This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CA0567
Joined Cases C-567/22 P to C-570/22 P: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 18 April 2024 - Vasile Dumitrescu, Guido Schwarz (C-567/22 P), YT, YU (C-568/22 P), YV (C-569/22 P), ZA (C-570/22 P) v European Commission, European Parliament, Council of the European Union (Appeal – Civil service – Second subparagraph of Article 8(2) of Annex VII to the Staff Regulations of Officials of the European Union – Flat-rate payment of travel expenses from the place of employment to the place of origin – Regulation (EU, Euratom) No 1023/2013 – New calculation rules – Officials whose place of origin is outside the territories of the Member States as well as outside the countries and territories listed in Annex II to the FEU Treaty and the territories of the Member States of the European Free Trade Association (EFTA) – Principle of equal treatment)
Kawżi Magħquda C-567/22 P sa C-570/22 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ April 2024 – Vasile Dumitrescu, Guido Schwarz, (C-567/22 P), YT, YU (C-568/22 P), YV (C-569/22 P), ZA (C-570/22 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell – Servizz pubbliku – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – Ħlas b’rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ impjieg għall-post ta’ oriġini – Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 – Regoli ġodda ta’ kalkolu – Uffiċjali li l-post ta’ oriġini tagħhom jinsab barra mit-territorju tal-Istati Membri jew barra mill-pajjiżi jew territorji elenkati fl-Anness II tat-Trattat FUE jew barra mit-territorju tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)
Kawżi Magħquda C-567/22 P sa C-570/22 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ April 2024 – Vasile Dumitrescu, Guido Schwarz, (C-567/22 P), YT, YU (C-568/22 P), YV (C-569/22 P), ZA (C-570/22 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell – Servizz pubbliku – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea – Ħlas b’rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ impjieg għall-post ta’ oriġini – Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 – Regoli ġodda ta’ kalkolu – Uffiċjali li l-post ta’ oriġini tagħhom jinsab barra mit-territorju tal-Istati Membri jew barra mill-pajjiżi jew territorji elenkati fl-Anness II tat-Trattat FUE jew barra mit-territorju tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)
ĠU C, C/2024/3421, 10.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3421/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/3421 |
10.6.2024 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ April 2024 – Vasile Dumitrescu, Guido Schwarz, (C-567/22 P), YT, YU (C-568/22 P), YV (C-569/22 P), ZA (C-570/22 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawżi Magħquda C-567/22 P sa C-570/22 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Ħlas b’rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ impjieg għall-post ta’ oriġini - Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 - Regoli ġodda ta’ kalkolu - Uffiċjali li l-post ta’ oriġini tagħhom jinsab barra mit-territorju tal-Istati Membri jew barra mill-pajjiżi jew territorji elenkati fl-Anness II tat-Trattat FUE jew barra mit-territorju tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)
(C/2024/3421)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Vasile Dumitrescu, Guido Schwarz (C-567/22 P), YT, YU (C-568/22 P), YV (C-569/22 P), ZA (C-570/22 P) (rappreżentanti: L. Levi u J.-N. Louis, avocats)
Partijiet oħra fil-proċedura: YW, YZ (C-569/22 P), YY (C-570/22 P), Il-Kummissjoni Ewropea (C-567/22 P à C-569/22 P) (rappreżentanti: T. S. Bohr u G. Gattinara, aġenti), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (C-570/22 P) (rappreżentanti: J. Inghelram u A. Ysebaert, aġenti), il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. J. Van Pottelberge, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, X. Chamodraka u T. Verdi, aġenti)
Dispożittiv
1) |
Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Ġunju 2022, Dumitrescu u Schwarz vs Il-Kummissjoni (T-531/16, EU:T:2022:362), tal-15 ta’ Ġunju 2022, YT u YU vs Il-Kummissjoni (T-532/16, EU:T:2022:363), tal-15 ta’ Ġunju 2022, YV et vs Il-Kummissjoni (T-533/16, EU:T:2022:364), kif ukoll tal-15 ta’ Ġunju 2022, YY u ZA vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (T-545/16, EU:T:2022:366), huma annullati sa fejn, permezz tagħhom, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi ta’ Vasile Dumitrescu u Guido Schwarz (T-531/16), YT u YU (T-532/16), YV (T-533/16) kif ukoll ZA (T-545/16) intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea (T-531/16 sa T-533/16) u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (T-545/16) iffissaw għall-ewwel darba fil-konfront tagħhom il-ħlas b’rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar b’applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tagħhom li tirriżulta mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, u sa fejn, permezz ta’ dawn is-sentenzi, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet fuq l-ispejjeż. |
2) |
Il-kumplament tal-appelli huma miċħuda. |
3) |
Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li jiffissaw id-drittijiet ta’ Vasile Dumitrescu u Guido Schwarz fil-qasam tal-ħlas b’rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar b’applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tagħhom li tirriżulta mir-Regolament Nru 1023/2013, fid-dawl ta’ kif dawn id-deċiżjonijiet intwerew fir-rendikonti tar-remunerazzjoni tagħhom tax-xahar ta’ Ġunju 2014, huma annullati. |
4) |
Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li jiffissaw id-drittijiet ta’ YT u ta’ YU fil-qasam tal-ħlas b’rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar b’applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tagħhom li tirriżulta mir-Regolament Nru 1023/2013, fid-dawl ta’ kif dawn id-deċiżjonijiet intwerew fir-rendikonti tar-remunerazzjoni tagħhom tax-xahar ta’ Lulju 2014, huma annullati. |
5) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiffissa d-drittijiet ta’ YV fil-qasam tal-ħlas b’rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar b’applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tagħhom li tirriżulta mir-Regolament Nru 1023/2013, fid-dawl ta’ kif din id-deċiżjoni intweriet fir-rendikont tar-remunerazzjoni tiegħu tax-xahar ta’ Lulju 2014, hija annullata. |
6) |
Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tiffissa id-drittijiet ta’ ZA fil-qasam tal-ħlas b’rata fissa tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar b’applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tagħhom li tirriżulta mir-Regolament Nru 1023/2013, fid-dawl ta’ kif din id-deċiżjoni intweriet fir-rendikont tar-remunerazzjoni tiegħu tax-xahar ta’ Lulju 2014, hija annullata. |
7) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil Vasile Dumitrescu u lil Guido Schwarz, għal dak li jikkonċernahom individwalment, ammont korrispondenti għad-differenza bejn l-ammont tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar diġà rċevuti għas-sena 2014 u dak li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ allowance ikkalkolata għal kull kilometru ta’ distanza ġeografika li tissepara l-post ta’ impjieg tagħhom mill-post ta’ oriġini tagħhom, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali. |
8) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn Vasile Dumitrescu u Guido Schwarz kemm fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-531/16 kif ukoll fil-kuntest tal-appell fil-Kawża C-567/22 P, dawk sostnuti minn YT u YU kemm fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-532/16 kif ukoll fil-kuntest tal-appell fil-Kawża C-568/22 P, u dawk sostnuti minn YV kemm fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-533/16 kif ukoll fil-kuntest tal-appell fil-Kawża C-569/22 P. |
9) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn ZA kemm fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-545/16 kif ukoll fil-kuntest tal-appell fil-Kawża C-570/22 P. |
10) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3421/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)