Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0743

    Kawża C-743/22, DISA: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Mejju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – DISA Suministros y Trading SLU (DISA) vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku – Direttiva 2003/96/KE – Artikolu 5 – Dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali – Rata reġjonali tat-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali li tiżdied mar-rata nazzjonali – Rati ddifferenzjati tad-dazji tas-sisa fit-territorju ta’ Stat Membru skont ir-reġjun li fih il-prodott huwa kkonsmat)

    ĠU C, C/2024/4296, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4296/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4296/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/4296

    15.7.2024

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Mejju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – DISA Suministros y Trading SLU (DISA) vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria

    (Kawża C-743/22  (1) , DISA)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku - Direttiva 2003/96/KE - Artikolu 5 - Dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali - Rata reġjonali tat-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali li tiżdied mar-rata nazzjonali - Rati ddifferenzjati tad-dazji tas-sisa fit-territorju ta’ Stat Membru skont ir-reġjun li fih il-prodott huwa kkonsmat)

    (C/2024/4296)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: DISA Suministros y Trading SLU (DISA)

    Konvenut: Agencia Estatal de la Administración Tributaria

    Dispożittiv

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/74/KE tad-29 ta’ April 2004 u bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/75/KE tad-29 ta’ April 2004, b’mod partikolari tal-Artikolu 5 tagħha,

    għandha tiġi interpretata fis-sens li:

    tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza li reġjuni jew komunitajiet awtonomi jistabbilixxu rati ta’ dazji tas-sisa differenti għall-istess prodott u għall-istess użu skont it-territorju fejn il-prodott huwa kkonsmat minbarra fil-każijiet previsti għal dan l-għan.


    (1)   ĠU C 121, 03.04.2023.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4296/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top