Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0435

    Kawża C-435/22 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-28 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra HF (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 50 – Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen – Artikolu 54 – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika – Estradizzjoni ta’ ċittadin ta’ Stat terz lejn l-Istati Uniti bis-saħħa ta’ trattat bilaterali konkluż minn Stat Membru – Ċittadin li ġie ikkundannat definittivament għall-istess fatti u li skonta l-piena kollha tiegħu fi Stat Membru ieħor)

    ĠU C 472, 12.12.2022, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 472/24


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-28 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra HF

    (Kawża C-435/22 PPU) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen - Artikolu 54 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika - Estradizzjoni ta’ ċittadin ta’ Stat terz lejn l-Istati Uniti bis-saħħa ta’ trattat bilaterali konkluż minn Stat Membru - Ċittadin li ġie ikkundannat definittivament għall-istess fatti u li skonta l-piena kollha tiegħu fi Stat Membru ieħor)

    (2022/C 472/29)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht München

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    HF

    fil-preżenza ta’: Generalstaatsanwaltschaft München

    Dispożittiv

    L-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il Gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 u li daħlet fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 1995, kif emendata bir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013, moqri fid-dawl tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    jipprekludi l-estradizzjoni, mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru, ta’ ċittadin ta’ Stat terz lejn Stat terz ieħor meta, minn naħa, dan iċ-ċittadin ikun ġie kkundannat definittivament fi Stat Membru ieħor għall-istess fatti bħal dawk imsemmija fit-talba għal estradizzjoni u jkun skonta l-piena mogħtija fih u, min-naħa l-oħra, it-talba għal estradizzjoni tkun ibbażata fuq trattat bilaterali ta’ estradizzjoni li jillimita l-portata tal-prinċipju ta’ ne bis in idem għas-sentenzi mogħtija fl-Istat Membru rikjest.


    (1)  ĠU C 326, 29.8.2022.


    Top