Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CB0229

    Kawża C-229/22: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Cluj – ir-Rumanija) – NC vs Compania Naţională de Transporturi Aeriene Tarom SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 5(1)(ċ)(iii) – Kumpens u assistenza tal-passiġġieri – Kanċellazzjoni ta’ titjira – Dritt għall-kumpens fil-każ li tiġi offruta rotta differenti – Rekwiżiti – Diverġenza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Rotta differenti li tippermetti li l-passiġġieri jitilqu mhux iktar minn siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat)

    ĠU C 35, 30.1.2023, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 35/21


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Cluj – ir-Rumanija) – NC vs Compania Naţională de Transporturi Aeriene Tarom SA

    (Kawża C-229/22) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(1)(ċ)(iii) - Kumpens u assistenza tal-passiġġieri - Kanċellazzjoni ta’ titjira - Dritt għall-kumpens fil-każ li tiġi offruta rotta differenti - Rekwiżiti - Diverġenza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Rotta differenti li tippermetti li l-passiġġieri jitilqu mhux iktar minn siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat)

    (2023/C 35/24)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Tribunalul Specializat Cluj

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: NC

    Konvenut: Compania Naţională de Transporturi Aeriene Tarom SA

    Dispożittiv

    L-Artikolu 5(1)(ċ)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri kkonċernati għandhom dritt għal kumpens mingħand it-trasportatur tal-ajru konformement mal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, sakemm ma jiġux informati b’din il-kanċellazzjoni inqas minn sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat jekk dan it-trasportatur tal-ajru joffrilhom rotta differenti li tħallihom jitilqu mhux iktar minn siegħa qabel il-ħin tat-tluq skedat u jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom inqas minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla skedat.


    (1)  Data ta’ preżentazzjoni fir-Reġistru: 29.03.2022.


    Top