerjali u rappreżentattivi f’diversi klabbs sportivi Awstrijaċi.

8.        Fl‑2021, abbażi tar-riżultati ta’ investigazzjoni mwettqa mill-Bundeskriminalamt (l-Uffiċċju Federali tal-Pulizija Kriminali, l-Awstrija), l-Unabhängige Dopingkontrolleinrichtung (l-Aġenzija Indipendenti Antidoping, l-Awstrija) (iktar ’il quddiem in-“NADA”) ressqet talba għal eżami lill-Österreichische Anti-Doping-Rechtskommission (il-Kumitat Legali Awstrijak Antidoping) (iktar ’il quddiem l-“ÖADR”).

9.        Permezz ta’ deċiżjoni tal‑31 ta’ Mejju 2021 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), l-ÖADR sab lir-rikorrenti ħatja għall-ksur tar-Regola 32.2(b) u (f) tar-Regoli tal-Kompetizzjoni tal-International Association of Athletics Federations (l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Federazzjonijiet tal-Atletika) (iktar ’il quddiem l-IAAF) tal‑2015 u l-Artikoli 2.2 u 2.6 tar-Regoli Antidoping tal-IAAF tal‑2017. Dawn ir-regoli jipprojbixxu l-“użu jew tentattiv ta’ użu ta’ sustanza pprojbita jew metodu pprojbit” u l-“pussess ta’ sustanza pprojbita jew metodu pprojbit” (7). B’mod speċifiku, l-ÖADR sab li, bejn Mejju 2015 u April 2017, ir-rikorrenti kellha fil-pussess tagħha s-sustanzi eritropojetina (magħrufa wkoll bħala EPO), Genotropin jew Omnitrope u Testosterol (fil-forma ta’ Androgel) u li kienet użathom mill-inqas parzjalment fl‑2015. Dawk is-sustanzi kienu kollha elenkati fil-Listi ta’ Sustanzi Projbiti tal-WADA mill‑2015 sal‑2017. Għalhekk kien ipprojbit li jintużaw minn sportivi professjonali li joperaw taħt ir-Regoli tal-Kompetizzjoni tal-IAAF.

10.      Bħala riżultat ta’ din il-konstatazzjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, l-ÖADR iddikjara bħala invalidi r-riżultati kollha li kienet kisbet ir-rikorrenti bejn l‑10 ta’ Mejju 2015 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dik id-deċiżjoni u rrevoka l-miżati ta’ dħul u/jew premji fi flus kollha. Huwa pprojbixxa wkoll lir-rikorrenti milli tipparteċipa f’kull tip ta’ kompetizzjoni sportiva għal perijodu ta’ erba’ snin b’effett mill‑31 ta’ Mejju 2021.

11.      Matul il-proċedura quddiem l-ÖADR, ir-rikorrenti kienet talbet li d-deċiżjoni kkontestata ma tiġix żvelata lill-pubbliku ġenerali permezz ta’ pubblikazzjoni online aċċessibbli mill-pubbliku. Din it-talba ġiet miċħuda mill-ÖADR fid-deċiżjoni kkontestata.

12.      Ir-rikorrenti ressqet talba għal reviżjoni tad-deċiżjoni kkontestata lill-Unabhängige Schiedskommission (il-Kumitat Indipendenti tal-Arbitraġġ, l-Awstrija) (iktar ’il quddiem l-“USK”).

13.      Permezz ta’ deċiżjoni tal‑21 ta’ Diċembru 2021, l-USK ikkonferma s-sejbiet sostantivi tal-ÖADR u kkonferma l-ksur tar-regoli antidoping mir-rikorrenti u s-sanzjoni imposta.

14.      Fl-istess ħin, l-USK ippospona d-deċiżjoni tiegħu fuq it-talba tar-rikorrenti li d-deċiżjoni kkontestata ma tiġix ippubblikata online, u b’hekk tiġi żvelata lill-pubbliku ġenerali (8).

15.      Dan l-obbligu ta’ pubblikazzjoni huwa bbażat fuq l-Artikoli 21(3) u 23(14) tal-ADBG. Dawn id-dispożizzjonijiet jipprovdu li l-ÖADR u l-USK rispettivament “għandhom jinfurmaw lill-[Organizzazzjoni Federali Sportiva Awstrijaka], lil organizzazzjonijiet sportivi, lil sportivi, lil persuni oħra, lil organizzaturi tal-kompetizzjonijiet u lill-pubbliku ġenerali bid-deċiżjonijiet tagħhom”, billi jiddikjaraw l-isem tal-persuna kkonċernata, it-tul ta’ żmien tal-projbizzjoni u r-raġunijiet għalfejn ingħatat, mingħajr ma jkun possibbli li tiġi dedotta kwalunkwe data dwar is-saħħa tal-persuna kkonċernata.

16.      Il-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni hija obbligatorja għall-isportivi ta’ livell professjonali u, f’xi każijiet, għall-sportivi ta’ livell rikreattiv ukoll. F’każijiet oħra, meta l-ksur ikun twettaq minn sportivi ta’ livell rikreattiv, persuni minuri jew persuni vulnerabbli, il-pubblikazzjoni ma hijiex obbligatorja.

17.      Filwaqt li l-obbligu tal-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku jappartjeni lill-korpi deċiżjonali, jiġifieri lill-ÖADR u lill-USK, l-ADBG tipprevedi li n-NADA għandha twettaq dan il-kompitu f’isem l-ÖADR u l-USK (9). Sabiex tikkonforma ma’ dan l-obbligu, in-NADA għandha tippubblika tabella li tkun aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit internet tagħha (10). L-entrata rilevanti f’din it-tabella hija komposta mill-isem u mill-kunjom tal-persuna kkonċernata; it-tip ta’ sport li kienet twettaq; it-tip ta’ ksur; it-tip ta’ sospensjoni imposta fuqha; u d-dati tal-bidu u tat-tmiem tas-sospensjoni.

18.      Jiena nifhem li din l-informazzjoni tibqa’ disponibbli fuq is-sit internet tan-NADA biss għall-perijodu tas-sospensjoni tal-isportiv inkwistjoni.

19.      L-USK għandu dubji dwar il-kompatibbiltà, mal-GDPR, tal-prattika li tiġi żvelata d-data personali tar-rikorrenti lill-pubbliku ġenerali permezz ta’ pubblikazzjoni online aċċessibbli pubblikament fuq is-sit internet tan-NADA. Sabiex ikun jista’ jiddeċiedi dwar it-talba tar-rikorrenti li d-data personali tagħha ma tiġix ippubblikata fuq dak is-sit internet, huwa għalhekk iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:

“(1) L-informazzjoni li persuna speċifika wettqet ksur speċifiku tar-regoli antidoping u li, minħabba dan il-ksur, hija pprojbita milli tipparteċipa f’kompetizzjonijiet (nazzjonali u internazzjonali) hija ‘data dwar is-saħħa’ fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (iktar ’il quddiem il-‘GDPR’)?

(2) I[l-GDPR] jipprekludi – b’mod partikolari fid-dawl tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) ta’ dan ir-regolament – leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-pubblikazzjoni tal-isem tal-persuna kkonċernata mid-deċiżjoni tal-[USK], tat-tul ta’ żmien tas-sospensjoni u tal-motivi għal din, mingħajr ma jkun possibbli li tiġi inferita d-data dwar is-saħħa ta’ din il-persuna? Huwa rilevanti f’dan ir-rigward li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi li l-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni lill-pubbliku ġenerali tista’ tiġi ommessa biss jekk il-persuna kkonċernata tkun sportiv ta’ livell rikreattiv, persuna minuri jew persuna li tkun ikkontribwixxiet b’mod sinjifikattiv għas-sejbien ta’ ksur potenzjali tar-regoli antidoping billi kkomunikat informazzjoni jew indikazzjonijiet oħra?

(3) I[l-GDPR] jeżiġi – b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 5(1)(a) u (c) – f’kull każ, qabel il-pubblikazzjoni, ibbilanċjar tal-interessi bejn, minn naħa, l-interessi personali tal-individwu kkonċernat li jistgħu jkunu affettwati minn pubblikazzjoni, u, min-naħa l-oħra, l-interessi tal-pubbliku li jiġi informat bi ksur tar-regoli antidoping imwettaq minn sportiv?

(4) L-informazzjoni li persuna speċifika wettqet ksur speċifiku tar-regoli antidoping u li, minħabba dan il-ksur, hija pprojbita milli tipparteċipa f’kompetizzjonijiet (nazzjonali u internazzjonali) tikkostitwixxi pproċessar ta’ data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati fis-sens tal-Artikolu 10 ta[l-GDPR]?

(5) Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda: l-[USK] maħluqa skont l-Artikolu 8 tal-Anti-Doping-Bundesgesetz 2021 [il-Liġi Federali dwar il-Ġlieda kontra d-Doping tal‑2021] hija awtorità pubblika fis-sens tal-Artikolu 10 ta[l-GDPR]?”

20.      Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mir-rikorrent, min-NADA, mill-WADA, mill-Gvern Belġjan, mill-Gvern Franċiż, mill-Gvern Latvjan, mill-Gvern Lussemburgiż u mill-Gvern Pollakk kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Bl-eċċezzjoni tal-Gvern Belġjan, tal-Gvern Franċiż, tal-Gvern Lussemburgiż u tal-Gvern Pollakk, dawn il-partijiet ippreżentaw ukoll argumenti orali fis-seduta li nżammet fit‑2 ta’ Mejju 2023.

III. Ammissibbiltà

21.      Il-funzjoni primarja tal-proċedura ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari hija li tiżgura applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha. Madankollu, minkejja li l-korpi nazzjonali differenti (korpi amministrattivi, regolatorji jew tipi oħra ta’ korpi) huma meħtieġa li japplikaw id-dritt tal-Unjoni u jistgħu ma jkunux ċerti rigward it-tifsira tiegħu, l-Artikolu 267 TFUE jippermetti biss lil “qrati jew tribunali” jitolbu interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-prinċipju, meta tirċievi rinviju għal deċiżjoni preliminari minn qorti nazzjonali li titqies bħala parti mill-fergħa ġudizzjarja tal-gvern fl-Istat Membru rispettiv, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tqis ir-rinviju bħala ammissibbli. Madankollu, meta tali talba ssir minn korp li ma jifformax parti mill-ġudikatura fis-sens klassiku tal-kelma skont l-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tiċħadx ir-rinviju awtomatikament. Minflok, hija tivverifika jekk il-korp li jressaq ir-rinviju jistax madankollu jitqies bħala “qorti jew tribunal” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

22.      Din il-kawża ġiet irrinvijata lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-USK. Dan tal-aħħar ma huwiex wieħed mill-korpi li prima facie jappartjeni lill-ġudikatura fl-Awstrija. Għalhekk, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha lill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk l-USK jissodisfax ir-rekwiżiti sabiex jiġi ttrattat bħala “qorti jew tribunal” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE. Għaldaqstant, l-ewwel kwistjoni li għandha ssolvi l-Qorti tal-Ġustizzja qabel ma tidħol fil-mertu ta’ din il-kawża hija jekk tistax “titkellem” mal-USK jew le.

23.      Jiena tal-fehma li l-USK huwa “qorti jew tribunal” għall-finijiet tal-Artikolu 267 TFUE. Sabiex nispjega l-pożizzjoni tiegħi, l-ewwel ser insemmi fil-qosor ir-regoli li jirregolaw l-organizzazzjoni u l-funzjonijiet tal-USK (III.A). F’dan l-isfond, ser nuri li dan jissodisfa l-kundizzjonijiet żviluppati fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiġi ttrattat bħala “qorti jew tribunal” (III.B).

A.      Lorganizzazzjoni u listruttura talUSK

24.      L-USK huwa korp permanenti stabbilit skont l-Artikolu 8 tal-ADBG.

25.      Fid-digriet tar-rinviju tiegħu, dan il-korp jispjega li huwa għandu l-funzjoni tal-“ogħla” tribunal ta’ arbitraġġ tal-isports Awstrijak għal ksur tar-regoli antidoping. Huwa t-tribunal superjuri fis-sistema ta’ żewġ livelli sabiex jiġi ssanzjonat il-ksur tar-regoli antidoping stabbilita mill-ADBG. Fl-ewwel istanza, is-sejba ta’ ksur tar-regoli antidoping applikabbli u l-impożizzjoni ta’ sanzjoni hija fdata, fuq inizjattiva tan-NADA, lill-ÖADR (11). Talba għal reviżjoni ta’ deċiżjoni tal-ÖADR tista’ titressaq quddiem l-USK. F’każ bħal dan, il-partijiet fil-proċeduri huma, minn naħa, l-isportiv (jew persuna oħra) li għalih tapplika d-deċiżjoni tal-ÖADR u n-NADA, min-naħa l-oħra (12).

26.      L-USK jieħu deċiżjonijiet abbażi ta’ sistema ta’ maġġoranza ta’ voti (13), fi proċedura rregolata mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Awstrijak (14), u r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu stess. Dawn tal-aħħar huma pubbliċi (15).

27.      L-Artikolu 8(1) tal-ADBG jistabbilixxi speċifikament li l-USK għandu jkun indipendenti mill-awtoritajiet pubbliċi, mill-individwi privati u min-NADA. Barra minn hekk, dan jistipula li l-membri tal-USK ma humiex permessi li jipparteċipaw f’investigazzjonijiet min-NADA ta’ ksur possibbli tar-regoli antidoping applikabbli; fid-deċiżjoni finali tan-NADA; fid-deċiżjoni dwar jekk titressaqx talba għal eżami quddiem l-ÖADR; jew tabilħaqq fil-proċess ta’ eżami stess. L-USK għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod awtonomu u indipendenti (16).

28.      Skont l-Artikolu 8(2) tal-ADBG, l-USK huwa kompost minn president wieħed u seba’ membri. Il-president u d-deputat tiegħu jew tagħha għandhom ikunu għaddew minn eżami ġudizzjarju jew tal-avukatura. Żewġ membri tal-kumitat għandu jkollhom lawrja fil-liġi u esperjenza fit-tmexxija ta’ proċeduri investigattivi formali. Żewġ membri oħra għandhom ikunu esperti fil-kimika analitika jew fit-tossikoloġija. Fl-aħħar nett, żewġ membri għandhom ikunu esperti fil-mediċina sportiva.

29.      L-istess paragrafu jispjega wkoll li, għal kull proċedura, l-USK jiġi kompost mill-ġdid: il-president jew id-deputat tiegħu jew tagħha għandu jinnomina minn fost il-membri tal-USK mill-inqas membru wieħed b’lawrja fil-liġi u esperjenza fi proċeduri investigattivi formali; mill-inqas espert wieħed fil-kimika analitika jew tossikoloġija; u mill-inqas membru wieħed li jkun espert fil-mediċina sportiva (17).

30.      Skont l-Artikolu 8(3) tal-ADBG u kif spjegat fid-digriet tar-rinviju, il-president u l-membri permanenti tal-USK jinħatru mill-Ministru Federali għall-Arti, il-Kultura, is-Servizz Pubbliku u l-Isport (iktar ’il quddiem il-“Ministru għall-Isport”) għal terminu ta’ erba’ snin, b’ħatriet mill-ġdid permissibbli (18). Il-Ministru għall-Isport jista’ jneħħi lil membru tal-USK qabel l-iskadenza tal-mandat tiegħu biss “għal raġunijiet serji” (19).

31.      Għal tilwim dwar avvenimenti sportivi Awstrijaċi jew atleti Awstrijaċi, il-proċeduri għandhom jitressqu quddiem l-USK (20). Fi kliem ieħor, appell kontra deċiżjoni tal-ÖADR jista’, f’każijiet bħal dawn, jiġi ppreżentat biss quddiem l-USK (21).

32.      L-Artikolu 23(3) tal-ADBG jeħtieġ li l-USK japplika r-regoli antidoping applikabbli tal-assoċjazzjoni sportiva internazzjonali kompetenti meta jeżamina l-legalità ta’ deċiżjoni tal-ÖADR. Jekk isib deċiżjoni illegali, jista’ jannullaha, jemendaha, jew jibdilha bid-deċiżjoni tiegħu stess (22).

33.      Kif ġie spjegat waqt is-seduta, appelli kontra deċiżjonijiet tal-USK jistgħu jitressqu quddiem il-qrati ċivili kompetenti Awstrijaċi —meta dawn jikkonċernaw kwistjonijiet ta’ dritt ċivili. F’każijiet bħal dawn, l-USK ma jkunx parti fil-proċeduri quddiem il-qorti ċivili kompetenti. Pjuttost, il-partijiet ikomplu jkunu n-NADA u l-isportiv (jew persuna oħra).

34.      Madankollu, kif ġie spjegat ukoll waqt is-seduta u mingħajr ma ġie kkontestat minn ebda parti, id-deċiżjoni dwar il-legalità tal-pubblikazzjoni, fuq is-sit internet tan-NADA, tad-deċiżjoni tal-USK li fiha d-data personali tar-rikorrenti ma tidhirx li taqa’ taħt il-kompetenza tal-qrati ċivili Awstrijaċi. Fl-istess ħin, ġie spjegat ukoll li d-deċiżjonijiet tal-USK ma jistgħux jiġu appellati quddiem il-qrati amministrattivi Awstrijaċi. Għalhekk, jidher li fid-deċiżjoni dwar il-legalità ta’ deċiżjoni li tiġi ppubblikata data personali ta’ sportiv, l-USK huwa l-aħħar istanza ta’ soluzzjoni ta’ tilwim fl-Awstrija.

35.      Sportiv jista’ jieħu rotta differenti, li ma tinvolvix lill-USK, billi jressaq ilment quddiem id-Datenschutzbehörde (l-Awtorità Awstrijaka għall-Protezzjoni tad-Data). Azzjonijiet kontra d-deċiżjonijiet ta’ din tal-aħħar jistgħu jitressqu quddiem il-qrati amministrattivi fl-Awstrija.

36.      Finalment, u filwaqt li ma jirriżultax kompletament ċar mill-informazzjoni li tinsab fil-fajl tal-Qorti tal-Ġustizzja, jidher li sportiv jista’ jiddeċiedi li jappella d-deċiżjoni tal-USK quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (“CAS”), meta l-ilment ikun jikkonċerna kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni korretta tar-regoli antidoping tal-assoċjazzjoni sportiva internazzjonali rilevanti u/jew mal-WADC (23).

37.      Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, issa ser neżamina jekk l-USK huwiex “qorti jew tribunal” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE.

