EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0631

Kawża C-631/22, Ca Na Negreta: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Jannar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de las Islas Baleares – Espagne) – J.M.A.R. vs Ca Na Negreta SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2000/78/KE – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà – Inċident fuq il-post tax-xogħol – Inkapaċità permanenti totali – Xoljiment tal-kuntratt tax-xogħol – Artikolu 5 – Arranġamenti raġonevoli)

ĠU C, C/2024/1661, 4.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1661/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1661/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1661

4.3.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Jannar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de las Islas Baleares – Espagne) – J.M.A.R. vs Ca Na Negreta SA

(Kawża C-631/22 (1), Ca Na Negreta)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà - Inċident fuq il-post tax-xogħol - Inkapaċità permanenti totali - Xoljiment tal-kuntratt tax-xogħol - Artikolu 5 - Arranġamenti raġonevoli)

(C/2024/1661)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de las Islas Baleares

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J.M.A.R.

Konvenut: Ca Na Negreta SA

fil-prezenza ta’: Ministerio Fiscal

Dispożittiv

L-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, moqri fid-dawl tal-Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll tal-Artikoli 2 u 27 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, konkluża fi New York fit-13 ta’ Diċembru 2006 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-persuna li timpjega tista’ tittermina l-kuntratt tax-xogħol abbażi tal-fatt li l-ħaddiem ikollu inkapaċità permanenti li jwettaq il-kompiti tiegħu skont dan il-kuntratt, minħabba l-okkorrenza, matul ir-relazzjoni tax-xogħol, ta’ diżabbiltà, mingħajr ma l-persuna li timpjega tkun obbligata, qabelxejn, tipprevedi jew iżżomm arranġamenti raġonevoli sabiex dan il-ħaddiem ikun jista’ jżomm l-impjieg tiegħu, jew turi, jekk ikun il-każ, li tali arranġamenti jikkostitwixxu piż sproporzjonat.


(1)   ĠU C 24, 23.1.2023


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1661/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top