EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0492

Kawża C-492/22: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew kontra CJ (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 6(2) – Determinazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti – Deċiżjoni ta’ posponiment tal-konsenja adottata minn korp li ma għandux il-kwalità ta’ awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni – Artikolu 23 – Skadenza tat-termini previsti għall-konsenja – Konsegwenzi – Artikolu 12 u Artikolu 24(1) – Żamma taħt detenzjoni tal-persuna rikjesta, għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni – Artikoli 6, 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti fil-proċess tagħha)

ĠU C 35, 30.1.2023, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew kontra CJ

(Kawża C-492/22) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 6(2) - Determinazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti - Deċiżjoni ta’ posponiment tal-konsenja adottata minn korp li ma għandux il-kwalità ta’ awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 23 - Skadenza tat-termini previsti għall-konsenja - Konsegwenzi - Artikolu 12 u Artikolu 24(1) - Żamma taħt detenzjoni tal-persuna rikjesta, għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni - Artikoli 6, 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti fil-proċess tagħha)

(2023/C 35/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CJ

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

id-deċiżjoni li tiġi posposta l-konsenja msemmija f’din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew li, skont l-Artikolu 6(2) ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, għandha tittieħed mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni. Meta tali deċiżjoni ma tkunx ittieħdet minn din l-awtorità u meta t-termini msemmija fl-Artikolu 23(2) sa (4) tal-imsemmija Deċiżjoni Qafas ikunu skadew, il-persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għandha tinħeles, skont l-Artikolu 23(5) tal-istess Deċiżjoni Qafas.

2)

L-Artikolu 12 u l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299, moqrija flimkien mal-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma jipprekludux li persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, li l-konsenja tagħha lill-awtoritajiet tal-Istat Membru emittenti tkun ġiet posposta għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali mibdija kontriha fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, tinżamm taħt detenzjoni hemmhekk, abbażi tal-mandat ta’ arrest Ewropew, sakemm ikunu qed jitmexxew il-proċeduri kriminali inkwistjoni.

3)

L-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299, moqri flimkien mat-tieni u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 47 u mal-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix li l-konsenja ta’ persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew tiġi posposta, għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali mibdija kontriha fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, għas-sempliċi raġuni li hija ma tkunx irrinunzjat għad-dritt tagħha li tkun preżenti quddiem il-qrati aditi fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri.


(1)  ĠU C 368, 26.9.2022.


Top