B.      LUSK huwa “qorti jew tribunal”?

38.      Għal xi żmien, mis-sentenza Vaassen-Göbbels, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-tifsira ta’ “qorti jew tribunal” f’(dak li issa huwa) l-Artikolu 267 TFUE għandha tiġi riżolta esklużivament taħt id-dritt tal-Unjoni (24). Dan l-approċċ jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja li tisma’ rinviji preliminari minn korpi li, bħall-USK, ma jitqisux bħala qrati skont id-diviżjoni kostituzzjonali “klassika” tas-setgħat fi Stat Membru bejn il-leġiżlatura, l-eżekuttiv u l-ġudikatura, iżda li madankollu kellhom il-kompetenza li jsolvu tilwim permezz tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Il-fatt li firxa ta’ korpi usa’ mill-qrati fis-sens “ordinarju” tal-kelma jitħallew iressqu tali rinviji jsaħħaħ l-għan primarju tal-proċedura ta’ deċiżjoni preliminari li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, minn stadju bikri, il-Qorti tal-Ġustizzja ppermettiet ukoll rinviji minn korpi li tradizzjonalment ma jiġux deskritti bħala “qrati jew tribunali” klassiċi. Madankollu, il-mekkaniżmu ma kienx magħmul disponibbli għall-korpi kollha li għandhom japplikaw id-dritt tal-Unjoni, iżda biss għal dawk li jistgħu jitqiesu bħala “qrati jew tribunali”.

39.      Il-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma offriet definizzjoni tal-kunċett ta’ “qorti jew tribunal” fl-Artikolu 267 TFUE (25). Madankollu, tul is-snin, hija żviluppat numru ta’ kriterji li tieħu inkunsiderazzjoni meta tiddetermina jekk tistax taċċetta rinviju. Fost dawn il-kriterji hemm: jekk il-korp tar-rinviju huwiex stabbilit b’liġi, jekk huwiex permanenti, jekk il-ġurisdizzjoni tiegħu hijiex ta’ natura obbligatorja, jekk il-proċedura tiegħu hijiex kontradittorja, jekk il-korp japplikax regoli tad-dritt, kif ukoll jekk huwiex indipendenti (internament u esternament) (26). Filwaqt li dawn il-kriterji ġew applikati bi gradi differenti ta’ strettezza tul is-snin, reċentement, possibbilment taħt l-influwenza tas-sentenzi tal-istat tad-dritt (27), kien hemm tisħiħ tar-rekwiżit tal-indipendenza. Fis-sentenza Banco de Santander (28), pereżempju, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li kien meħtieġ li tbiddel il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-ammissibbiltà tar-rinviji mit-Tribunal Económico-Administrativo Central (il-Qorti Ċentrali tat-Taxxa, Spanja) (iktar ’il quddiem it-“TEAC”), meta qieset, b’differenza għal bosta snin qabel (29), li dan il-korp ma jissodisfax ir-rekwiżit ta’ indipendenza.

40.      Huwa tabilħaqq ir-rekwiżit ta’ indipendenza li huwa kontenzjuż fir-rigward tal-USK. Qabel ma nispjega għalfejn inqis li l-korp tar-rinviju f’dan il-każ jissodisfa dan il-kriterju, l-ewwel ser nuri li jissodisfa kriterji oħra użati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha dwar il-kunċett ta’ “qorti jew tribunal” fl-Artikolu 267 TFUE.

1.      “Stabbilit b’liġi” u “permanenti”

41.      Ir-rekwiżit li l-korp tar-rinviju jkun stabbilit b’liġi jimplika li l-bażi legali tiegħu tkun tinsab fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, kemm jekk tkun fil-livell primarju jew sekondarju (30). Il-kriterju ta’ permanenza jeħtieġ li, bħala istituzzjoni, il-korp ikun permanenti, irrispettivament mill-fatt li jista’ jkun kompost mill-ġdid għal kull proċedura jew ikollu kompożizzjoni li tinbidel (31).

42.      F’dan il-każ, dawn il-kriterji huma ssodisfatti b’mod ċar: kif spjegajt, l-USK huwa stabbilit mill-ADBG, il-leġiżlazzjoni federali Awstrijaka. Il-membri permanenti tiegħu jiġu nnominati għal perijodu li jista’ jiġġedded ta’ erba’ snin, u, anki jekk tinbidel il-kompożizzjoni tal-kamra responsabbli għad-deċiżjonijiet, huwa magħmul skont ir-regoli pprovduti mil-liġi u mil-lista ta’ membri permanenti tal-USK (ara l-punti 28 u 29 ta’ dawn il-konklużjonijiet).

2.      “Ġurisdizzjoni ta’ natura obbligatorja”

43.      Ir-rekwiżit li korp tar-rinviju jkollu ġurisdizzjoni obbligatorja ġie applikat fil-ġurisprudenza b’żewġ modi. Il-Qorti tal-Ġustizzja talbet jew li l-partijiet fil-proċeduri quddiemha ma jkunux jistgħu jagħżlu jekk il-kawża għandhiex tiġi ttrattata minn dak il-korp (32) jew il-Qorti tal-Ġustizzja eżiġiet li deċiżjonijiet tal-korp inkwistjoni jkunu vinkolanti fuq il-partijiet (33). Il-kriterju ta’ ġurisdizzjoni obbligatorja xorta kien jitqies li ġie ssodisfatt fejn id-dritt nazzjonali kien jagħti l-għażla lill-partijiet li jappellaw quddiem il-korp inkwistjoni jew il-qrati “ordinarji” ta’ dik il-ġurisdizzjoni (34). L-importanti huwa li l-ġurisdizzjoni tal-korp tar-rinviju ma tiddependix fuq il-qbil tal-partijiet opponenti dwar jekk hija għandhiex ġurisdizzjoni, peress li l-ġurisdizzjoni hija stabbilita awtomatikament meta parti waħda tressaq rikors.

44.      L-USK jissodisfa l-kriterju ta’ ġurisdizzjoni obbligatorja fiż-żewġ użi tagħha. Għandu jiġi spjegat li, minkejja ismu, dan il-korp ma huwiex “tribunal ta’ arbitraġġ” fis-sens li l-ġurisdizzjoni tiegħu hija dderivata minn ftehim bejn il-partijiet. Pjuttost, kif spjegajt fil-punti 24 u 31 ta’ dawn il-konklużjonijiet, u kif jispjegaw kemm id-deċiżjoni tar-rinviju kif ukoll il-partijiet, fl-Awstrija, l-USK jaġixxi, fuq il-bażi ta’ liġi federali, bħala l-istanza obbligatorja għal talbiet għal reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-ÖADR.

45.      Id-deċiżjonijiet tal-USK jorbtu lill-partijiet fit-tilwima. Wieħed jista’ jargumenta li huwa preċiżament għal din ir-raġuni li l-leġiżlazzjoni Awstrijaka tipprevedi l-possibbiltà li d-deċiżjonijiet tiegħu jiġu appellati fuq kwistjonijiet ta’ dritt ċivili quddiem il-qrati ċivili Awstrijaċi, minn naħa, u fuq kwistjonijiet ta’ regoli internazzjonali antidoping, quddiem il-Qrati Ċivili Awstrijaki jew is-CAS, min-naħa l-oħra. Jidher, madankollu, li, skont id-dritt Awstrijak, ma teżistix qorti tat-tieni istanza li quddiemha tista’ tiġi appellata deċiżjoni tal-USK dwar il-kompatibbiltà mal-GDPR ta’ deċiżjoni li tiġi ppubblikata data personali ta’ sportiv. Għalhekk, jidher xieraq li dan il-korp jitqies bħala “qorti jew tribunal” li, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, għandu l-obbligu li jressaq rinviju għal deċiżjoni preliminari meta jqis li l-applikazzjoni tal-GDPR ma tkunx ċara meta tiġi applikata għaċ-ċirkustanzi tat-tilwima quddiemu.

3.      “Proċedura ta’ natura kontradittorja”

46.      Ir-rekwiżit ta’ proċedura ta’ natura kontradittorja ma huwiex kriterju assolut (35). Madankollu, għandu jkun hemm il-possibbiltà li l-partijiet jinstemgħu (36), mingħajr ma jkun hemm bżonn ta’ proċedura ta’ natura kontradittorja (37).

47.      Għall-finijiet tal-proċeduri preżenti, dan il-kriterju huwa ssodisfatt ukoll: mill-fajl tal-qorti jirriżulta li l-USK wettaq skambji estensivi ta’ sottomissjonijiet bil-miktub bejn il-partijiet, kif ukoll żewġ seduti quddiem l-ÖADR f’Marzu u f’Mejju 2021.

4.      “Deċiżjonijiet ibbażati fuq regoli legali”

48.      Korp tar-rinviju jista’ jiġi kkaratterizzat bħala “qorti jew tribunal” jekk ikollu jiddeċiedi dwar id-deċiżjoni tiegħu bl-applikazzjoni ta’ regoli legali. Dan ir-rekwiżit jikkonċerna kemm ir-regoli sostantivi (38), kif ukoll ir-regoli li jirregolaw il-proċedura quddiem il-korp inkwistjoni (39).

49.      F’din il-kawża, il-proċedura deċiżjonali tal-USK hija rregolata minn regoli sostantivi u proċedurali predeterminati. Meta jirrevedi d-deċiżjonijiet tal-ÖADR, l-USK għandu japplika r-regoli antidoping rilevanti tal-ADBG kif ukoll dawk mill-assoċjazzjoni(jiet) tal-isport internazzjonali kompetenti (hawnhekk, dawk tal-IAAF u tal-WADC) (40). Bħala istituzzjoni ta’ Stat Membru, l-USK għandu japplika wkoll ir-regoli rilevanti tal-Unjoni. Huwa preċiżament minħabba dan l-obbligu li l-USK iddeċieda li jirrinvija l-kawża preżenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jitlob interpretazzjoni tal-GDPR.

50.      F’termini ta’ regoli proċedurali applikabbli, kif deskritti fil-punt 26 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-proċedura tal-USK hija rregolata mir-regoli ta’ proċedura ċivili Awstrijaċi kif ukoll mir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu stess. Huwa meħtieġ li josserva d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet (41). Id-deċiżjoni tiegħu għandha tingħata f’perijodu predeterminat (42). Għalhekk, is-setgħat tal-USK huma rregolati minn sensiela ta’ regoli proċedurali u sostantivi predeterminati li għandu jsegwihom.

5.      Indipendenza

51.      Meta jiġi deċiż jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex taċċetta dan ir-rinviju mill-USK jew le, l-uniku kriterju li jista’ ma jiġix osservat huwa r-rekwiżit ta’ indipendenza.

52.      Minkejja li l-kunċett ta’ indipendenza huwa element inerenti tal-funzjoni ġudizzjarja (43), kien biss fl‑1987 li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha X (magħrufa wkoll bħala Pretore di Salò) (44), iddeċidiet li korp tar-rinviju għandu jaġixxi b’mod indipendenti sabiex juża l-possibbiltà li jidħol fi djalogu mal-Qorti tal-Ġustizzja fi proċeduri għal deċiżjoni preliminari.

53.      Għalkemm l-indipendenza hija karatteristika neċessarja sabiex korp jiġi kkaratterizzat bħala “qorti jew tribunal” kif stabbilit fl-Artikolu 267 TFUE, meta rinviji għal deċiżjoni preliminari kienu jsiru minn qorti fi ħdan l-organizzazzjoni tal-ġudikatura stabbilita tal-Istati Membri, il-Qorti tal-Ġustizzja ma kinitx qiegħda tikkontesta l-indipendenza tagħhom. L-indipendenza kienet implikata b’mod awtomatiku. Għalhekk, il-kwistjoni tal-“indipendenza” ġiet evalwata biss meta r-rinviji kienu ġejjin minn korpi li ma jappartjenux għall-fergħa ġudizzjarja tal-gvern ta’ Stat Membru. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma kienx hemm bżonn li jiġi elaborat il-kontenut preċiż tar-rekwiżit ta’ indipendenza kif impost mid-dritt tal-Unjoni (45).

54.      Dan kien il-każ, sa ftit ilu, meta, minħabba tentattivi jew implimentazzjoni ta’ bidliet leġiżlattivi, l-indipendenza tal-ġudikatura tpoġġiet indiskussjoni f’xi Stati Membri. Ir-“rigress fl-istat tad-dritt”, kif spiss isir referenza għalih (46), wassal għall-ħtieġa li l-Qorti tal-Ġustizzja tispjega f’ħafna iktar dettall x’inhu mifhum taħt ir-rekwiżit ta’ “indipendenza” tal-qrati. Is-sentenzi rilevanti, li jirriżultaw jew minn proċeduri ta’ ksur jew minn talbiet għal deċiżjoni preliminari (47), staqsew jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, fit-teorija u kif implimentata fil-prattika, kinitx toffri garanziji suffiċjenti għal teħid ta’ deċiżjonijiet awtonomu u indipendenti mill-imħallfin. Meta ddeċidiet fuq dik id-domanda, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha telabora fuq il-kunċett ta’ indipendenza f’iktar dettall.

55.      Din il-linja tal-ġurisprudenza fetħet diskussjoni (48) relatata mal-kwistjoni ta’ jekk il-kriterju ta’ indipendenza huwiex (u għandux jibqa’) l-istess (i) meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi jekk korp huwiex “qorti jew tribunal” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE; jew (ii) meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-indipendenza f’kuntesti differenti, bħal ksur allegat tal-Artikolu 19 TUE minn Stat Membru jew f’każ li jinvolvi r-rekwiżit ta’ indipendenza impost minn partijiet partikolari tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (49). Fis-sentenza fil-Kawża Associação Sindical dos Juízes Portugueses (50), il-Qorti tal-Ġustizzja espliċitament ħolqot konnessjoni bejn il-kriterju ta’ “indipendenza” fl-Artikolu 19 TUE, fl-Artikolu 47 tal-Karta, u dak fl-Artikolu 267 TFUE. Is-sentenza fil-Kawża Banco de Santander tista’ forsi tiġi interpretata fis-sens li tapplika l-kriterji żviluppati fil-kuntest tal-Artikolu 19 TUE sabiex jiġi ddeterminat il-kunċett ta’ “indipendenza” fil-kuntest tal-Artikolu 267 TFUE (51).

56.      Xi awturi esprimew tħassib li r-rabta tal-ġurisprudenza relatata mal-Artikolu 19 TUE u dik relatata mal-kunċett ta’ “qorti jew tribunal” fl-Artikolu 267 TFUE tista’ tneħħi l-għażla ta’ djalogu ulterjuri meta jitressqu rinviji minn qrati minn Stati Membri li fihom instab li jeżistu nuqqasijiet sistemiċi fil-garanziji tal-indipendenza tal-ġudikatura (52). Fl-istess ħin, xi Avukati Ġenerali rrimarkaw li, fejn tidħol l-evalwazzjoni tal-indipendenza, il-kuntest huwa importanti (53).

57.      Huwa ċertament minnu li l-kuntest, jew, fi kliem ieħor, ir-raġuni għalfejn il-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa r-regoli applikabbli għal istituzzjoni huwa importanti. Madankollu, ma narax kif dan iwassal awtomatikament għal differenza fi standard sostantiv ta’ indipendenza f’kull wieħed mix-xenarji differenti msemmija. Filwaqt li evolva l-mod li bih jinftiehem il-kunċett ta’ indipendenza fid-dritt tal-Unjoni, dan ma jfissirx neċessarjament li jeżistu kunċetti differenti ta’ indipendenza. Fil-fehma tiegħi, ir-rekwiżit ta’ indipendenza huwa l-istess għal kwalunkwe korp li jipprova jiġi kklassifikat bħala “qorti”, kemm jekk sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 19 TUE jew għall-finijiet li jissodisfa dawk tal-Artikolu 267 TFUE.

58.      Fil-fehma tiegħi, l-applikazzjoni tal-istess rekwiżiti żviluppati fil-kawżi relatati mal-Artikolu 19 TUE għall-evalwazzjoni ta’ jekk korp huwiex “qorti jew tribunal” skont l-Artikolu 267 TFUE ma tipperikolax id-djalogu ġudizzjarju taħt l-Artikolu 267 TFUE. Għall-kuntrarju, kif ser nispjega fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, dan l-approċċ huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat li billi joħolqu korpi speċjalizzati bil-kompitu li jiddeċiedu ċerti kategoriji limitati ta’ tilwim, l-Istati Membri ma jevadux ir-rekwiżit importanti ta’ indipendenza li jimponi l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni fuq il-ġudikaturi nazzjonali. L-indipendenza tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-partijiet f’tilwima, kemm fl-aspetti interni kif ukoll esterni tagħha (54). Għalhekk, hija karatteristika neċessarja ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, mifhuma bħala dritt fundamentali ta’ kull suġġett f’kull tip possibbli ta’ tilwima li għandha tiġi solvuta b’mezzi ġudizzjarji. Dan ma jfissirx li l-metodu użat mill-Qorti tal-Ġustizzja meta teżamina l-ammissibbiltà tar-rinviji preliminari għandu jinbidel. Meta r-rinviju jiġi minn korp ġudizzjarju “klassiku”, il-preżunzjoni għadha li dak il-korp huwa qorti u l-ebda analiżi ulterjuri ma tkun meħtieġa. Huwa biss jekk jitqajmu dubji dwar l-indipendenza tal-membri ta’ dak il-korp minn parti fil-kawża, jew inkella ssir magħrufa mill-Qorti tal-Ġustizzja, li jkollha tiġi vverifikata l-indipendenza tal-korp tar-rinviju. Għall-kuntrarju, l-indipendenza ta’ korpi oħra tar-rinviju għandha tiġi pprovata qabel jiġi aċċettat ir-rinviju.

59.      Kif inhi l-ġurisprudenza llum, l-indipendenza għandha aspetti kemm “esterni” kif ukoll “interni” (55). Dak tal-ewwel jirrikjedi li ġudikant ikun jista’ jiddeċiedi b’mod awtonomu (56), mingħajr ma jkun espost għal ebda struzzjonijiet esterni. Sabiex jiffaċilita dan, id-dritt tal-Unjoni jimponi ċerti standards relatati mal-ħatra u mat-tneħħija tal-membri ta’ “qorti jew tribunal”. Anki jekk il-membri ġudikanti tal-korp ikkonċernat jistgħu jinħatru minn persuna jew korp estern, inkluż minn ministru fi gvern, wara l-ħatra tagħhom, huma għandhom ikunu ħielsa mill-influwenza ta’ dik il-persuna jew korp. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja – b’mod kruċjali – tirrikjedi li r-regoli kontra t-tneħħija jkunu ankrati f’salvagwardji leġiżlattivi lil hinn minn sempliċi dritt amministrattiv jew dritt industrijali (57). Fi kliem ieħor, il-persuni jew il-korpi li jaħtru lill-membri tal-“qorti jew tribunal” ikkonċernat għandhom jiġu mwaqqfa milli jissostitwixxu lil tali membri sempliċement għax ma jaqblux mal-fehma tagħhom.

