This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CA0086
Case C-86/22, Papier Mettler Italia: Judgment of the Court (Third Chamber) of 21 December 2023 (request for a preliminary ruling from the Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio — Italy) — Papier Mettler Italia Srl v Ministero della Transizione Ecologica, Ministero dello Sviluppo Economico (Reference for a preliminary ruling — Approximation of laws — Environment — Directive 94/62/EC — Packaging and packaging waste — Directive 98/34/EC — Information procedure in the field of technical standards and regulations and of rules on Information Society services — Obligation on the Member States to notify the European Commission of any draft technical regulation — National legislation containing stricter technical rules than those laid down by EU legislation)
Kawża C-86/22, Papier Mettler Italia: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Papier Mettler Italia Srl vs Ministero della Transizione Ecologica, Ministero dello Sviluppo Economico (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Ambjent – Direttiva 94/62/KE – Imballaġġ u skart mill-imballaġġ – Direttiva 98/34/KE – Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Obbligu tal-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea kull abbozz ta’ regolament tekniku – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi regolamenti tekniċi iktar restrittivi minn dawk previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea)
Kawża C-86/22, Papier Mettler Italia: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Papier Mettler Italia Srl vs Ministero della Transizione Ecologica, Ministero dello Sviluppo Economico (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Ambjent – Direttiva 94/62/KE – Imballaġġ u skart mill-imballaġġ – Direttiva 98/34/KE – Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni – Obbligu tal-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea kull abbozz ta’ regolament tekniku – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi regolamenti tekniċi iktar restrittivi minn dawk previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea)
ĠU C, C/2024/1370, 19.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1370/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2024/1370 |
19.2.2024 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Papier Mettler Italia Srl vs Ministero della Transizione Ecologica, Ministero dello Sviluppo Economico
(Kawża C-86/22 (1), Papier Mettler Italia)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Ambjent - Direttiva 94/62/KE - Imballaġġ u skart mill-imballaġġ - Direttiva 98/34/KE - Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Obbligu tal-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea kull abbozz ta’ regolament tekniku - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi regolamenti tekniċi iktar restrittivi minn dawk previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea)
(C/2024/1370)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Papier Mettler Italia Srl
Konvenuti: Ministero della Transizione Ecologica, Ministero dello Sviluppo Economico
fil-preżenza ta’: Associazione Italiana delle Bioplastiche e dei Materiali Biodegradabili e Compostabili – Assobioplastiche
Dispożittiv
1) |
L-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika, kif emendata bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1025/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012, għandhom jiġu interpretati fis-sens li: jipprekludu l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ basktijiet li jintużaw darba biss immanifatturati minn materjali mhux bijodegradabbli u mhux kompostabbli iżda li josservaw ir-rekwiżiti l-oħra stabbiliti fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE tas-7 ta’ Frar 2013 meta din il-leġiżlazzjoni tkun ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni ftit jiem biss qabel l-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tagħha. |
2) |
L-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62, kif emendata bid-Direttiva 2013/2, moqri flimkien mal-Artikolu 9 u mal-Anness II tad-Direttiva 94/62, kif emendata, għandu jiġi interpretat fis-sens li: jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ basktijiet li jintużaw darba biss immanifatturati minn materjali mhux bijodegradabbli u mhux kompostabbli iżda li josservaw ir-rekwiżiti l-oħra stabbiliti f’din id-direttiva. Madankollu, din il-leġiżlazzjoni tista’ tiġi ġġustifikata mill-għan li jiġi żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni tal-ambjent, meta l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 114(5) u (6) TFUE jkunu ssodisfatti. |
3) |
L-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62, kif emendata bid-Direttiva 2013/2, moqrija flimkien mal-Artikolu 9(1) u mal-Anness II tad-Direttiva 94/62, kif emendata, għandu jiġi interpretat fis-sens li: għandu effett dirett, b’tali mod li qorti nazzjonali għandha, f’tilwima bejn individwu u awtoritajiet nazzjonali, tħalli mhux applikata leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur kontra dan l-Artikolu 18. |
4) |
L-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62, kif emendata bid-Direttiva 2013/2, għandu jiġi interpretat fis-sens li: leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ basktijiet li jintużaw darba biss immanifatturati minn materjali mhux bijodegradabbli u mhux kompostabbli iżda li josservaw ir-rekwiżiti l-oħra stabbiliti f’din id-direttiva tista’ tikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju ta’ dan l-Artikolu 18. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1370/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)