Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0396

    Kawża C-396/22, Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Kundanna fil-kontumaċja): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – fil-proċedura dwar l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Mandat ta’ Arrest Ewropew – Artikolu 4a(1) – Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri – Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni – Raġunijiet għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva – Eċċezzjonijiet – Eżekuzzjoni obbligatorja – Piena mogħtija fil-kontumaċja – Kunċett ta’ “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” – Proċedura ġudizzjarja li tbiddel jew tikkombina pieni mogħtija preċedentement – Deċiżjoni li tistabbilixxi piena globali – Deċiżjoni mogħtija mingħajr ma l-persuna kkonċernata tkun dehret personalment – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi projbizzjoni assoluta ta’ konsenja tal-persuna kkonċernata fil-każ ta’ deċiżjoni mogħtija fil-kontumaċja – Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi)

    ĠU C, C/2024/1379, 19.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1379/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1379/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje C


    C/2024/1379

    19.2.2024

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – fil-proċedura dwar l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew Generalstaatsanwaltschaft Berlin

    (Kawża C-396/22 (1), Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Kundanna fil-kontumaċja)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Mandat ta’ Arrest Ewropew - Artikolu 4a(1) - Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Raġunijiet għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva - Eċċezzjonijiet - Eżekuzzjoni obbligatorja - Piena mogħtija fil-kontumaċja - Kunċett ta’ “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” - Proċedura ġudizzjarja li tbiddel jew tikkombina pieni mogħtija preċedentement - Deċiżjoni li tistabbilixxi piena globali - Deċiżjoni mogħtija mingħajr ma l-persuna kkonċernata tkun dehret personalment - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi projbizzjoni assoluta ta’ konsenja tal-persuna kkonċernata fil-każ ta’ deċiżjoni mogħtija fil-kontumaċja - Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi)

    (C/2024/1379)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Kammergericht Berlin

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Generalstaatsanwaltschaft Berlin

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni”, li jinsab f’din id-dispożizzjoni, ikopri proċedura li wasslet għal sentenza li timponi piena globali, permezz tal-kumulu a posteriori ta’ pieni mogħtija preċedentement, meta, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, l-awtorità li tagħti din is-sentenza ma tistax teżamina mill-ġdid id-dikjarazzjoni ta’ ħtija tal-persuna kkonċernata u lanqas temenda dawn l-aħħar pieni, iżda għandha setgħa diskrezzjonali għad-determinazzjoni mill-ġdid tal-livell ta’ din il-piena globali.

    2)

    L-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, Artikolu 4a(1), għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi din id-dispożizzjoni li teskludi, b’mod ġenerali, il-possibbiltà għal awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena meta l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment fil-kuntest tal-proċess li jkun wassal għad-deċiżjoni kkonċernata, tmur kontra l-imsemmija dispożizzjoni. Qorti nazzjonali għandha, billi tieħu inkunsiderazzjoni d-dritt nazzjonali kollu u billi tapplika metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti minn dan id-dritt, tinterpreta d-dispożizzjonijiet nazzjonali, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tat-test u tal-finalità ta’ din id-deċiżjoni qafas.


    (1)   ĠU C 359, 19.09.2022.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1379/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top