60.      Dan ma jfissirx li t-tneħħija għandha tkun kompletament impossibbli jew li l-persuni jew korpi li jaħtru lil tali membri ma jistgħux ukoll ikollhom il-kompetenza li jneħħuhom. Pjuttost, ir-raġunijiet għat-tneħħija ta’ membru qabel it-tmiem tal-mandat tiegħu jew tagħha bħala għandhom jiddependu fuq “raġunijiet leġittimi u imperattivi li jiġġustifikawh, u dan fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità” (58). Barra minn hekk, ir-raġunijiet u l-proċeduri xierqa għal tali tneħħija għandhom ikunu stabbiliti b’mod ċar.

61.      Il-membri tal-USK huma maħtura mill-Ministru għall-Isport għal mandat li jiġġedded ta’ erba’ snin (59). Ħatra minn ministru ma għandhiex, fiha nnifisha, toħloq problema, sakemm, wara l-ħatra, il-membri ma jkollhom ebda obbligu ta’ lealtà lejn dak il-ministru. Dan ma jidhirx li huwa l-każ hawnhekk. Bis-saħħa tal-ADBG, il-membri tal-USK ma jistgħux jieħdu struzzjonijiet mill-gvern, minn korpi amministrattivi antidoping (bħan-NADA), jew minn parteċipanti f’attivitajiet sportivi. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja, sa llum, ma qisitx li s-sempliċi fatt li mandat ikun jista’ jiġġedded huwa inkompatibbli mal-indipendenza ġudizzjarja.

62.      F’din il-kawża, il-Ministru għall-Isport jista’ jkollu influwenza indiretta fuq il-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-USK jekk ikun jista’ jneħħi l-membri rilevanti b’mod prematur. Madankollu, kif spjegajt, il-membri tal-USK ma jistgħux jitneħħew qabel jiskadi l-mandat tagħhom sempliċiment għaliex il-Ministru għall-Isport għandu antipatija jew ma jaqbilx magħhom. Skont l-Artikolu 8(3) tal-ADBG, tali tneħħija tista’ sseħħ biss għal “raġunijiet serji”. Ma hemm ebda informazzjoni fil-fajl tal-qorti dwar liema raġunijiet jistgħu jitqiesu bħala “serji”. Madankollu, meta ddiskutiet il-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat ta’ tneħħija tal-Ministru għall-Isport taħt l-ADBG, in-NADA spjegat li, taħt il-liġi Awstrijaka, ftit raġunijiet biss jistgħu jiġu kkategorizzati b’dan il-mod. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssuġġeriet li reati intenzjonati biss jew dawk punibbli b’sentenza ta’ mill-inqas sena jistgħu jiġu kklassifikati bħala “serji”. Għalhekk, il-partijiet jidhru li jaqblu li l-membri tal-USK ma jistgħux jitneħħew skont ir-rieda jew id-diskrezzjoni arbitrarja tal-Ministru għall-Isport, jew ta’ kwalunkwe korp ieħor.

63.      Din it-tip ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija arbitrarja tal-membri tal-USK għandha tiġi distinta mis-sitwazzjoni tal-membri tat-TEAC, li kienet inkwistjoni fis-sentenza Banco de Santander. It-tneħħija tagħhom kienet possibbli minħabba n-nuqqas ta’ regoli speċifiċi stabbiliti għal dan il-għan (60) In-nuqqas ta’ tali regoli ntwera, kif osserva l-Avukat Ġenerali Hogan f’dik il-kawża, fil-fatt li l-membri tat-TEAC tneħħew “għal raġunijiet li jidhru ta’ konvenjenza għall-Gvern tal-ġurnata”(61).

64.      Finalment, jeħtieġ li tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll id-domanda dwar liema informazzjoni għandha tibbaża ruħha fuqha l-Qorti tal-Ġustizzja meta tevalwa l-indipendenza tal-korp tar-rinviju. Fil-fehma tiegħi, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tibbaża ruħha biss fuq il-leġiżlazzjoni li tirregola lil dak il-korp. Minkejja dan, jekk fil-proċeduri quddiemha jitqajjem tħassib dwar il-prattika tal-applikazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni, ikun meħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa ċ-ċirkustanzi rilevanti iktar mill-qrib. Madankollu, f’din il-kawża ma tqajjimx tali tħassib. Għall-kuntrarju, ġie kkonfermat li, sa llum, ma ntużatx is-setgħa teoretika ta’ tneħħija stabbilita fl-Artikolu 8(3) tal-ADBG (62).

65.      F’dan il-każ, għalhekk, inqis li l-kriterju ta’ indipendenza “esterna” huwa ssodisfatt.

66.      Dan iwassalni għat-tieni aspett tal-kriterju ta’ indipendenza, dak “intern”. Dan ir-rekwiżit huwa marbut mal-imparzjalità tal-korp li jressaq ir-rinviju (63). Dan jeħtieġ li tali korp jaġixxi bħala terz indipendenti fil-proċeduri quddiemu (64).

67.      Fil-qosor, il-membri ġudikanti ma għandu jkollhom l-ebda interess fl-eżitu tat-tilwima. L-ewwel, dan ifisser li persuni marbuta mal-partijiet fil-kawża ma jistgħux ipoġġu bħala membri tal-korp ġudikanti. Sabiex jiġi evalwat dak l-aspett ta’ indipendenza, huwa importanti li jiġu eżaminati r-regoli applikabbli għall-organizzazzjoni tal-“qorti jew tribunal” sabiex jiġi vverifikat jekk teżistix rabta funzjonali bejn il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim u l-amministrazzjoni li d-deċiżjonijiet tagħha jkun qiegħed jirrevedi (65). Fi kliem ieħor, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tevalwa jekk hemmx distinzjoni ċara bejn ir-rwol tal-korp inkwistjoni u dak tal-amministrazzjoni, jew jekk ir-rwoli humiex interkonnessi. Fil-każ imsemmi l-aħħar, il-korp inkwistjoni jitqies bħala insuffiċjentement “indipendenti” mill-amministrazzjoni (66).

68.      F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirrileva l-fatt li l-USK jifforma parti mill-istess struttura istituzzjonali bħan-NADA u l-ÖADR. B’mod speċifiku, hija tispjega li l-Artikolu 8(1) tal-ADBG jistipula li l-USK huwa “stabbilit” fin-NADA. Għalhekk, l-argument huwa li l-USK jinsab taħt il-ġudizzju tal-istituzzjoni stess li organizzattivament jifforma parti minnha.

69.      Fid-dawl tal-informazzjoni li tinsab fil-fajl tal-qorti, ma nqisx li dawn l-oġġezzjonijiet huma ġġustifikati. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja turi li rabtiet sempliċiment istituzzjonali huma insuffiċjenti, mingħajr elementi addizzjonali, sabiex jippreġudikaw l-indipendenza tal-korp li jressaq ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari. Għalhekk, pereżempju, fis-sentenza MT Højgaard u Züblin (67), il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-argument li l-Klagenævnet for Udbud (il-bord Daniż għall-ilmenti dwar l-akkwist pubbliku) ma kienx indipendenti sempliċement minħabba li kien jikkondividi segretarjat mal-Ministeru tan-Negozju u t-Tkabbir Daniż. Bl-istess mod, fis-sentenza Dorsch Consult, minkejja l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni li l-bord superviżorju kkonċernat kien rikonoxxut li huwa “marbut mal-istruttura organizzattiva tal-Bundeskartellamt (l‑Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Akkordji)” (68), il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li “l-bord superviżorju jwettaq il-kompitu tiegħu b’mod indipendenti taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess” (69).

70.      F’din il-kawża, ma naħsibx li l-proċess tal-kawża jew l-osservazzjonijiet tal-partijiet jiżvelaw xi indikazzjoni ta’ interkonnessjoni funzjonali bejn l-USK u n-NADA, l-ÖADR, il-Gvern Awstrijak, jew kwalunkwe federazzjoni sportiva.

71.      Fil-fatt, kif spjegajt fil-punt 27 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-USK jaġixxi b’mod indipendenti min-NADA u mill-ÖADR. Kif ikkonfermat in-NADA fis-seduta, l-USK ma għandu l-ebda setgħa li ex officio jistħarreġ id-deċiżjonijiet tal-ÖADR. B’kuntrast pertinenti mas-sentenza Banco de Santander, ma teżisti l-ebda prova li l-membri tan-NADA jew xi organizzazzjonijiet sportivi jpoġġu fis-sentenza ta’ proċeduri li jaġixxu bħala partijiet fihom (70). Lanqas ma ġie allegat li dawn il-korpi jistgħu jinfluwenzaw il-funzjonament tal-proċeduri quddiem l-USK b’xi mod ieħor.

72.      Għalhekk, f’din il-kawża nqis li l-kriterju ta’ indipendenza “interna” ġie ssodisfatt ukoll.

73.      Finalment, jeħtieġ li nirrispondi l-aħħar tħassib imqajjem mill-Kummissjoni, dwar il-kompożizzjoni tal-USK, li – minbarra professjonisti legali – jinkludi wkoll esperti f’oqsma relatati oħra (il-kimika, it-tossikoloġija u l-mediċina sportiva). Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà aċċettat rinviji minn korpi parzjalment komposti minn esperti fil-qasam rilevanti tagħhom (71), sakemm dawn iwettqu d-dmirijiet tagħhom b’mod awtonomu (72). L-ebda wieħed mill-parteċipanti f’dawn il-proċeduri ma sostna quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li membri tal-USK li ma humiex avukati jistgħu jkunu qegħdin jirċievu struzzjonijiet esterni jew ikunu parzjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Għalhekk ma narax li l-kompożizzjoni mħallta tal-USK toħloq, fiha nnifisha, tħassib dwar l-indipendenza ta’ dan il-korp (73).

6.      LUSK bħala “qorti jew tribunal” talaħħar istanza

74.      Qabel intemm l-analiżi tal-kwistjoni ta’ ammissibbiltà ta’ dan ir-rinviju, nixtieq nipproponi li l-USK huwa, fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, mhux biss “qorti jew tribunal”, iżda tabilħaqq “qorti jew tribunal” li kontra d-deċiżjonijiet tiegħu ma jeżistux rimedji legali, u li għalhekk huwa, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, ma huwiex biss awtorizzat, iżda saħansitra anki obbligat li jressaq rinviju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

75.      Kif spjegajt fil-punti 33 u 34 ta’ dawn il-konklużjonijiet, xi kwistjonijiet deċiżi mill-USK jistgħu jiġu appellati quddiem il-qrati ċivili Awstrijaċi. Madankollu, jidher li l-qrati ċivili Awstrijaċi ma humiex fil-fatt kompetenti sabiex jisimgħu kwistjonijiet ta’ liġi relatati mal-ksur tar-regoli tal-protezzjoni tad-data, inkluż il-GDPR u l-liġi Awstrijaka dwar il-protezzjoni tad-data. Jiena nippreżumi li dan huwa wkoll dak li riedet tfisser ir-rikorrenti meta sostniet li l-pubblikazzjoni tad-data tagħha ma hijiex suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju mill-qrati ċivili kompetenti.

76.      Min-naħa l-oħra, deċiżjoni tal-USK lanqas ma tista’ tiġi appellata quddiem qorti amministrattiva. In-NADA spjegat fis-seduta li hija l-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, l-Awstrija) li hija ordinarjament kompetenti sabiex tisma’ appelli relatati ma’ kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data kontra awtoritajiet pubbliċi. Jidher, madankollu, li l-ADBG ma tipprevedix il-possibbiltà li jitressaq appell kontra d-deċiżjoni tal-USK quddiem dik il-qorti.

77.      Jekk dan huwa tabilħaqq l-istat tad-dritt Awstrijak, l-USK ikun l-uniku korp ġudizzjarju u dak finali li quddiemu tista’ tiġi kkontestata l-kompatibbiltà mal-GDPR tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-ÖADR jew tal-USK fuq is-sit internet tan-NADA. Dan ikun ifisser li r-rinviju preliminari preżenti mill-USK jipprovdi l-unika possibbiltà li tiġi salvagwardjata l-interpretazzjoni uniformi tal-GDPR fil-kuntest ta’ proċeduri antidoping fl-Awstrija. Għaldaqstant, fir-rigward ta’ din il-kwistjoni legali, l-USK ikun qed jassumi l-kompitu ta’ “qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra id-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali”, fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE.

78.      Ir-rikors parallel ippreżentat inter alia mir-rikorrenti (kif ukoll minn numru ta’ ex sportivi oħra), l-ewwel quddiem l-awtorità Awstrijaka għall-protezzjoni tad-data u issa quddiem il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali) ma jistax ixejjen l-utilità tal-gwida li tipprovdi l-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża (74). Dan ir-rikors parallel huwa bbażat fuq appell ippreżentat kontra deċiżjoni li tiċħad ilment mal-awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti, fis-sens tal-Artikoli 77 u 78 tal-GDPR. Madankollu, dak li tfittex ir-rikorrenti permezz ta’ dan ir-rinviju huwa “rimedju kontra kontrollur jew proċessur”, fis-sens tal-Artikolu 79 tal-GDPR. Kif spjegat dan l-aħħar il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha fil-kawża Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság, ir-rimedji previsti fl-Artikoli 77, 78 u 79 tal-GDPR għandhom ikunu jistgħu jiġu “eżerċitati b’mod simultanju u indipendenti”, billi jkun kompitu tas-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri li jiżguraw li ma tinqala’ ebda inkonsistenza minn din l-applikazzjoni b’mod simultanju (75). Huwa preċiżament minħabba li dik il-possibbiltà għal duwalità tal-proċeduri hija prevista fil-GPDR innifsu, u tidher li ġiet implimentata bħala tali fid-dritt Awstrijak (76), li l-kawża preżenti hija differenti minn kawżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li jista’ jkun miftuħ binarju wieħed biss sabiex tintalab protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet tal-liġi tal-Unjoni (77). Fi kliem ieħor, ilment quddiem l-awtorità Awstrijaka għall-protezzjoni tad-data ma jistax ikun sostitut għall-infurzar dirett tad-drittijiet tal-GDPR tar-rikorrenti quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti.

79.      Il-leġiżlatur Awstrijak jidher li għażel li jistabbilixxi l-USK bħala l-unika “qorti jew tribunal” kompetenti biex jisma’ talbiet imqajma f’tilwim antidoping dwar il-ksur allegat tad-drittijiet taħt il-GDPR. L-ebda qorti oħra ma tidher li għandha tali ġurisdizzjoni. Minħabba l-awtonomija proċedurali sabiex jorganizza s-sistema ġudizzjarja tiegħu, il-leġiżlatur nazzjonali ċertament jista’ jagħmel dan. Għalhekk, biex nerġa’ lura għall-argument tiegħi li r-rekwiżiti ta’ indipendenza għandhom ikunu l-istess fil-kuntest tal-Artikolu 267 TFUE u tal-Artikolu 19 TUE, jekk l-USK jitħalla jissodisfa standard iktar baxx ta’ indipendenza għall-finijiet ta’ teħid ta’ deċiżjoni dwar il-kwistjoni tal-ammissibbiltà f’din il-kawża, dan ikun f’kunflitt mal-għażla tal-leġiżlatur Awstrijak li jdaħħal lil dan il-korp fl-istruttura ġudizzjarja tiegħu.

7.      Konklużjoni provviżorja

80.      Għar-raġunijiet imsemmija iktar ’il fuq, inqis li l-USK jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jitqies bħala “qorti jew tribunal” taħt l-Artikolu 267 TFUE. Ir-rinviju, għalhekk, għandu jitqies ammissibbli.

IV.    Ilmertu

81.      F’din il-kawża, ir-rikorrenti tikkontesta, abbażi tal-GDPR, operazzjoni ta’ pproċessar li permezz tagħha isimha, flimkien inter alia mal-ksur minnha tar-regola antidoping u s-sospensjoni sussegwenti tagħha, tniżżel fil-parti aċċessibbli pubblikament tas-sit internet tan-NADA, fil-forma ta’ entrata f’tabella ta’ persuni li kisru r-regoli antidoping (“l-operazzjoni ta’ pproċessar inkwistjoni”).

82.      Kif ġie ċċarat waqt is-seduta, il-każ tagħha ma jirrigwardax iż-żewġ operazzjonijiet ta’ pproċessar anċillari u konnessi ta’ (i) żvelar tal-istess data personali fuq is-sit internet tan-NADA aċċessibbli għall-pubbliku fil-forma ta’ stqarrija għall-istampa jew (ii) tixrid ta’ din l-istqarrija għall-istampa permezz ta’ posta elettronika lil lista ta’ distribuzzjoni magħluqa, iżda apparentement liberament aċċessibbli.

A.      Lapplikabbiltà talGDPR għaċċirkostanzi ta’ din ilkawża

83.      L-attivitajiet ikkontestati mir-rikorrenti jaqblu mad-deskrizzjoni tal-attivitajiet li għalihom japplika l-GDPR: dawn huma (i) l-ipproċessar ta’ (ii) data personali (iii) li ssir kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati (78). L-ewwel, l-iżvelar online ta’ data personali jikkostitwixxi “pproċessar” (79). It-tieni, l-operazzjoni ta’ pproċessar inkwistjoni tagħmel użu minn “data personali”: wara kollox, huwa isem ir-rikorrenti li huwa s-suġġett tal-iżvelar tan-NADA lill-pubbliku, flimkien mal-penali imposta fuqha u l-ksur tar-regoli antidoping inkwistjoni (80). It-tielet, meta tittella’ fuq is-sit internet tan-NADA, id-data personali tar-rikorrenti tgħaddi minn server. Dak il-passaġġ jikkostitwixxi pproċessar b’“mezzi awtomatizzati” (81).

