Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0598

Kawża C-598/22, Società Italiana Imprese Balneari: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Società Italiana Imprese Balneari Srl vs Comune di Rosignano Marittimo, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia del demanio – Direzione regionale Toscana e Umbria, Regione Toscana (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 49 TFUE – Konċessjonijiet fuq proprjetajiet marittimi fiż-żona tad-dominju pubbliku – Skadenza u tiġdid – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-trasferiment lill-Istat, mingħajr ħlas, ta’ xogħlijiet li ma jistgħux jitneħħew mibnija fiż-żona ta’ dominju pubbliku – Restrizzjoni – Assenza)

ĠU C, C/2024/5195, 2.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5195/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5195/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5195

2.9.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Società Italiana Imprese Balneari Srl vs Comune di Rosignano Marittimo, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia del demanio – Direzione regionale Toscana e Umbria, Regione Toscana

(Kawża C-598/22, Società Italiana Imprese Balneari)  (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 49 TFUE - Konċessjonijiet fuq proprjetajiet marittimi fiż-żona tad-dominju pubbliku - Skadenza u tiġdid - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-trasferiment lill-Istat, mingħajr ħlas, ta’ xogħlijiet li ma jistgħux jitneħħew mibnija fiż-żona ta’ dominju pubbliku - Restrizzjoni - Assenza)

(C/2024/5195)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Società Italiana Imprese Balneari Srl

Konvenuti: Comune di Rosignano Marittimo, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia del demanio - Direzione regionale Toscana u Umbria, Regione Toscana

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix regola nazzjonali li tipprevedi li, fl-iskadenza ta’ konċessjoni ta’ okkupazzjoni tad-dominju pubbliku u fin-nuqqas ta’ stipulazzjoni kuntrarja fl-att ta’ konċessjoni, il-konċessjonarju għandu l-obbligu li jittrasferixxi, immedjatament, mingħajr ħlas u mingħajr kumpens, ix-xogħlijiet li ma jistgħux jitneħħew li wettaq fuq id-dominju konċess anki fil-każ ta’ tiġdid tal-konċessjoni.


(1)   ĠU C 463, 5.12.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5195/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top