EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0760

Kawża C-760/22, FP et (Proċess permezz ta’ videokonferenza): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Lulju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – Proċeduri kriminali kontra FP, QV, IN, YL, VD, JF, OL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva (UE) 2016/343 – Dritt ta’ persuna li tkun preżenti waqt il-proċess tagħha – Possibbiltà għal akkużat li jipparteċipa fis-seduti tal-proċess tiegħu permezz ta’ videokonferenza)

ĠU C, C/2024/4932, 19.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4932/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4932/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4932

19.8.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Lulju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – Proċeduri kriminali kontra FP, QV, IN, YL, VD, JF, OL

(Kawża C-760/22  (1) , FP et (Proċess permezz ta’ videokonferenza))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva (UE) 2016/343 - Dritt ta’ persuna li tkun preżenti waqt il-proċess tagħha - Possibbiltà għal akkużat li jipparteċipa fis-seduti tal-proċess tiegħu permezz ta’ videokonferenza)

(C/2024/4932)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali

FP, QV, IN, YL, VD, JF, OL

fil-preżenza ta’: Sofiyska gradska prokuratura

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li akkużat ikun jista’, fuq talba espressa tiegħu, jipparteċipa fis-seduti tal-proċess tiegħu permezz ta’ videokonferenza, b’dan li d-dritt għal smigħ xieraq għandu, barra minn hekk, jiġi ggarantit.


(1)   ĠU C 71, 27.2.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4932/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top