84.      Madankollu, il-GDPR japplika għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ?

85.      Il-GDPR kien adottat abbażi tal-Artikolu 16(2) TFUE, il-bażi legali li tagħti s-setgħa lil-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex jirregola l-ipproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri “meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt ta’ l-Unjoni.” L-istess limitu għall-kompetenza tal-Unjoni huwa espress fl-Artikolu 2(2)(a) tal-GDPR, li jeskludi l-applikazzjoni tal-GDPR għall-ipproċessar ta’ data personali matul attività li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

86.      L-Avukat Ġenerali Szpunar kien issuġġerixxa li l-“kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni” imsemmi fl-Artikolu 16(2) TFUE għandu jmur lil hinn mill-każijiet li “jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni”, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta (82). Jiena naqbel. Huwa preċiżament minħabba li l-Karta ma hijiex maħsuba biex iżżid il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi tal-Unjoni li ġiet inkluża kompetenza espressa sabiex tirregola l-privatezza u l-protezzjoni tad-data fit-test tat-Trattat. Madankollu, dik l-inklużjoni ma tatx lill-Unjoni kompetenza ġenerali biex tirregola l-ipproċessar tad-data fl-Istati Membri. Hija ngħatat is-setgħa li tirregola l-attivitajiet tal-Istati Membri biss fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Dan il-limitu għall-kompetenzi tal-Unjoni espress fit-Trattat u fil-GDPR innifsu għandu jingħata xi sinjifikat. Fil-fehma tiegħi, jekk attività ta’ pproċessar tad-data fi Stat Membru ma tkunx tista’ tiġi marbuta (anki mill-bogħod) ma’ qasam kopert mid-dritt tal-Unjoni, il-GDPR ma japplikax.

87.      Fil-fehma tiegħi, l-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni antidoping ta’ Stat Membru ma huwiex attività li, fl-istat attwali tal-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni, iġġib dik l-attività ta’ pproċessar fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

88.      L-Unjoni Ewropea ma għandhiex kompetenza li tirregola l-isport. Dan ma nbidilx bl-introduzzjoni tal-kompetenza ta’ appoġġ fl-isport skont l-Artikolu 165 TFUE (83). Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li d-dritt tal-Unjoni japplika għall-isport meta dan jinftiehem bħala attività ekonomika (84). Fil-każijiet rilevanti kollha, id-dritt primarju tal-Unjoni applika għal restrizzjonijiet tal-pulizija għall-movimenti transkonfinali jew għall-kompetizzjoni fis-suq intern (85). Huwa minnu li wieħed jista’ jinterpreta r-regoli antidoping nazzjonali bħala ostakolu għall-moviment liberu. Madankollu, din il-kawża ma tirrigwardax sitwazzjoni bħal din.

89.      Ir-regoli antidoping primarjament jirregolaw l-isport bħala sport. Huma jirrigwardaw il-funzjonijiet soċjali u edukattivi tal-isport, pjuttost milli l-aspetti ekonomiċi tiegħu, anki jekk dawk imsemmija l-ewwel jistgħu jinfluwenzaw it-tieni. Madankollu, anki jekk l-Unjoni Ewropea ma għandhiex kompetenza regolatorja fl-isport, teoretikament tista’ tarmonizza r-regoli nazzjonali antidoping, jekk dan ikun iġġustifikat bħala meħtieġ sabiex jitneħħew l-ostakoli għall-movimenti transkonfinali. Madankollu, kif inhi l-liġi bħalissa, ma hemm l-ebda regoli tal-Unjoni li huma relatati, direttament jew indirettament, mal-politiki antidoping tal-Istati Membri.

90.      F’sitwazzjoni bħal din, insibha diffiċli li nistabbilixxi r-rabta neċessarja mad-dritt tal-Unjoni sabiex iċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża jitqiesu bħala attività ta’ Stat Membru li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Jien, għalhekk, tal-fehma li l-GDPR ma japplikax għal din il-kawża.

91.      F’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-GDPR madankollu japplika, issa ser nirrikorri għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet kif mitlub mill-USK.

92.      Essenzjalment, il-korp tar-rinviju huwa kkonċernat dwar dan li ġej: l-ewwel, jekk il-liġi Awstrijaka, (l-ADBG), li teħtieġ li d-deċiżjonijiet li jsibu ksur tar-regoli antidoping isiru disponibbli għall-pubbliku ġenerali, mingħajr ebda stħarriġ individwalizzat tal-proporzjonalità fir-rigward tal-isportivi ta’ livell professjonali, hijiex konformi mal-GDPR; u, it-tieni, jekk l-għażla tan-NADA li timplimenta dan l-obbligu ta’ pubblikazzjoni permezz tat-tqegħid tad-data fil-partijiet disponibbli pubblikament tas-sit internet tagħha hijiex neċessarja jew le.

93.      Għal din ir-raġuni, il-korp tar-rinviju jagħmel diversi domandi dwar l-interpretazzjoni tal-GDPR. Inqis li t-tieni u t-tielet domanda, li għandhom jiġu indirizzati flimkien, huma l-iktar domandi importanti u kumplessi. Għalhekk, ser nindirizza d-domandi l-oħrajn l-ewwel, qabel ma mbagħad ngħaddi għall-kwistjonijiet ta’ legalità u ta’ proporzjonalità mqajma mill-USK.

B.      Lewwel domanda

94.      Permezz tal-ewwel domanda tiegħu, l-USK, essenzjalment, jixtieq jivverifika jekk il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni li ċerta persuna tkun wettqet ksur speċifiku ta’ doping tikkostitwixxix “data dwar is-saħħa”, fis-sens tal-Artikolu 9 tal-GDPR.

95.      Fil-fehma tiegħi, ir-risposta għal din id-domanda tista’ tinkiseb kemm mid-definizzjoni ta’ “data dwar is-saħħa” kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

96.      Kif iddefinit fl-Artikolu 4(15) tal-GDPR, “‘data dwar is-saħħa’ tfisser data personali relatata mas-saħħa fiżika jew mentali ta’ persuna fiżika, inkluża l-provvista ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa, li tiżvela informazzjoni rigward l-istat ta’ saħħitha.”

97.      Il-partijiet kollha, bl-eċċezzjoni tar-rikorrenti, ġustament josservaw li din id-definizzjoni hija komposta minn żewġ elementi. L-ewwel wieħed huwa r-rekwiżit li d-data personali inkwistjoni tkun relatata mas-saħħa fiżika jew mentali ta’ persuna fiżika. It-tieni element huwa li din id-data tiżvela informazzjoni dwar l-istat tas-saħħa tal-persuna fiżika. Fi kliem ieħor, id-data personali inkwistjoni mhux biss għandha b’xi mod tkun marbuta mas-saħħa tas-suġġett tad-data (li għalhekk jimplika konnessjoni mill-bogħod), iżda għandha wkoll tippermetti li jsiru deduzzjonijiet minn dik l-informazzjoni dwar l-istat tas-saħħa tas-suġġett tad-data (li għalhekk jimplika aspett personalizzat tal-informazzjoni kkonċernata).

98.      F’din il-kawża, m’inix konvinta li dan l-aħħar kriterju, li jaġixxi bħala l-kriterju operattiv dwar l-istat tas-saħħa suġġettiv tas-suġġett tad-data inkwistjoni, huwiex issodisfatt.

99.      Fil-fatt, il-konstatazzjoni li r-rikorrenti kkonsmat jew kellha fil-pussess tagħha ċerti sustanzi pprojbiti ma tgħid xejn dwar l-istat tas-saħħa fiżika jew mentali tagħha. L-istess bħalma l-konsum tal-alkoħol ma jgħid xejn dwar jekk persuna tbatix minn dipendenza fuq l-alkoħol jew le, il-konsum jew il-pussess mir-rikorrenti tas-sustanzi inkwistjoni f’din il-kawża ma jiżvela ebda rabta loġika jew ċara rigward is-saħħa fiżika jew mentali tagħha.

100. Lanqas ma nqis li wieħed jista’ jasal għal konklużjoni differenti mill-premessa 35 tal-GDPR (86). L-ewwel sentenza ta’ din il-premessa, essenzjalment, tiċċara li l-kunċett ta’ “data dwar is-saħħa” ma għandux “data ta’ skadenza”. It-tieni sentenza mbagħad telenka l-informazzjoni li tista’ tifforma parti minn dak il-kunċett, mingħajr madankollu ma tipprovdi ebda indikazzjoni li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4(15) tal-GDPR għandu jinqara b’mod differenti.

101. Filwaqt li huwa naturalment minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Lindqvist sabet li l-kunċett ta’ “data dwar is-saħħa” għandu jingħata interpretazzjoni wiesgħa (87), din l-interpretazzjoni saret fl-isfond tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data (88), il-predeċessur tal-GDPR, li ma kienx fiha definizzjoni ddedikata tal-kunċett ta’ “data dwar is-saħħa”. L-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja lanqas ma kienet tinkludi rekwiżit għal rabta li kellha tiġi stabbilita bejn id-data inkwistjoni u l-istat tas-saħħa tas-suġġett tad-data. Bħala tali, filwaqt li s-sentenza Lindqvist tista’ tipprovdi xi gwida dwar l-interpretazzjoni tat-terminu, ċertament ma tistax tegħleb l-inserzjoni leġiżlattiva speċifika tal-leġiżlatur tal-Unjoni li torbot id-data dwar is-saħħa tas-suġġett tad-data mal-istat tas-saħħa tiegħu jew tagħha (89).

102. Bħala konklużjoni, b’risposta għall-ewwel domanda, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-informazzjoni li sportiv ta’ livell professjonali wettaq ksur tar-regoli antidoping marbut mal-użu jew mal-attentat ta’ użu jew pussess ta’ sustanza jew metodu pprojbit, fih innifsu, ma jikkostitwixxu “dejta dwar is-saħħa”, fis-sens tal-Artikolu 9 tal-GDPR.

C.      Irraba’ domanda

103. Permezz tar-raba’ domanda tiegħu, l-USK essenzjalment jistaqsi jekk l-iżvelar pubbliku ta’ isem ir-rikorrenti, il-ksur involut tar-regoli antidoping u s-sanzjoni imposta fuqha jikkostitwixxux l-ipproċessar ta’ “data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati” fis-sens tal-Artikolu 10 tal-GDPR.

104. In-NADA, il-WADA u l-Gvern Belġjan, il-Gvern Franċiż u l-Gvern Pollakk jikkontestaw il-klassifikazzjoni tas-sanzjonijiet imposti fuq ir-rikorrenti bħala “kriminali”. Fuq din il-bażi, huma jikkonkludu li l-Artikolu 10 tal-GDPR ma huwiex applikabbli għaċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża.

105. Madankollu, ir-rikorrenti, il-Gvern Latvjan u l-Kummissjoni jsostnu l-kuntrarju. Il-każ tagħhom, essenzjalment, huwa bbażat fuq l-argument li l-projbizzjoni tad-doping imposta fuq ir-rikorrenti għandha impatt personali sinjifikanti. Fil-fehma tagħhom, is-sanzjoni mhux biss tinvolvi konsegwenzi finanzjarji u projbizzjoni professjonali relattivament sinjifikanti, iżda wkoll konsegwenzi indiretti li jirriżultaw mill-umiljazzjoni u l-istigmatizzazzjoni li huma inerenti fil-pubblikazzjoni (mingħajr limitu) ta’ isem ir-rikorrenti, flimkien mal-atti li wasslu għall-ksur tar-regoli antidoping u s-sanzjoni imposta. Dan il-kombinament jagħmel is-sanzjoni inkwistjoni f’din il-kawża ta’ natura “kriminali”. Fuq din il-bażi, ir-rikorrenti għalhekk targumenta wkoll li l-ÖADR tikkostitwixxi “awtorità uffiċjali” fis-sens tal-Artikolu 10 tal-GDPR.

106. Jiena naqbel mar-rikorrenti, mal-Gvern Latvjan u mal-Kummissjoni li, f’din il-kawża, is-sanzjoni imposta għall-ksur tar-regoli antidoping inkwistjoni huwa ta’ natura kriminali fis-sens tal-Artikolu 10 tal-GDPR.

107. Huwa ċar li l-interpretazzjoni ta’ wieħed jew l-ieħor miż-żewġ kunċetti ta’ “kriminali” imsemmija fl-Artikolu 10 tal-GDPR (“kundanni kriminali” u “reati kriminali”) jeħtieġ interpretazzjoni awtonoma (90). Barra minn hekk, peress li ż-żewġ kunċetti għandhom l-istess bażi etimoloġika (li tinstab fil-kelma bil-Latin fi stadju tard “criminalis”), u peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni pprova jillimita l-protezzjoni msaħħa fl-Artikolu 10 tal-GDPR għall-qasam kriminali biss (91), l-applikabbiltà ta’ din id-dispożizzjoni fundamentalment tiddependi fuq jekk is-sanzjoni rilevanti imposta hijiex ta’ natura kriminali jew le (92).

108. Sabiex tiddetermina jekk sanzjoni hijiex ta’ natura kriminali jew le, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra tliet kriterji: l-ewwel, il-klassifikazzjoni ġuridika tar-reat taħt id-dritt nazzjonali; it-tieni, in-natura intrinsika tar-reat; u, it-tielet, il-grad ta’ severità tas-sanzjoni li tista’ teħel il-persuna kkonċernata (93). Dawn l-aħħar żewġ kriterji mingħajr dubju għandhom piż ikbar (94).

109. F’din il-kawża, mill-fajl tal-qorti jidher li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sospensjoni minħabba doping tar-rikorrenti tirrigwarda l-pussess u l-użu parzjali ta’ sustanzi pprojbiti. Kif tispjega l-Kummissjoni, u suġġett għal konferma, il-pussess u/jew l-użu ta’ tali sustanzi jikkostitwixxu reat kriminali taħt l-Artikolu 28(1) u (2) tal-ADBG. Skont it-talba għal deċiżjoni preliminari, il-konsegwenzi ta’ dan ir-reat jinvolvu r-revoka ta’ titoli u l-konfiska ta’ premji fi flus, kif ukoll projbizzjoni ta’ erba’ snin mill-kompetizzjonijiet kollha (nazzjonali u internazzjonali). Jidher ukoll li l-Artikolu 24(4) tal-ADBG jipprojbixxi l-impjieg bi qligħ tar-rikorrenti fl-organizzazzjonijiet tal-isport matul il-perijodu tal-projbizzjoni tagħha.

110. Kif aċċettat mill-partijiet kollha f’dawn il-proċeduri, dawn is-sanzjonijiet għandhom l-għan ċar li jippenalizzaw lir-rikorrenti għall-azzjonijiet tagħha kif ukoll li jaġixxu bħala deterrent għaliha (u lil sportivi oħra) milli jwettqu l-istess aġir.

111. Il-kombinament ta’ mhux biss revoka ta’ titoli u konfiska ta’ premju fi flus (korrezzjoni ta’ gwadann fil-passat miksub indebitament) iżda wkoll projbizzjoni fuq l-impjieg għal perijodu ta’ żmien limitat iżid element penalizzanti li jżid b’mod drammatiku s-severità tal-konsegwenza ġenerali għall-azzjonijiet tar-rikorrenti.

112. Fi kliem ieħor, is-sanzjoni inkwistjoni f’dan il-każ tmur lil hinn mis-sempliċi tfittxija ta’ tiswija tad-dannu kkawżat iżda għandha l-għan speċifiku li tippenalizza lir-rikorrenti għall-azzjonijiet tagħha (95). Din għandha wkoll funzjoni preventiva – dik li tiskoraġġixxi lil sportivi oħrajn milli jwettqu reati antidoping.

113. Huwa dan il-kombinament ta’ fatturi li huwa indikattiv ta’ reat li huwa kriminali u jmur lil hinn mil-limitu ta’ dawk li altrimenti jitqies bħala reat dixxiplinari sportiv (96).

114. Naturalment, kif jinnota ġustament il-Gvern Latvjan, dan huwa mingħajr preġudizzju għall-klassifikazzjoni nazzjonali tar-reati inkwistjoni. Din il-konklużjoni lanqas ma tfisser li, f’sensiela ta’ ċirkustanzi differenti, il-limitu sabiex sanzjoni individwali tinstab li għandha natura “kriminali” huwa neċessarjament milħuq (97). Madankollu, kif spjegajt fil-paragrafu preċedenti, jiena nqis li s-sanzjoni partikolari imposta fuq ir-rikorrenti hija ta’ natura tali li tissodisfa l-limitu ta’ dak li jitqies bħala kundanna jew reat kriminali għall-finijiet tal-Artikolu 10 tal-GDPR.

115. Kuntrarjament għal dak li ssostni l-WADA, ma naħsibx li jkun utli li, ġeneralment, li ksur tar-regoli antidoping, bħal dak inkwistjoni f’dan il-każ, jitqies bħala sempliċi ksur tar-regoli (privati) ta’ klabbs jew organizzazzjonijiet sportivi individwali. Il-pussess jew l-użu ta’ sustanzi fil-każ tar-rikorrenti jmur ferm lil hinn mill-ksur potenzjali ta’, ngħidu aħna, il-kostituzzjoni tal-klabb taċ-ċess ta’ Knin (il-Kroazja) (98).

116. Tali aġir huwa pprojbit mil-liġi nazzjonali – l-ADBG – u mhux (biss) mir-regoli privati ta’ klabb jew organizzazzjoni sportiva. Barra minn hekk, l-effetti indiretti fuq is-sitwazzjoni personali u professjonali tar-rikorrenti, li jirriżultaw mid-diżapprovazzjoni soċjali u mill-istigmatizzazzjoni li huma marbutin mal-konstatazzjoni ta’ ksur tar-regoli antidoping, imorru ferm lil hinn mid-dinja tal-isport (99). Finalment, il-fatt li l-ksur ta’ din il-liġi jista’ jikkostitwixxi wkoll reat dixxiplinari taħt ir-regoli ta’ klabb jew ta’ organizzazzjoni sportiva privata li għandhom l-għan li jirregolaw l-aġir tal-membri tagħhom (hawnhekk, ir-Regoli Antidoping u tal-Kompetizzjoni tal-IAAF) ma jwaqqafx l-istess ksur u s-sanzjonijiet milli jsegwu wkoll id-dritt pubbliku ta’ Stat Membru.

117. Għar-raġunijiet imsemmija iktar ’il fuq, inqis li l-operazzjoni ta’ pproċessar inkwistjoni tikkonċerna “data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati” fis-sens tal-Artikolu 10 tal-GDPR.

118. X’inhuma l-konsegwenzi ta’ din il-konklużjoni?

119. Kif spjegajt qabel, konstatazzjoni li operazzjoni ta’ pproċessar taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10 tal-GDPR teħtieġ li l-interessi tas-suġġett tad-data jingħataw iktar piż f’eżerċizzju ta’ bilanċ dwar l-iżvelar (100). Bis-saħħa tal-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, dan l-ipproċessar għandu jseħħ jew taħt il-kontroll ta’ “awtorità uffiċjali” jew taħt id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali li tipprovdi salvagwardji xierqa għad-drittijiet u għall-libertajiet tas-suġġett tad-data kkonċernat.

