EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0456

Kawża C-456/22, Gemeinde Ummendorf: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Ravensburg – il-Ġermanja) – VX, AT vs Gemeinde Ummendorf (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tad-data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 82 – Dritt għal kumpens u responsabbiltà – Kunċett ta’ “dannu morali” – Pubblikazzjoni online tal-aġenda tal-laqgħa ta’ kunsill muniċipali li tinkludi data personali – Pubblikazzjoni mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-data – Talba ta’ dawn is-suġġetti intiża għall-kumpens tad-dannu morali)

ĠU C, C/2024/1072, 5.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1072/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1072/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1072

5.2.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Ravensburg – il-Ġermanja) – VX, AT vs Gemeinde Ummendorf

(Kawża C-456/22 (1), Gemeinde Ummendorf)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tad-data personali - Regolament (UE) 2016/679 - Artikolu 82 - Dritt għal kumpens u responsabbiltà - Kunċett ta’ “dannu morali” - Pubblikazzjoni online tal-aġenda tal-laqgħa ta’ kunsill muniċipali li tinkludi data personali - Pubblikazzjoni mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-data - Talba ta’ dawn is-suġġetti intiża għall-kumpens tad-dannu morali)

(C/2024/1072)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Ravensburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VX, AT

Konvenut: Gemeinde Ummendorf

Dispożittiv

L-Artikolu 82(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data),

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali jew prassi nazzjonali li jistabbilixxu “livell de minimis” sabiex jiġi kkaratterizzat dannu morali kkawżat minn ksur ta’ dan ir-regolament. Is-suġġett tad-data huwa obbligat juri li l-konsegwenzi ta’ dan il-ksur li huwa jallega li ġarrab jikkostitwixxu dannu li huwa differenti mis-sempliċi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament.


(1)   ĠU C 359, 19.9.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1072/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top