120. B’hekk, b’risposta għar-raba’ domanda, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-Artikolu 10 tal-GDPR għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-ipproċessar ta’ data personali relatata mal-pussess u mal-użu parzjali minn sportiva ta’ livell professjonali, b’rabta ma’ attività sportiva, ta’ sustanzi elenkati fil-Lista ta’ Sustanzi Pprojbiti tal-WADA.

D.      Ilħames domanda

121. Permezz tal-ħames domanda tiegħu, li saret biss fil-każ ta’ risposta affermattiva għar-raba’ domanda, l-USK, essenzjalment, jixtieq jivverifika jekk l-ipproċessar tad-data personali tar-rikorrenti dwar il-ksur tagħha tar-regoli antidoping jagħmilx lill-USK “awtorità uffiċjali” fis-sens tal-Artikolu 10 tal-GDPR.

122. Kif diġà spjegajt, fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, l-USK fil-fatt jipproċessa “data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati”, fis-sens tal-Artikolu 10 tal-GDPR. Madankollu, fit-twettiq ta’ din l-attività, l-USK ma jaġixxix bħala l-“awtorità uffiċjali” li tikkontrolla l-ipproċessar ta’ dik id-data.

123. Pjuttost, mill-Artikoli 5(6) u 6(1) sa 6(5) tal-ADBG jirriżulta li l-leġiżlatur Awstrijak ta s-setgħa lin-NADA sabiex tassumi r-rwol ta’ “awtorità uffiċjali” sabiex, inter alia, tikkontrolla l-attivitajiet ta’ pproċessar imwettqa mill-USK fir-rigward tat-tip ta’ data personali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10 tal-GDPR.

124. Ir-responsabbiltà sostantiva għall-ipproċessar korrett ta’ data personali fil-kuntest tal-attivitajiet tal-USK, inkluża l-pubblikazzjoni tar-riżultati tad-deċiżjonijiet tagħha, għalhekk tidher li taqa’ fuq in-NADA.

125. Għaldaqstant, is-sempliċi fatt li l-USK jipproċessa data personali li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10 tal-GDPR ma jirrendix awtomatikament lil dan il-korp “awtorità uffiċjali” fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni.

126. Għalhekk, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi, b’risposta għall-ħames domanda, li l-għoti ta’ kariga lil korp sabiex jistħarreġ deċiżjoni li tikkonstata ksur ta’ regola antidoping ma jirrendix awtomatikament lil dan il-korp “awtorità uffiċjali” fis-sens tal-Artikolu 10 tal-GDPR, jekk id-dritt nazzjonali jagħmel lil istituzzjoni oħra responsabbli biex tissorvelja tali pproċessar ta’ data.

E.      Ittieni u ttielet domanda

127. Permezz tat-tieni u tat-tielet domanda tiegħu, li nipproponi li jiġu indirizzati flimkien, l-USK essenzjalment jistaqsi jekk l-iżvelar lill-pubbliku ġenerali, permezz ta’ pubblikazzjoni fuq sit internet aċċessibbli mill-pubbliku, ta’ data personali ta’ sportiv ta’ livell professjonali, flimkien mal-ksur tar-regoli antidoping rilevanti minn dak l-isportiv u s-sospensjoni imposta fuq jew fuqha, huwiex kompatibbli mal-kundizzjonijiet tal-legalità u mal-minimizzazzjoni tad-data skont l-Artikolu 5(1)(a) u (c) u mal-Artikolu 6(3) tal-GDPR.

128. Skont l-ADBG, l-ÖADR (101), jew, jekk tiġi ppreżentata talba għal reviżjoni tad-deċiżjoni tiegħu, l-USK (102), għandhom jagħmlu d-deċiżjoni finali tagħhom dwar ċerti ksur tar-regoli antidoping disponibbli għall-pubbliku. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-isem tal-isportiv, l-isport li fih jikkompeti, il-ksur applikabbli tar-regoli antidoping u s-sanzjonijiet li jirriżultaw. Skont l-Artikolu 5(6)(4) tal-ADBG, il-pubblikazzjoni hija fdata f’idejn in-NADA, li hija nnominata bħala kontrollur tad-data għal dan il-għan. L-ADBG tagħmel dan l-iżvelar awtomatiku f’każ li jkunu inkwistjoni sportivi ta’ livell professjonali, u ġeneralment fakultattiv fejn ikunu kkonċernati sportivi ta’ livell rikreattiv. L-ADBG innifisha ma tirregolax il-modalitajiet tal-iżvelar. Għalhekk, l-għażla tal-pubblikazzjoni fuq is-sit internet taqa’ fuq in-NADA biss.

129. Id-domandi magħmula mill-USK, fil-fehma tiegħi, iqajmu diversi kwistjonijiet. L-ewwel, il-GDPR jeħtieġ reviżjoni tal-proporzjonalità minn kontrollur tad-data f’kull każ individwali qabel l-iżvelar ta’ data personali lill-pubbliku ġenerali, jew tista’ l-proporzjonalità tal-imsemmija pubblikazzjoni tiġi deċiża minn qabel mil-liġi ġenerali? Fil-każ imsemmi l-ewwel, jiġifieri jekk tkun meħtieġa evalwazzjoni individwalizzata tal-proporzjonalità, ikun jidher li l-ADBG tikser il-GDPR peress li l-ADBG ma tidhirx li tippermetti tali livell individwalizzat ta’ reviżjoni. It-tieni, jekk ir-reviżjoni tal-proporzjonalità tista’, fil-prinċipju, issir in abstracto mid-dritt nazzjonali u timponi obbligu awtomatiku fuq il-kontrollur tad-data, it-tieni domanda għall-Qorti tal-Ġustizzja hija jekk l-ADBG tissodisfax ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità impost mill-Artikolu 6(3) tal-GDPR? It-tielet, jekk l-iżvelar awtomatiku lill-pubbliku ġenerali ta’ informazzjoni relatata ma’ deċiżjoni li tikkonċerna l-ksur antidoping tkun proporzjonata mal-għan(ijiet) leġittimu/leġittimi li l-liġi qiegħda tipprova tilħaq, ikun meħtieġ li din l-informazzjoni titqiegħed fuq is-sit internet aċċessibbli pubblikament ta’ organizzazzjoni antidoping? Ser nittratta dawn il-kwistjonijiet waħda wara l-oħra.

1.      IlGDPR jeħtieġ reviżjoni talproporzjonalità millkontrollur taddata f’kull każ individwali?

130. Fl-applikazzjoni tal-GDPR, l-ewwel huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat min huwa l-kontrollur tad-data fir-rigward ta’ operazzjoni ta’ pproċessar partikolari. L-Artikolu 5(2) tiegħu jipprovdi li l-kontrollur ikun responsabbli għal, u għandu jkun kapaċi juri konformità ma’, il-prinċipji tal-ipproċessar tad-data kif elenkati fl-Artikolu 5(1) tal-GDPR.

131. Skont l-Artikolu 4(7) tal-GDPR, il-kontrollur tad-data huwa persuna li tiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data personali. Fit-tieni parti tal-istess dispożizzjoni, huwa ċċarat li “fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru”. F’din il-kawża, l-għanijiet, iżda mhux neċessarjament il-mezzi, tal-operazzjoni ta’ pproċessar inkwistjoni huma ddeterminati (jew mill-inqas huma impliċiti) mill-ADBG, li, fl-istess ħin, ħatret lin-NADA bħala kontrollur tad-data.

132. Għalhekk, in-NADA hija kontrollur għall-finijiet tal-ipproċessar tad-data personali tar-rikorrenti meta tpoġġi din tal-aħħar fuq is-sit internet tagħha. Fil-fehma tiegħi, dan ma jwaqqafx lill-USK milli jiġi kklassifikat ukoll bħala kontrollur fir-rigward tal-istess operazzjoni ta’ pproċessar (103). Wara kollox, skont l-ADBG, in-NADA qiegħda sempliċiment timplimenta l-obbligu ta’ żvelar tal-USK li jirriżulta mill-ADBG. Dan jista’ jsir importanti jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssib (kuntrarjament għal dak li ser nipproponi jien) li għandha ssir reviżjoni tal-proporzjonalità mill-kontrollur tad-data f’kull każ individwali. Imbagħad titqajjem id-domanda dwar jekk għandhiex tkun in-NADA jew l-USK li jwettaq din ir-reviżjoni tal-proporzjonalità.

133. Sabiex jitqies bħala legali, kwalunkwe pproċessar ta’ data personali għandu, skont il-GDPR, isir fuq il-bażi ta’ waħda mir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tiegħu. Mingħajr ma nipprova nispjega d-differenza bejn l-Artikolu 6(1)(c) u (e) hawnhekk, hemm qbil f’din il-kawża li n-NADA tkun qed taġixxi taħt waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, jew saħansitra t-tnejn li huma, meta tpoġġi d-data personali tar-rikorrenti fuq is-sit internet tagħha (104).

134. Meta l-bażi legali għall-ipproċessar tistrieħ fuq waħda miż-żewġ dispożizzjonijiet li semmejt fil-punt preċedenti, l-Artikolu 6(3) tal-GDPR jipprovdi li l-liġi li teħtieġ l-ipproċessar ta’ data personali, hawnhekk l-ADBG, issegwi għan fl-interess pubbliku u jkun proporzjonat għall-għan leġittimu segwit.

135. Jekk il-leġiżlatur tabilħaqq ibbilanċja interessi differenti involuti fil-kisba ta’ ċertu interess pubbliku u ddeċieda li ċertu pproċessar huwa ġġustifikat, il-kontrollur tad-data għandu xorta jagħmel reviżjoni separata tal-proporzjonalità f’kull każ partikolari? Jew l-obbligu tiegħu taħt l-Artikolu 5(2) tal-GDPR, li juri konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif espress fil-prinċipju ta’ minimizzazzjoni tad-data, ikun issodisfatt b’referenza għall-obbligu impost fuq il-leġiżlatur?

136. Fil-fehma tiegħi, il-GDPR ma jeħtieġx li għandha titwettaq reviżjoni tal-proporzjonalità f’kull każ individwali ta’ pproċessar ta’ data minn kontrollur. Pjuttost, il-kontrollur jista’ jibbaża ruħu – saħansitra nsostni li għandu jibbaża ruħu – fuq ir-reviżjoni tal-proporzjonalità mwettaq mil-leġiżlatur. Eżerċizzju tal-proporzjonalità mil-leġiżlatur ma jistax jiġi individwalizzat. Madankollu, dak l-eżerċizzju jista’, b’mod astratt, jieħu inkunsiderazzjoni l-interessi tal-protezzjoni tad-data ta’ ċertu grupp ta’ persuni u jibbilanċjahom b’relazzjoni ma’ interessi soċjali oħra involuti.

137. Il-leġiżlazzjoni li tippermetti (jew teħtieġ) l-ipproċessar tad-data tadotta approċċ differenti. Din tista’ tippermetti li jsir ċertu pproċessar ta’ data jekk il-kontrollur isib li dan huwa meħtieġ f’kuntest predeterminat. F’każ bħal dan, l-eżerċizzju tal-proporzjonalità jkollu jsir mill-kontrollur f’kull każ partikolari. Madankollu, il-leġiżlazzjoni tista’ wkoll, bħal fil-każ preżenti, tordna ċertu tip ta’ pproċessar ta’ data sabiex jintlaħaq ċertu għan. F’sitwazzjoni bħal din, ma nista’ nsib ebda dispożizzjoni fil-GDPR li tirrikjedi, jew saħansitra tippermetti, lill-kontrollur inkwistjoni jikkontesta r-reviżjoni tal-proporzjonalità mwettqa mil-leġiżlatur. F’każ bħal dan, il-GDPR ma jeħtieġx reviżjoni addizzjonali tal-proporzjonalità f’kull każ individwali. Naturalment, l-eżerċizzju tal-proporzjonalità tal-leġiżlatur bħala tali jista’ jiġi kkontestat fil-qrati jew mis-suġġetti tad-data, jew tabilħaqq, mill-kontrolluri tad-data. Madankollu, sakemm ma jikkontestax b’suċċess l-eżerċizzju tal-proporzjonalità tal-leġiżlatur, il-kontrollur tad-data huwa, f’sitwazzjoni bħal dik f’din il-kawża, taħt l-obbligu li jwettaq l-ipproċessar tad-data.

138. Dan it-tip ta’ qari tal-GDPR huwa konformi mal-prinċipju tad-demokrazija u ma jmurx kontra t-test ta’ dan ir-regolament.

139. F’soċjetà demokratika, huwa preċiżament il-kompitu tal-leġiżlatur li jsib bilanċ xieraq bejn drittijiet u interessi konfliġġenti. Li dan l-eżerċizzju jitħalla f’idejn istituzzjoni indipendenti, iżda politikament mingħajr responsabbiltà, anki jekk xi kultant neċessarja, hija soluzzjoni inqas demokratika.

140. Barra minn hekk, u kif ġustament indikat mill-WADA, il-fatt li l-pubblikazzjoni ta’ ksur tar-regoli antidoping isir dipendenti fuq id-deċiżjoni diskrezzjonali tal-korpi nazzjonali antidoping f’kull każ individwali jista’ jirriżulta f’abbuż u f’korruzzjoni, speċjalment meta jittieħed inkunsiderazzjoni l-interess sinifikanti ta’ sportivi, klabbs jew saħansitra gvernijiet fil-prevenzjoni ta’ tali pubblikazzjoni. Dan jista’ jirriżulta wkoll f’nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament fost l-isportivi li, b’rabta mat-twettiq ta’ ksur antidoping, fil-fatt, isibu ruħhom f’sitwazzjoni paragunabbli.

141. Barra minn hekk, it-test stess tal-GDPR jippermetti u saħansitra anki jeħtieġ li r-reviżjoni tal-proporzjonalità titwettaq mil-leġiżlatur. L-Artikolu 4(7) tal-GDPR jipprevedi l-possibbiltà li l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data personali jkunu ddeterminati mid-dritt tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, u mhux mill-kontrollur. L-Artikolu 6(3) tal-GDPR jeħtieġ li l-liġi li tippermetti l-ipproċessar tad-data tkun suġġetta għal reviżjoni tal-proporzjonalità.

142. Għalhekk, jiena tal-fehma li l-GDPR ma jeħtieġx li n-NADA (jew l-USK) tapprova l-pubblikazzjoni ta’ ksur ta’ regola antidoping minn sportiv ta’ livell professjonali f’kull każ individwali.

143. Dan iwassalni għat-tieni kwistjoni mqajma fit-tieni u fit-tielet domanda – jekk il-leġiżlatur Awstrijak laħaqx bilanċ permissibbli bejn l-interessi differenti involuti meta rrikjeda li d-data personali tar-rikorrenti, flimkien mal-ksur applikabbli tar-regoli antidoping u s-sospensjoni imposta fuqha, jkunu magħmula disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

2.      Ilpubblikazzjoni għallpubbliku ġenerali meħtieġa millADBG hija ġġustifikata?

144. Bħala tfakkira, l-ADBG tipprovdi li l-USK (jew l-ÖADR) għandu jinforma lill-pubbliku ġenerali bid-deċiżjonijiet tiegħu, billi jagħti l-isem tal-persuni kkonċernati, kif ukoll it-tul tal-projbizzjoni u r-raġunijiet għaliha. Dan l-obbligu jikkonċerna primarjament, lil sportivi ta’ livell professjonali, u f’ċerti każijiet, lil sportivi ta’ livell rikreattiv. Barra minn hekk, l-ADBG tippermetti reviżjoni addizzjonali tal-proporzjonalità fid-deċiżjoni dwar jekk jiġix ippubblikat ksur tar-regoli antidoping minn sportivi ta’ livell rikreattiv u persuni vulnerabbli.

145. Ir-rikorrenti tistaqsi jekk l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku ġenerali huwiex ġustifikat fil-każ partikolari tagħha. In-NADA, il-WADA u l-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll l-Istati Membri parteċipanti f’dawn il-proċeduri, ma jaraw l-ebda problema li jsir dan l-iżvelar.

146. Għalkemm jista’ jkun hemm raġunijiet addizzjonali biex isir dan, il-biċċa l-kbira tad-diskussjonijiet (fil-partijiet bil-miktub u orali tal-proċedura) iffokaw fuq żewġ ġustifikazzjonijiet possibbli għall-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku ġenerali: (i) ir-rwol ta’ deterrent għal kull min jipparteċipa fl-isport milli jwettaq ksur tar-regoli antidoping; u (ii) li tiġi evitata l-evażjoni tas-sospensjonijiet billi kull min jista’ jisponsorja jew jingaġġa lill-isportiv inkwistjoni jiġi informat dwar dik is-sospensjoni.

147. Għandha titwettaq evalwazzjoni tal-proporzjonalità (105) fir-rigward ta’ kull ġustifikazzjoni proposta. Għalhekk, min-naħa tiegħi, ser nanalizza jekk l-iżvelar lill-pubbliku ġenerali jistax ikun iġġustifikat minn wieħed miż-żewġ għanijiet iddikjarati jew it-tnejn li huma. Reviżjoni tal-proporzjonalità fid-dawl ta’ kull ġustifikazzjoni teħtieġ diversi passi. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tevalwa jekk l-iżvelar lill-pubbliku ġenerali huwiex xieraq sabiex jintlaħaq l-għan iddikjarat. Jekk iva, il-Qorti tal-Ġustizzja xorta għandha tevalwa jekk din il-miżura hijiex neċessarja, li, min-naħa tagħha, teħtieġ l-evalwazzjoni ta’ jekk kinitx disponibbli miżura oħra li tilħaq l-istess għan, iżda tkun inqas intrużiva fir-rigward tad-dritt fundamentali tas-suġġett tad-data għall-protezzjoni tad-data. Finalment, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tqis li l-intrużjoni fil-ħajja privata ta’ din il-persuna kienet tant sinifikanti li ma setgħetx tiġi ġġustifikata mill-benefiċċju li jinkiseb mill-għan ipproklamat.

a)      Lewwel ġustifikazzjoni: prevenzjoni permezz ta’ deterrenza

148. Fil-fehma tiegħi, il-fatt li l-informazzjoni personalizzata dwar il-ksur ta’ regola antidoping u l-konsegwenzi tagħha tkun magħmula disponibbli għall-pubbliku ġenerali jista’ jiskoraġġixxi lill-isportivi ta’ livell professjonali kif ukoll lil dawk ta’ livell rikreattiv milli jwettqu reati simili. Il-miżura hija adegwata wkoll fis-sens preventiv billi liż-żgħażagħ, li jkunu għadhom kif daħlu fid-dinja tal-isport u li xi darba jista’ jkun li jixtiequ jsiru sportivi ta’ livell professjonali, tagħmilhom konxji mill-konsegwenzi tad-deċiżjoni tagħhom li jirrikorru għal sustanzi pprojbiti sabiex jiksbu riżultati aħjar. Għalhekk ma għandix dubji dwar l-adegwatezza tal-miżura inkwistjoni għall-għan iddikjarat.

149. L-iktar domanda diffiċli hija jekk l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku ġenerali dwar l-isem tal-isportiv individwali huwiex meħtieġ sabiex jiskoraġġixxi lil sportivi oħra milli jwettqu ksur simili tar-regoli antidoping huma stess. F’dan ir-rigward, għandu jittieħed kont tal-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 (iktar ’il quddiem il-“Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29”), il-predeċessur tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tal-lum, li fiha eżamina l-proporzjonalità ta’ regoli simili tal-WADC (106). Il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 qies, għall-finijiet li sportivi oħra jiġu skoraġġuti, li jkun biżżejjed li tiġi ppubblikata informazzjoni anonima dwar ksur u sanzjonijiet (107).

150. Jiena ma naqbilx. Huwa minnu li diġà jeżisti effett dissważiv minħabba s-severità tas-sanzjonijiet ikkonċernati. Madankollu, l-għarfien li teżisti l-possibbiltà li isem xi ħadd jiġi ppubblikat fir-rigward ta’ ksur tar-regoli antidoping għandu effett ta’ deterrent addizzjonali u iktar b’saħħtu. Filwaqt li sportiv żagħżugħ li qiegħed jipprova jagħmel karriera jista’ jikkalkula li kapaċi jirriskja jwettaq dan il-ksur jekk is-sanzjoni mistennija tkun sospensjoni ta’ ftit xhur jew saħansitra anki ta’ ftit snin, iżda jista’ jkun li jaħsibha darbtejn meta jirrealizza li l-pubbliku ġenerali ser isir jaf dwar il-ksur li wettaq. Il-pubblikazzjoni anonima ma tistax, għalhekk, titqies bħala miżura li tilħaq l-istess għan b’mod ugwalment effettiv (108).

151. Il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 qies ukoll li pubblikazzjoni ta’ darba immedjatament wara deċiżjoni li tikkonferma ksur tar-regoli antidoping tista’ tkun miżura adegwata, iżda inqas restrittiva. Lanqas ma dan il-punt ma naqbel. Iktar hemm ċans li l-informazzjoni tilħaq lill-pubbliku intenzjonat jekk tkun disponibbli tul il-perijodu kollu tas-sanzjoni. Barra minn hekk, ma narax kif il-pubblikazzjoni, pereżempju, ta’ stqarrija għall-istampa waħda fuq l-internet tkun inqas intrusiva mill-pubblikazzjoni ta’ tabella bl-istess informazzjoni. Tali stqarrija għall-istampa tista’, fil-fatt, tibqa’ disponibbli għal perijodu ta’ żmien ħafna itwal milli t-tabella li turi l-isportivi sospiżi, peress li din tal-aħħar titneħħa malli tiskadi s-sospensjoni. Huwa minnu li, kif enfasizzat ir-rikorrenti, jekk is-sospensjoni tkun għal dejjem, l-entrata tat-tabella inkwistjoni tibqa’ wkoll online għal dejjem. Madankollu, sakemm ikun fiha informazzjoni preċiża, din it-tip ta’ interferenza fid-dritt għall-protezzjoni tad-data tas-suġġett tad-data ma hijiex ħarxa żżejjed (anki jekk wieħed jista’ jistaqsi jekk sospensjoni għal dejjem hijiex eċċessiva, iżda dik hija kwistjoni differenti), filwaqt li l-benefiċċju ta’ deterrent għall-isportivi żgħażagħ billi jagħmilhom konxji ta’ tali possibbiltà huwa mingħajr dubju importanti. Fi kwalunkwe każ, f’dan il-każ, is-sospensjoni ddum erba’ snin, u wara dan iż-żmien l-informazzjoni personali tar-rikorrenti fit-tabella inkwistjoni titneħħa.

152. Finalment, wieħed jista’ jistaqsi dan li ġej: jekk huwiex neċessarju li jiġi ppubblikat kull ksur antidoping; jekk għandux ikun magħruf għall-pubbliku l-ksur l-iktar serju biss; jekk humiex biss dawk li jwettqu ksur iktar minn darba li għandu jiġi żvelat isimhom; u jekk wieħed għandux jieħu inkunsiderazzjoni l-livell li fih jikkompeti l-isportiv, jew fatturi addizzjonali oħra.

153. Fil-fehma tiegħi, huwa neċessarju li l-leġiżlatur jingħata ċertu marġni diskrezzjonali fl-evalwazzjoni ta’ tali fatturi. Jista’ jkun, pereżempju, li l-pubblikazzjoni ta’ xi ksur biss jagħmel id-deċiżjoni li jitwettaq ksur ieħor iktar faċli. Il-pubblikazzjoni biss ta’ ksur li jitwettaq iktar minn darba jista’ jiġi kkalkulat minn sportivi żgħażagħ, li jistgħu jiddeċiedu li kapaċi jieħdu riskju darba, peress li isimhom mhux ser jiġi ppubblikat għal reat wieħed biss (109). Hemm diversi tħassib u argumenti li jistgħu jitressqu.

154. Il-leġiżlatur Awstrijak deher li ħa inkunsiderazzjoni tħassib differenti sabiex jilħaq l-għan preventiv ta’ deterrenza ta’ ksur possibbli tar-regola antidoping. L-ibbilanċjar tiegħu tal-interessi inkwistjoni rriżulta f’xi eċċezzjonijiet u limiti għar-regola, li l-leġiżlatur ovvjament sab li ma jaffettwawx l-għan imfittex. Huwa eskluda lill-minuri, lill-persuni vulnerabbli u, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, lill-isportivi ta’ livell rikreattiv. Ma tressaq l-ebda argument konvinċenti lill-Qorti tal-Ġustizzja li jippermettilha tikkontesta l-evalwazzjoni tal-leġiżlatur li r-regola inkwistjoni kienet neċessarja għal skopijiet preventivi fil-każ ta’ sportivi ta’ libell professjonali.

155. Jiena, għalhekk, tal-fehma li l-miżura li teħtieġ żvelar personalizzat lill-pubbliku ġenerali tal-ksur antidoping imwettaq minn sportivi ta’ livell professjonali hija adegwata u neċessarja sabiex tiskoraġġixxi lil sportivi attwali u futuri milli jwettqu ksur tar-regoli antidoping.

156. Finalment, l-interferenza fid-drittijiet tal-isportivi ta’ livell professjonali ma hijiex daqshekk sinifikanti li ma tistax tiġi ġġustifikata mill-għan preventiv tal-miżura inkwistjoni. Dak li jiġi ppubblikat huwa l-isem tal-isportiv, l-isport li jipparteċipa fih, il-ksur tar-regoli antidoping li sar u l-perijodu tas-sospensjoni li tirriżulta. Din l-informazzjoni ma tiżvela xejn lil hinn mill-ħajja professjonali tal-isportiv inkwistjoni, u sempliċiment issemmi l-konsegwenzi tal-aġir illegali li l-isportiv kien diġà jaf bihom meta ddeċieda li jwettaq il-ksur inkwistjoni.

b)      Ittieni ġustifikazzjoni: ilprevenzjoni ta’ evażjoni ta’ sospensjoni

157. Il-ġustifikazzjoni l-oħra li ġiet issuġġerita matul dawn il-proċeduri hija l-ħtieġa li l-partijiet interessati rilevanti jiġu informati li l-isportiv inkwistjoni ma jista’ jipparteċipa f’ebda tip ta’ ingaġġ relatat ma’ xi sport sakemm is-sospensjoni tkun valida. B’dan il-mod, tinkiseb l-effettività tas-sanzjoni u l-prevenzjoni tal-evażjoni tagħha.

158. Pubblikazzjoni aċċessibbli pubblikament hija ċertament adegwata sabiex tinforma lil persuni li jistgħu jsibu ruħhom fil-pożizzjoni li jisponsorjaw lil sportiv, li jħallu lill-isportiv jikkompeti f’kompetizzjoni organizzata, jew li jimpjegaw lill-isportiv fi kwalunkwe kapaċità relatata mal-isport. Għal din ir-raġuni, dawk il-partijiet interessati għandhom ikunu jafu dwar is-sospensjoni tal-isportiv. Għalhekk, il-miżura pprovduta mill-ADBG hija adegwata għall-għan iddikjarat.

159. Hawnhekk ukoll, id-domanda l-iktar diffiċli hija jekk tali miżura hijiex neċessarja.

160. Kwalunkwe argumenti dwar l-anonimizzazzjoni ma jistgħux jitqiegħdu fil-kuntest ta’ dan l-għan pubbliku. Sabiex il-partijiet interessati intenzjonati jiġu informati, huwa preċiżament meħtieġ li jiġi ddikjarat l-isem tal-isportiv sospiż.

161. Filwaqt li tinvoka l-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29, ir-rikorrenti, madankollu, tqis li, għall-għan iddikjarat, ma huwiex meħtieġ li l-pubbliku ġenerali jiġi informat. Ikun biżżejjed li jiġu infurmati organizzazzjonijiet sportivi u sponsors potenzjali jew attwali. B’risposta għal dan, il-WADA u n-NADA jqisu li huwa impossibbli li jkun magħruf minn qabel min għandu jiġi infurmat. Barra minn hekk, fi kwalunkwe mument, suġġett ġdid jista’ jiġi fil-mira ta’ tali informazzjoni, pereżempju s-sid ta’ ġinnasju li ġie stabbilit ġdid.

162. Il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 offra miżura potenzjalment inqas estensiva li tista’ tipprevjeni l-evażjoni ta’ sospensjoni bbażata fuq l-introduzzjoni ta’ ċertifikat ta’ karattru tajjeb (110). Nifhem li din il-proposta hija relatata ma’ proċedura li fiha, qabel persuna tiġi mistiedna tipparteċipa f’kompetizzjonijiet, jiġi offrut impjieg lil xi ħadd fl-isport, jew jiġi deċiż jekk sportiv jiġix sponsorjat jew le, l-organizzaturi tal-kompetizzjonijiet, persuni li jimpjegaw u sponsors potenzjali jitolbu li l-isportiv inkwistjoni jipprovdi tali ċertifikat. Sabiex iwettaq il-funzjoni tiegħu, dan iċ-ċertifikat għandu jiġi pprovdut fuq livell globali, internazzjonali u, għalhekk, jinvolvi kwistjonijiet differenti ta’ pproċessar ta’ data, bħat-trasferiment ta’ dik id-data lil organizzazzjoni internazzjonali. Fi kwalunkwe każ, attwalment ma teżistix sistema bħal din. Bħala messaġġ lill-WADA sabiex tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ sistema bħal din, is-suġġeriment tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 jista’ jkollu ċertu piż. Madankollu, sakemm din is-sistema ma tiġix stabbilita, il-leġiżlatur Awstrijak ma jistax jużaha bħala miżura inqas restrittiva sabiex jinforma lill-partijiet interessati.

163. Peress li l-informazzjoni mmirata ma hijiex effiċjenti, peress li wieħed jista’ ma jkunx jaf min jista’ jkollu bżonn tali informazzjoni, u li bħalissa ma teżistix sistema adegwata ta’ ċertifikati ta’ karattru tajjeb, jiena tal-fehma li l-miżura inkwistjoni hija kemm adegwata kif ukoll meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi ostakolata l-evażjoni tas-sospensjoni.

164. Wieħed jista’ jżid argument addizzjonali ma’ dak li ntqal iktar ’il fuq, kif imqajjem min-NADA fis-seduta, li l-ingaġġ tal-isportiv sospiż innifsu jirrappreżenta ksur tal-kodiċi antidoping (111). Għalhekk, l-għarfien dwar sitwazzjoni li tikkonċerna lil sportivi sospiżi jidher meħtieġ ukoll sabiex jiġi evitat ukoll ksur indirett tar-regoli antidoping.

165. Finalment, it-tabella li fiha l-ismijiet, il-ksur tar-regoli antidoping u s-sospensjoni tal-isportivi li hija ppubblikata fuq is-sit internet tan-NADA tiġi aġġornata perjodikament. L-informazzjoni titneħħa malli tiskadi s-sospensjoni kkonċernata. Dan ifisser li d-data personali tar-rikorrenti ma tibqax fuq dak is-sit internet għal iktar żmien milli jkun meħtieġ sabiex tiġi ostakolata l-evażjoni tas-sospensjoni tar-rikorrenti.

3.      Ilpubblikazzjoni fuq lInternet tagħmel differenza?

166. L-ADBG teħtieġ li l-informazzjoni mitluba tiġi żvelata lill-pubbliku ġenerali, iżda ma tispeċifikax il-metodu li bih dan għandu jsir. Kienet id-deċiżjoni tan-NADA li l-informazzjoni inkwistjoni titqiegħed fuq is-sit internet tagħha.

167. Ir-rikorrenti kkontestat dik id-deċiżjoni, billi qieset li l-pubblikazzjoni online fuq l-internet hija wisq intrużiva u li pubblikazzjoni offline jew, mill-inqas, l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ login u password għall-aċċess għal informazzjoni ppubblikata jkun jirrappreżenta miżuri li jinterferixxi inqas mad-drittijiet fundamentali tal-isportivi.

168. L-idea li l-pubblikazzjoni fuq l-internet hija wisq intrużiva ġiet iddikjarata minn oħrajn, pereżempju, mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 (112) jew fil-minoranza diverġenti fis-sentenza tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fis-sentenza L.B. vs L-Ungerija (113).

169. F’dan ir-rigward nista’ nżomm l-argument fil-qosor ħafna. Jekk jinstab li l-obbligu li l-informazzjoni li tinkludi data personali ssir disponibbli għall-pubbliku ġenerali huwa ġġustifikat, l-uniku mod kif dak l-obbligu jista’ jiġi ssodisfatt fis-soċjetà moderna huwa permezz tal-pubblikazzjoni fuq l-internet. Bl-istess mod kif ħadd ma jitlob li persuna tmur minn bieb għal bieb tħabbar l-aħbarijiet wara l-invenzjoni tal-istamperija minn Gutenberg, bil-wasla tal-internet, il-pubblikazzjoni stampata (bħal, pereżempju, ittra ta’ informazzjoni) ma għadhiex mezz adegwat sabiex l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku ġenerali. It-talba għal pubblikazzjoni offline hija l-istess ħaġa bħal li titlob li jiġi evitat l-obbligu li jiġi infurmat il-pubbliku ġenerali.

170. Fl-Opinjoni 4/2009 tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 iddikjara li l-pubblikazzjoni fuq l-Internet titqies iktar intrużiva minn pubblikazzjoni b’mezzi offline (114). L-argument primarju tiegħu kien li dak tal-ewwel jfisser li kulħadd jista’ jikkonsulta d-data. Dan huwa veru, iżda dik hija l-idea wara r-rekwiżit li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku ġenerali. It-tieni argument imressaq mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 kien jikkonċerna l-fatt li l-informazzjoni fuq l-internet tista’ tintuża għal għanijiet oħra u tiġi pproċessata ulterjorment. Huwa minnu li huwa iktar faċli li tiġi pproċessata mill-ġdid l-informazzjoni li diġà tinsab fuq l-internet. Madankollu, finalment, ma hemm l-ebda differenza bejn il-possibbiltà li terġa’ tintuża informazzjoni li titqiegħed fuq l-Internet jew li terġa’ tintuża informazzjoni li tiġi stampata f’ittra ta’ informazzjoni. Informazzjoni dwar il-ksur antidoping ippubblikata f’ittra ta’ informazzjoni tista’ tintuża ugwalment, pereżempju, minn ġurnalisti u titqiegħed fuq portal tal-aħbarijiet online.

4.      Konklużjoni provviżorja

171. Jiena, għalhekk, tal-fehma li l-pubblikazzjoni obbligatorja tal-ksur tar-regoli antidoping applikabbli minn sportiv ta’ livell professjonali fuq is-sit internet aċċessibbli b’mod miftuħ ta’ awtorità antidoping hija kemm adegwata kif ukoll neċessarja sabiex tinkiseb il-funzjoni preventiva ta’ deterrent għall-isportivi preżenti u futuri milli jwettqu ksur simili ta’ dawk ir-regoli kif ukoll għall-prevenzjoni tal-evażjoni ta’ sospensjonijiet mill-isportivi.

172. Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi t-tieni u t-tielet domandi fis-sens li l-Artikolu 5(1)(c) u l-Artikolu 6(3) tal-GDPR ma jipprekludux il-prattika, minn awtorità nazzjonali responsabbli għall-promozzjoni, il-koordinazzjoni, u l-monitoraġġ ta’ programm nazzjonali ta’ kontroll tad-doping, li tiżvela, fuq is-sit internet tagħha, b’mod aċċessibbli b’mod miftuħ, data personali ta’ sportiv ta’ livell professjonali relatata ma’ ksur ta’ regola antidoping.

V.      Konklużjoni

173. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminary magħmula mill-Unabhängige Schiedskommission (il-Kumitat Indipendenti tal-Arbitraġġ, l-Awstrija) kif ġej:

(1)      L-informazzjoni li sportiv ta’ livell professjonali wettaq ksur ta’ regola antidoping marbut mal-użu jew tentattiv li juża jew pussess ta’ sustanza jew metodu pprojbit, fiha nnifisha, ma tikkostitwixxix “data dwar is-saħħa”, fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data).

(2)      L-Artikolu 5(1)(c) u l-Artikolu 6(3) tar-Regolament 2016/679

għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux il-prattika, minn awtorità nazzjonali responsabbli għall-promozzjoni, il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ ta’ programm ta’ kontroll tad-doping nazzjonali, li tiżvela, fuq is-sit internet tagħha, b’mod aċċessibbli pubblikament, id-data personali ta’ sportiv ta’ livell professjonali relatata ma’ ksur ta’ regola antidoping.

(3)      L-Artikolu 10 tar-Regolament 2016/679

għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-ipproċessar ta’ data personali relatata mal-pussess u mal-użu parzjali minn sportiv ta’ livell professjonali, b’rabta ma’ attività sportiva, ta’ sustanzi elenkati fil-Lista ta’ Sustanzi Pprojbiti tal-World Anti-Doping Agency (WADA).

(4)      L-għoti ta’ kompitu lil korp sabiex jirrevedi deċiżjoni li ssib ksur ta’ regola antidoping ma jagħmilx awtomatikament lil dak il-korp “awtorità uffiċjali” fis-sens tal-Artikolu 10 tar-Regolament 2016/679.

Madankollu, dan huwa biss sakemm korp maħtur bħala tali jkun assigurat b’mod ieħor taħt id-dritt nazzjonali.


1      Lingwa oriġinali: l-Ingliż.


2      Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p, 2).


3      Müller, R.K., “History of Doping and Doping Control” (“L-Istorja tad-Doping u l-Kontroll tad-Doping”), f’Thieme, D. u Hemmersbach, P. (eds.), Doping in Sports, (“Doping fl-Isport”) Vol. 195,  Springer, 2010, p. 2 (li jispjega li l-użu ta’ rimedji u sustanzi sabiex tittejjeb il-prestazzjoni atletika jmur lura sa mit-tmiem tat-tielet seklu QK).


4      Ara van der Sloot, B., Paun, M., Leenes, R., “Athletes’ Human Rights and the Fight Against Doping: A Study of the European Legal Framework” (Id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Isportivi u l-Ġlieda Kontra d-Doping: Studju tal-Qafas Legali Ewropew) Springer, 2020, p. 14.


5      “Konvenzjoni Internazzjonali Antidoping fl-Isport”,  l-Organizzazzjoni Edukazzjonali, Xjentifika u Kulturali tan-Nazzjonijiet Uniti, Pariġi, 2005.


6      Skont studju tal‑2017 imwettaq għall-Kummissjoni Ewropea, il-WADC huwa legalment vinkolanti f’xi Stati Membri, iżda mhux f’oħrajn. Ara l-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura, McNally, P., Paun, M., Sloot, B., et al., “Anti-doping & data protection: an evaluation of the anti-doping laws and practices in the EU Member States in light of the General Data Protection Regulation” (“Antidoping u protezzjoni tad-data: evalwazzjoni tal-liġijiet u tal-prattiki antidoping fl-Istati Membri tal-Unjoni fid-dawl tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data”), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2017, https://data.europa.eu/doi/10.2766/042641, p. 77 (iktar ’il quddiem l-“Istudju tal-Kummissjoni tal‑2017”).


7      Kemm ir-Regoli tal-Kompetizzjoni tal-IAAF tal‑2015 kif ukoll ir-Regoli Antidoping tal-IAAF tal‑2017, jiddefinixxu “użu” bħala “l-użu, l-applikazzjoni, l-inġestjoni, l-injezzjoni jew il-konsum bi kwalunkwe mezz ikun xi jkun ta’ Sustanza Projbita jew Metodu Projbit”.


8      Hemm żewġ deċiżjonijiet tal‑21 ta’ Diċembru 2021 mill-USK. L-ewwel deċiżjoni tikkonferma s-sejbiet sostantivi tal-ÖADR u tissospendi l-proċedura għall-parti relatata man-nuqqas ta’ pubblikazzjoni tal-isem tar-rikorrenti, is-sanzjoni, u l-ksur tar-regola antidoping; it-tieni deċiżjoni tikkostitwixxi d-deċiżjoni preliminari f’din il-kawża.


9      Ara l-Artikolu 5(6)(4) tal-ADBG.


10      Ir-rikorrenti tosserva li din it-tabella hija disponibbli fuq https://www.nada.at/de/recht/suspendierungen-sperren.


11      L-ÖADR huwa stabbilit bħala korp indipendenti mill-Artikolu 7 tal-ADBG.


12      L-Artikolu 23(2) tal-ADBG. In-NADA hija dak il-korp li ħareġ it-talba għal eżami quddiem l-ÖADR. Ara l-Artikolu 18 tal-ADBG.


13      L-Artikolu 8(3) tal-ADBG.


14      L-Artikolu 23(3) tal-ADBG.


15      L-Artikolu 23(3) tal-ADBG. Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-USK huma disponibbli fuq: https://www.schiedskommission.at/files/doc/Gesetze-Richtlinien-und-Bestimmungen/USK-Verfahrensordnung-2021.pdf (iktar ’il quddiem ir-“Regoli ta’ Proċedura tal-USK”).


16      L-Artikolu 1(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-USK.


17      Ara l-Artikolu 8(2) tal-ADBG.


18      Dawn l-elementi jinsabu wkoll fl-Artikolu 8(3) tal-ADBG.


19      L-Artikolu 8(3) tal-ADBG.


20      Fejn tiġi kkontestata l-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni internazzjonali jew li tinvolvi lil sportivi internazzjonali, azzjoni tista’ titressaq direttament quddiem Internationaler Sportgerichtshof (il-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport) (iktar ’il quddiem is-“CAS”). Ara l-Artikolu 23(4) tal-ADBG. Madankollu, din l-eċċezzjoni ma tidhirx li tapplika f’dan il-każ.


21      Ara l-Artikolu 23(1) u (4) tal-ADBG u l-Punt IV(3) tad-deċiżjoni tar-rinviju. Dan tal-aħħar jispjega li l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema Awstrijaka) iddeċidiet li r-rikors għall-qrati ċivili fi kwistjonijiet ta’ ksur tar-regoli antidoping jeħtieġ li d-deċiżjoni tal-ÖADR tkun l-ewwel ġiet appellata quddiem l-USK.


22      L-Artikolu 23(1) tal-ADBG.


23      Madankollu, l-Artikolu 23(4) tal-ADBG isemmi espressament biss li appell jista’ jitressaq quddiem is-CAS mill-WADA, il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, il-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali u kwalunkwe federazzjoni sportiva internazzjonali kompetenti.


24      Sentenza tat‑30 ta’ Ġunju 1966, Vaassen-Göbbels (61/65, EU:C:1966:39, p. 273).


25      Hemm min ikkritika lill-Qorti tal-Ġustizzja talli ma tatx definizzjoni komprensiva tal-kunċett ta’ “qorti jew tribunal”. Pereżempju, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fis-sentenza De Coster (C‑17/00, EU:C:2001:366, punt 14) jew Broberg, M., u Fenger, N., Preliminary References to the European Court of Justice, 2nd edn., Oxford University Press, Oxford, 2014, p. 70. Oħrajn, u naqbel ma’ din il-pożizzjoni, iqisu li d-diverġenza u l-iżvilupp kostanti tal-istituzzjonijiet fl-Istati Membri tal-Unjoni jesiġu flessibbiltà sabiex jiġi ddeterminat jekk istituzzjoni tistax tiġi kklassifikata bħala “qorti jew tribunal”. Ara, pereżempju, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-Kawżi Magħquda Torresi  (C‑58/13 u C‑59/13, EU:C:2014:265, punt 27) u Wahl, N., u Prete, L., “The Gatekeepers of Article 267 TFEU: On Jurisdiction and Admissibility of References for Preliminary Rulings”, Common Market Law Review, Vol. 55(2), 2018, p. 511 sa 548, fil-p. 522.


26      Ara, pereżempju, is-sentenza tas‑17 ta’ Settembru 1997, Dorsch Consult (C‑54/96, EU:C:1997:413, punt 23). Iktar reċentement, ara s-sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2020, Banco de Santander (C‑274/14, EU:C:2020:17, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata).


27      Ara, pereżempju, is-sentenzi tas‑27 ta’ Frar 2018, Associação Sindical dos Juízes Portugueses (C‑64/16, EU:C:2018:117, punti 42 et seq); tal‑25 ta’ Lulju 2018, Ministru għall-Ġustizzja u għall-Ugwaljanza (Nuqqasijiet fis-sistema ġudizzjarja) (C‑216/18 PPU, EU:C:2018:586, punt 54 et seq); u tal‑24 ta’ Ġunju 2019, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Indipendenza tal-Qorti Suprema), C‑619/18, EU:C:2019:531, punti 74 et seq).


28      Sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2020 (C‑274/14, EU:C:2020:17, punt 55, iżda ara wkoll l-analiżi kollha tal-indipendenza fil-punti 51 sa 77).


29      Sentenza tal‑21 ta’ Marzu 2000, Gabalfrisa et (C‑110/98 sa C‑147/98, EU:C:2000:145, punt 39).


30      Ara s-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2015, Consorci Sanitari del Maresme (C‑203/14, EU:C:2015:664, punt 18).


31      Ara, pereżempju, is-sentenza tat‑12 ta’ Ġunju 2014, Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:1754, punt 26) (fejn ġie rrilevat li minkejja li “l-kompożizzjoni tal-formazzjonijiet ġudizzjarji tat-[tribunal] hija effemera u l-attività tagħhom tintemm wara li jkunu ddeċidew [;], … fit-totalità tiegħu, it-[tribunal] għandu […] karatteristika ta’ permanenza”).


32      Ara, pereżempju, is-sentenzi tat‑23 ta’ Marzu 1982, Nordsee  (102/81, EU:C:1982:107, punt 11) u tas‑17 ta’ Ottubru 1989, Handels- og Kontorfunktionærernes Forbund i Danmark  (109/88, EU:C:1989:383, punt 7).


33      Ara, pereżempju, id-digriet tas‑17 ta’ Lulju 2014, Emmeci (C‑427/13, mhux ippubblikat, EU:C:2014:2121, punti 25, 30 u 31) (fejn instab li korp li joħroġ opinjonijiet konsultattivi ma jissodisfax il-kriterju ta’ “ġurisdizzjoni obbligatorja”).


34      Ara, pereżempju, is-sentenzi tas‑6 ta’ Ottubru 2015, Consorci Sanitari del Maresme (C‑203/14, EU:C:2015:664, punt 24) u tas‑26 ta’ Jannar 2023, Construct (C‑403/21, EU:C:2023:47, punt 41) (li tiddikjara ammissibbli rinviju minn korpi li l-ġurisdizzjoni tagħhom kienet ekwivalenti għal dik tal-qrati amministrattivi rilevanti, fil-każ fejn ir-rikorrent, taħt il-liġi applikabbli, kellu l-għażla jekk imurx quddiem il-korp ta’ rinviju).


35      Ara s-sentenzi tas‑17 ta’ Settembru 1997, Dorsch Consult (C‑54/96, EU:C:1997:413, punt 31) u tad‑29 ta’ Novembru 2001, De Coster (C‑17/00, EU:C:2001:651, punt 14) (li jenfasizzaw in-natura mhux assoluta tar-rekwiżit għal proċeduri “ta’ natura kontradittorja”, b’tali mod li anki proċedura mingħajr dawn il-karatteristiċi tista’ tissodisfa l-kundizzjoni biex titqies bħala “qorti jew tribunal” skont l-Artikolu 267 TFUE).


36      Ara s-sentenza tas‑17 ta’ Settembru 1997, Dorsch Consult (C‑54/96, EU:C:1997:413, punt 31).


37      Ara, pereżempju, is-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2020, Governo della Repubblica italiana (L-istatus tal-giudici di pace Taljani) (C‑658/18, EU:C:2020:572, punt 63).


38      Dan ir-rekwiżit huwa sodisfatt anki jekk ikun hemm kriterji addizzjonali li fuq il-bażi tagħhom korp jadotta deċiżjoni. Ara s-sentenza tas‑27 ta’ April 1994, Almelo  (C‑393/92, EU:C:1994:171, punt 23) (li tiddikjara ammissibbli rinviju minn korp li, minbarra li japplika r-regoli legali, iwettaq l-istħarriġ tiegħu abbażi ta’ dak li hu ġust u raġonevoli).


39      Ir-regoli proċedurali li japplika l-korp ma għandhomx għalfejn jiġu determinati bil-liġi, iżda jistgħu jiġu adottati mill-korp innifsu. Ara, pereżempju, is-sentenza tas‑17 ta’ Settembru 1997, Dorsch Consult (C‑54/96, EU:C:1997:413, punt 33) (li tiċħad oġġezzjoni li r-regoli proċedurali inkwistjoni ġew adottati mill-korp tar-rinviju stess, li dawk ir-regoli ma daħlux fis-seħħ fir-rigward ta’ partijiet terzi, u li ma kinux ġew ippubblikati).


40      Ara l-Artikolu 23(3) tal-ADBG. Ara wkoll l-Artikolu 11 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-USK.


41      Ara l-Artikolu 8 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-USK.


42      Skont l-Artikolu 23(4) tal-ADBG, il-proċeduri kollha għandhom jiġu konklużi fi żmien sitt xhur.


43      Ara, għal dan il-għan, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Darmon fis-sentenza Corbiau (C‑24/92, EU:C:1993:59, punt 10).


44      Sentenza tal‑11 ta’ Ġunju 1987, X  (14/86, EU:C:1987:275, punt 7). Diġà ħafna qabel, madankollu, l-Avukat Ġenerali Gand fil-konklużjonijiet tiegħu fis-sentenza Vaassen-Göbbels (61/65, EU:C:1966:25, p. 281) qies li l-indipendenza kienet karatteristika importanti tal-kunċett ta’ “qorti jew tribunal”.


45      Madankollu, xi Avukati Ġenerali qiesu li l-approċċ tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kwistjoni tal-indipendenza tal-korp tar-rinviju kien flessibbli wisq. Ara, pereżempju, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fis-sentenza De Coster (C‑17/00, EU:C:2001:366, punti 19 sa 28) (li spjegaw li kien hemm rilassament gradwali tal-ġurisprudenza fir-rigward tar-rekwiżit ta’ indipendenza).


46      Ara, pereżempju, Pech, L., u Scheppele, K.L., “Illiberalism Within: Rule of Law Backsliding in the EU”, Cambridge Yearbook of European Legal Studies , Vol. 19, Cambridge University Press, 2017, p. 3 sa 47; Priebus, S., “The Commission's Approach to Rule of Law Backsliding: Managing Instead of Enforcing Democratic Values?”, Journal of Common Market Studies, Vol. 60(6), University Association for Contemporary European Studies u John Wiley & Sons Ltd., 2022, p. 1684 sa 1700.


47      Għal ħarsa ġenerali lejn is-sentenzi rilevanti, ara l-Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni, Pech, L., “The European Court of Justice’s jurisdiction over national judiciary-related measures”, (“Il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq miżuri nazzjonali relatati mal-ġudikatura”), 2023, disponibbli fuq: https://democracyinstitute.ceu.edu/articles/european-parliament-publishes-study-laurent-pech.


48      Ara, pereżempju, Broberg, M., Fenger, N., “The European Court of Justice’s Transformation of its Approach towards Preliminary References from Member State Administrative Bodies” (“It-Trasformazzjoni tal-Approċċ tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea Dwar Rinviji Għal Deċiżjonijiet Preliminari minn Korpi Amministrattivi tal-Istati Membri”), Cambridge Yearbook of European Legal Studies, Vol. 24, Cambridge University Press, 2022, p. 2 et seq.


49      L-eżempju ta’ din tal-aħħar huwa s-sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2006, Wilson  (C‑506/04, EU:C:2006:587), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja elaborat fuq dik li hija mifhuma bħala indipendenza esterna u interna tal-qrati. Il-Qorti tal-Ġustizzja kienet qed taġixxi fil-kuntest ta’ rinviju li kien jirrigwarda l-evalwazzjoni ta’ jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ indipendenza meħtieġa skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Frar 1998 sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU 1988, L 77, p. 36), fi kliem ieħor, dwar il-moviment liberu tal-avukati. Din id-dispożizzjoni kienet tirrikjedi lill-Istati Membri jipprovdu rimedji quddiem “qrati jew tribunali” kontra d-deċiżjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni ta’ avukat.


50      Ara, inter alia, is-sentenza tas‑27 ta’ Frar 2018 (C‑64/16, EU:C:2018:117, punti 34 sa 38 u 42 u 43).


51      Sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2020,  Banco de Santander (C‑274/14, EU:C:2020:17, punt 55 et seq.). Ara wkoll Broberg, M., Fenger, N., “The European Court of Justice’s Transformation of its Approach towards Preliminary References from member State Administrative Bodies” (“It-Trasformazzjoni tal-Approċċ tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea Dwar Rinviji Għal Deċiżjonijiet Preliminari minn Korpi Amministrattivi tal-Istati Membri”), Cambridge Yearbook of European Legal Studies, Vol. 24, Cambridge University Press, 2022, p. 21 et seq. (fejn jiġi evalwat l-iżvilupp tal-kunċett ta’ “indipendenza” skont l-Artikolu 267 TFUE u l-effetti konsegwenzjali mill-ġurisprudenza dwar l-Artikoli 19(1) TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta).


52      Ara, pereżempju, Reyns, C., “Saving judicial independence: a threat to the preliminary ruling mechanism?” (“Is-salvataġġ tal-indipendenza ġudizzjarja: theddida għall-mekkaniżmu tad-deċiżjoni preliminari?”, European Constitutional Law Review, Vol. 17(1), Cambridge University Press, 2021, pp. 26 sa 52.


53      Ara, għal dan il-għan, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fil-Kawżi Magħquda Torresi  (C‑58/13 u C‑59/13, EU:C:2014:265, punti 46 sa 54) u tal-Avukat Ġenerali Bobek fis-sentenza Pula Parking (C‑551/15, EU:C:2016:825, punti 76 sa 107).


54      Il-ġurisprudenza normalment tiddeskrivi l-aspett “intern” tal-indipendenza, jew tal-imparzjalità, bħala importanti sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-partijiet. Ara, pereżempju, is-sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2006, Wilson (C‑506/04, EU:C:2006:587, punt 52). Għalhekk, il-ġudikanti ma għandux ikollhom interess personali fl-eżitu tat-tilwima. Jiena tal-fehma li l-aspett “estern” tal-indipendenza, li jirrikjedi l-assenza ta’ kwalunkwe influwenza esterna fuq il-ġudikanti jikkontribwixxi għall-istess għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għaż-żewġ naħat ta’ tilwima. Il-pressjoni esterna twassal ukoll għall-eżitu ta’ tilwima li ma jkunx riżultat ta’ deċiżjoni awtonoma tal-ġudikant, iżda pjuttost ta’ attur estern li influwenza lill-ġudikant, x’aktarx għall-benefiċċju ta’ waħda mill-partijiet.


55      Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad‑19 ta’ Settembru 2006, Wilson (C‑506/04, EU:C:2006:587, punti 49 sa 52) u tal‑21 ta’ Jannar 2020, Banco de Santander (C‑274/14, EU:C:2020:17, punti 57 sa 62).


56      Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑5 ta’ Novembru 2019, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Indipendenza tal-qrati ordinarji) (C‑192/18, EU:C:2019:924, punt 109 u l-ġurisprudenza ċċitata).


57      Ara s-sentenzi tal‑21 ta’ Jannar 2020, Banco de Santander  (C‑274/14, EU:C:2020:17, punt 60 u l-ġurisprudenza ċċitata), u tas‑16 ta’ Lulju 2020, Governo della Repubblica italiana (L-Istatus tal-giudici di pace Taljani) (C‑658/18, EU:C:2020:572, punt 49).


58      Ara s-sentenzi tal‑21 ta’ Jannar 2020, Banco de Santander  (C‑274/14, EU:C:2020:17, punt 59 u l-ġurisprudenza ċċitata), u tas‑16 ta’ Lulju 2020, Governo della Repubblica italiana (L-Istatus tal-giudici di pace Taljani) (C‑658/18, EU:C:2020:572, punt 48).


59      Artikolu 8(3) tal-ADBG. B’kuntrast, il-membri tal-ÖADR, bħala l-ġudikant tal-ewwel istanza f’każijiet antidoping huma maħtura min-NADA. Ara l-Artikolu 7(3) tal-ADBG.


60      Sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2020 (C‑274/14, EU:C:2020:17, punt 66).


61      Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Hogan fis-sentenza Banco de Santander (C‑274/14, EU:C:2019:802, punt 38).


62      Ara, b’analoġija, is-sentenzi tat‑13 ta’ Jannar 2022, Ministerstwo Sprawiedliwości  (C‑55/20, EU:C:2022:6, punt 77) u tas‑26 ta’ Jannar 2023, Construct (C‑403/21, EU:C:2023:47) (dwar il-fatt li setgħa ta’ revoka ta’ membru ta’ Tribunal Dixxiplinari qatt ma ntużat bħala kriterju li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni meta tiġi kkunsidrata l-probabbiltà li dik is-setgħa tkun tali li tfixkel l-indipendenza “esterna” ta’ korp li jressaq ir-rinviju).


63      Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑5 ta’ Novembru 2019, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (Indipendenza tal-qrati ordinarji) (C‑192/18, EU:C:2019:924, punt 110 u l-ġurisprudenza ċċitata).


64      Ara, pereżempju, is-sentenza tat‑3 ta’ Mejju 2022, CityRail  (C‑453/20, EU:C:2022:341, punti 52 u 64 sa 69 u l-ġurisprudenza ċċitata) (dwar awtorità amministrattiva li, permezz tal-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ stħarriġ ex officio, tista’ “tappella” lilha nnifisha u b’hekk tirrevedi d-deċiżjonijiet amministrattivi meħuda mill-korp regolatorju nazzjonali għas-settur ferrovjarju).


65      Ara, għal dan il-għan, is-sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2020, Banco de Santander (C‑274/14, EU:C:2020:17, punt 61 et seq. u l-ġurisprudenza ċċitata).


66      Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑31 ta’ Mejju 2005, Syfait et (C‑53/03, EU:C:2005:333, punti 31 sa 37), jew is-sentenza tat‑30 ta’ Mejju 2002, Schmid (C‑516/99, EU:C:2002:313, punti 34 sa 38).


67      Sentenza tal‑24 ta’ Mejju 2016, (C‑396/14, EU:C:2016:347).


68      Sentenza tas‑17 ta’ Settembru 1997 (C‑54/96, EU:C:1997:413, punt 34).


69      Sentenza tas‑17 ta’ Settembru 1997, (C‑54/96, EU:C:1997:413, punt 35).


70      Ara s-sentenza tal‑21 ta’ Jannar 2020, Banco de Santander (C‑274/14, EU:C:2020:17, punti 67 u 77).


71      Ara, pereżempju, is-sentenzi tas‑6 ta’ Ottubru 1981, Broekmeulen (246/80, EU:C:1981:218, punt 9) fejn il-korp inkwistjoni kien parzjalment kompost minn prattikanti mediċi) u tal‑24 ta’ Mejju 2016, MT Højgaard u Züblin (C‑396/14, EU:C:2016:347, punti 27 sa 29) (fejn il-korp inkwistjoni kien parzjalment kompost minn persuni li ma humiex esperti u mħallfin).


72      Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑24 ta’ Mejju 2016, MT Højgaard u Züblin (C‑396/14, EU:C:2016:347, punt 27), u s-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2020, Governo della Repubblica italiana (L-Istatus tal-giudici di pace Taljani) (C‑658/18, EU:C:2020:572, punt 55).


73      Ara, f’dan ir-rigward ukoll, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fis-sentenza Ministerstwo Sprawiedliwości (C‑55/20, EU:C:2021:500, punti 58 u 59).


74      Kif jirriżulta mill-fajl nazzjonali, dik il-kawża hija rreġistrata bin-numru ta’ referenza W108 2250401‑1/10Z, u ġiet sospiża mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali) sakemm jitlestew il-proċeduri f’din il-kawża.


75      Sentenza tat‑12 ta’ Jannar 2023 (C‑132/21, EU:C:2023:2, punt 57).


76      Din il-konklużjoni hija sostnuta minn studji dwar il-kwistjoni; ara Bresich, R.; Dopplinger, L.; Dörnhöfer, S.; Kunnert, G.; Riedl, E., Datenschutzgesetz – Kommentar, Linde Verlag, 2018, p. 201 u Schwamberger, S., f’Jahnel, D. (ed.), Jahrbuch 19 Datenschutzrecht, Neuer Wissenschaftlicher Verlag, 2019, p. 267 b’referenzi għad-dritt nazzjonali.


77      Ara, b’analoġija, fir-rigward tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU 2001, L 75, p. 29) u s-sentenzi tad‑9 ta’ Novembru 2017,  CTL Logistics  (C‑489/15, EU:C:2017:834, punt 87), u tas‑27 ta’ Ottubru 2022, DB Station & Service  (C‑721/20, EU:C:2022:832, punti 60, 80 u 81) (fejn jiġi spjegat li, qabel tittieħed kwalunkwe azzjoni ġudizzjarja, it-tilwim dwar it-tariffi ferrovjarji għandu l-ewwel jiġi sottomess lill-korp regolatorju stabbilit skont id-Direttiva 2001/14).


78      L-Artikolu 2(1) tal-GDPR.


79      Ara, pereżempju, is-sentenzi tas‑6 ta’ Novembru 2003, Lindqvist (C‑101/01, EU:C:2003:596, punt 25) u tat‑13 ta’ Mejju 2014, Google Spain u Google (C‑131/12, EU:C:2014:317, punt 26) (fejn ġie kkonstatat li l-attività li tikkonsisti fit-tqegħid, fuq paġna tal-internet, ta’ data personali għandha titqies li hija pproċessar).


80      Dik l-informazzjoni tista’ tintuża sabiex tidentifika lir-rikorrenti bħala li tikser ir-regoli u b’mod ċar “relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli”, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tal-GDPR.


81      Ara, pereżempju, is-sentenza tas‑6 ta’ Novembru 2003, Lindqvist (C‑101/01, EU:C:2003:596, punt 26).


82      Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fis-sentenza WK (C‑33/22, EU:C:2023:397, punt 78).


83      Dwar ir-rwol tal-Artikolu 165 TFUE, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fis-sentenza Royal Antwerp Football Club (C‑680/21, EU:C:2023:188, punti 48 sa 55).


84      Ara, fuq dan il-punt, Weatherill, S., Saving Football from Itself: Why and How to Re-make EU Sports Law, 24 Cambridge Yearbook of European Legal Studies, Vol. 24, 2022, p. 8 u 9).


85      Sentenzi tal‑15 ta’ Diċembru 1995, Bosman (C‑415/93, EU:C:1995:463, punt 73 et seq); tat‑18 ta’ Lulju 2006, Meca-Medina u Majcen vs Il-Kummissjoni (C‑519/04 P, EU:C:2006:492, punti 22 et seq); tal‑1 ta’ Lulju 2008, MOTOE (C‑49/07, EU:C:2008:376, punti 20 sa 26); tas‑16 ta’ Marzu 2010, Olympique Lyonnais (C‑325/08, EU:C:2010:143, punt 27 et seq); u tat‑13 ta’ Ġunju 2019, TopFit u Biffi (C‑22/18, EU:C:2019:497, punt 27 et seq.) kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Rantos fis-sentenza International Skating Union vs Il-Kummissjoni (C‑124/21 P, EU:C:2022:988, punti 36 sa 43); tal-Avukat Ġenerali Rantos fis-sentenza European Superleague Company (C‑333/21, EU:C:2022:993, punti 39 sa 42); u tal-Avukat Ġenerali Szpunar fis-sentenza Royal Antwerp Football Club (C‑680/21, EU:C:2023:188, punti 34 sa 36).


86      Il-parti rilevanti ta’ din il-premessa taqra kif ġej: “Id-data personali dwar is-saħħa għandha tinkludi d-data kollha dwar l-istat tas-saħħa ta’ suġġett tad-data li tiżvela informazzjoni relatata mal-istat tas-saħħa fiżika jew mentali tas-suġġett tad-data fil-passat, fil-preżent jew fil-ġejjieni. Din tinkludi […] informazzjoni miġbura mill-ittestjar jew l-eżami ta’ parti mill-ġisem jew sustanza tal-ġisem, inkluża dik minn data ġenetika u kampjuni bijoloġiċi.”


87      Ara s-sentenza tas‑6 ta’ Novembru 2003, Lindqvist  (C‑101/01, EU:C:2003:596, punt 50).


88      Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal‑24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data”).


89      Li inizjalment kien abbozzat b’mod saħansitra iktar restrittiv minn dak li jidher fil-verżjoni finali tat-test. Ara, f’dan ir-rigward il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Iskambju ta’ Informazzjoni, “Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data – Abbozz rivedut tal-Kapitoli I u II (dok 6828/13, 26 ta’ Frar 2013, p. 10) (li fih suġġeriment ta’ abbozzar li pprova jirrikjedi li d-data dwar is-saħħa inkwistjoni “tiżvela informazzjoni dwar problemi tas-saħħa sinjifikanti, trattamenti u kundizzjonijiet sensittivi ta’ […] individwu).


90      Ara s-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punt 85 u l-ġurisprudenza ċċitata) (li tistabbilixxi n-natura awtonoma ta’ dan il-kunċett taħt id-dritt tal-Unjoni).


91      Sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punti 77 u 78) (fejn ġie kkonstatat li, b’kuntrast mal-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 95/46, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10 tal-GDPR huwa limitat għall-qasam kriminali biss).


92      Konsegwentement, ma huwiex meħtieġ, għall-finijiet ta’ din il-kawża, li jiġi deċiż jekk ir-rikorrenti kinitx ikkundannata addizzjonalment.


93      Sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punt 87 u l-ġurisprudenza ċċitata).


94      Sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punt 88 u l-ġurisprudenza ċċitata) (li jfakkar li anki reati li ma humiex ikklassifikati bħala “kriminali” skont id-dritt nazzjonali jistgħu jiġu kkonstatati bħala “kriminali”, għall-finijiet tad-dritt tal-Unjoni, abbażi tan-natura intrinsika tar-reat u l-grad ta’ severità tas-sanzjonijiet).


95      Ara s-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504, punt 89) (li tispjega li l-karatteristika intrinsika ta’ sanzjoni “kriminali” ma hijiex sempliċement li ssewwi d-dannu kkawżat).


96      Fuq dan il-punt, jien għalhekk insostni li s-sitwazzjoni preżenti tmur lil hinn mil-linja bażi ġenerali aċċettata fil-ġurisprudenza kemm tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll tas-CAS li, b’mod ġenerali, it-tilwim dixxiplinari relatat mal-isport ma jistax jiġi kklassifikat bħala li għandu natura kriminali. Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tas-CAS, tat‑22 ta’ Awwissu 2011, Stichting Anti-Doping Autoriteit Nederland (NADO) & Koninklijke Nederlandsche Schaatsenrijders Bond (KNSB) vs W. (2010/A/2311 & 2312, punt 33 (fejn ġie kkonstatat li kemm il-liġi Svizzera kif ukoll il-ġurisprudenza tas-CAS ġeneralment iqisu t-tilwim relatat mal-isport bħala ta’ natura ċivili).


97      Il-Gvern Franċiż isemmi s-sentenza tal-QEDB tas‑6 ta’ Novembru 2018, Ramos Nunes de Carvalho e Sá vs Il-Portugall (CE:ECHR:2018:1106JUD005539113, b’mod partikolari §67 (sospensjoni mid-dmirijiet ta’ mħallef għal perijodu konsekuttiv ta’ 240 jum) u §127 (dik is-sospensjoni ma tissodisfax il-limitu kriminali tal-Artikolu 6(1) KEDB).


98      Dan ma jfissirx li l-klabb taċ-ċess ta’ Knin ma huwiex istituzzjoni b’reputazzjoni tajba. Għall-kuntrarju, il-folklor Kroat jgħid li r-Re Kroat medjevali Stjepan Držislav, li ggverna l-ewwel stat Kroat mill-Fortizza ta’ Knin, inqabad f’dak ir-reġjun mid-Doge Venezjan Peter II Orseolo. Sabiex jerġa’ jikseb il-libertà tiegħu, Držislav lagħab partita taċ-ċess ta’ tliet logħbiet kontra d-Doge Venezjan, rebaħ il-logħob kollu, u talli għamel hekk kiseb il-libertà mhux biss għalih innifsu iżda għall-ibliet Kroati kollha tul il-kosta Adrijatika. Biex jiċċelebra r-rebħa tiegħu, Držislav poġġa d-disinn iċċangjat fuq l-arma tiegħu.


99      Ara, għal dan il-għan, is-sentenza tal-QEDB tat‑2 ta’ Ottubru 2018 Mutu u Pechstein vs L-Isvizzera (CE:ECHR:2018:1002JUD004057510, §182) (li tispjega li smigħ pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tal-KEDB, kien meħtieġ peress li l-projbizzjoni ta’ doping ta’ sentejn tar-rikorrenti “involviet grad ta’ stigma u x’aktarx li kienet taffettwa ħażin l-unur u r-reputazzjoni professjonali tagħha”).


100      Ara l-konklużjonijiet tiegħi fis-sentenza Norra Stockholm Bygg (C‑268/21, EU:C:2022:755, punt 81).


101      L-Artikolu 21(3) tal-ADBG.


102      L-Artikolu 23(14) tal-ADBG.


103      Ara, għal dan il-għan, is-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, Fashion ID (C‑40/17, EU:C:2019:629, punt 67 u l-ġurisprudenza ċċitata) (li tispjega li l-kunċett ta’ kontrollur jista’ jikkonċerna lil diversi atturi li jieħdu sehem fl-ipproċessar ta’ data personali).


104      Għal dan il-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet li l-istess operazzjoni ta’ pproċessar tista’ tissodisfa diversi raġunijiet ta’ pproċessar leġittimu. Ara, għal dan il-għan, is-sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2017, Manni (C‑398/15, EU:C:2017:197, punt 42). Ara wkoll is-sentenza tal‑1 ta’ Awwissu 2022, Vyriausioji tarnybinės etikos komisija (C‑184/20, EU:C:2022:601, punt 71) li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li leġittimizzazzjoni waħda hija biżżejjed skont l-Artikolu 6 tal-GDPR.


105      Reviżjoni tal-proporzjonalità hija pass meħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha twettaq sabiex issib li restrizzjoni ta’ dritt fundamentali hija ġġustifikata (Artikolu 52(1) tal-Karta). Fir-rigward tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data, il-prinċipju tal-proporzjonalità huwa ddikjarat mill-ġdid fl-Artikolu 5(1)(c) (il-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data) u fl-Artikolu 6(3) tal-GDPR.


106      Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29, “It-tieni opinjoni 4/2009 dwar l-Istandard Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Privatezza u l-Informazzjoni Personali tal-Aġenzija Dinjija tal-Antidoping (WADA), dwar dispożizzjonijiet relatati tal-Kodiċi tal-WADA u dwar kwistjonijiet oħra ta’ privatezza fil-kuntest tal-ġlieda kontra d-doping fl-isport mill-WADA u organizzazzjonijiet (nazzjonali) kontra d-doping (WP 162, adottata fis‑6 ta’ April 2009, 0746/09/EN) (“Opinjoni 4/2009 tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29).


107      Opinjoni 4/2009 tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29, p. 17, punt 3.6.2.


108      Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà użat dan l-istandard ta’ jekk il-miżura alternattiva tkunx ugwalment effettiva fl-evalwazzjoni tan-neċessità ta’ miżura. Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal‑1 ta’ Awwissu 2022, Vyriausioji tarnybinės etikos komisija  (C‑184/20, EU:C:2022:601, punt 85 u l-ġurisprudenza ċċitata).


109      Ma huwiex possibbli li awtomatikament jittieħdu konklużjonijiet minn kuntest differenti, bħal, pereżempju, dak li kien inkwistjoni fis-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Latvijas Republikas Saeima (Punti ta’ penalità) (C‑439/19, EU:C:2021:504), dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar it-trasgressuri għall-ewwel darba hijiex sproporzjonata (id,, punt 115). F’dik il-kawża, il-pubblikazzjoni ta’ punti ta’ penalità imposti għal ksur tar-regoli tat-traffiku kienet meqjusa bħala li ma kinitx meħtieġa fil-każ ta’ trasgressuri għall-ewwel darba. Madankollu, il-ġustifikazzjoni li fil-kuntest tagħha kienet qedha tiddeċiedi l-Qorti tal-Ġustizzja kienet it-titjib tas-sikurezza fit-toroq (id., punt 107). Tabilħaqq, dawk li jiksru regoli tat-traffiku għall-ewwel darba jistgħu ma jipperikolawx it-traffiku. Madankollu, il-pubblikazzjoni ta’ trasgressuri għall-ewwel darba li jiksru regoli antidoping tista’ titqies bħala neċessarja sabiex tiskoraġġixxi lil sportivi żgħażagħ milli lanqas biss jippruvaw jużaw sustanzi projbiti.


110      Opinjoni 4/2009 tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29, p. 17, punt 3.6.1.


111      L-Artikolu 1(2)(10) tal-ADBG jipprovdi li jitqies bħala reat separat li “persuna oħra” tassisti jew tipprova tassisti lil sportiv sospiż sabiex jevadi l-perijodu ta’ sospensjoni tal-imsemmi sportiv.


112      Opinjoni 4/2009 tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29, p. 17, punt 3.6.2.


113      QEDB, 9 ta’ Marzu 2023, (CE:ECHR:2023:0309JUD003634516).


114      Opinjoni 4/2009 tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29, p. 17, punt 3.6.2.

Top