This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CA0055
Case C-55/22, Bezirkshauptmannschaft Feldkirch: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 14 September 2023 (request for a preliminary ruling from the Landesverwaltungsgericht Vorarlberg — Austria) — NK v Bezirkshauptmannschaft Feldkirch (Reference for a preliminary ruling — Article 50 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union — Principle ne bis in idem — Final termination of a first set of proceedings brought for an infringement of a provision of national legislation on games of chance — Administrative penalty of a criminal nature imposed for the same acts for an infringement of a different provision of that legislation — First set of proceedings terminated on account of an incorrect legal classification of the offence committed)
Kawża C-55/22, Bezirkshauptmannschaft Feldkirch: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Settembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Vorarlberg – l-Awstrija) – NK vs Bezirkshauptmannschaft Feldkirch (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Għeluq definittiv tal-ewwel proċedura mibdija minħabba ksur ta’ dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-logħob tal-ażżard – Sanzjoni amministrattiva ta’ natura kriminali imposta għall-istess fatti għal ksur ta’ dispożizzjoni oħra ta’ din il-leġiżlazzjoni – L-ewwel proċedura magħluqa minħabba klassifikazzjoni ġuridika żbaljata tal-ksur imwettaq)

ĠU C, C/2023/487, 6.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/487/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2023/487 |
6.11.2023 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Settembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Vorarlberg – l-Awstrija) – NK vs Bezirkshauptmannschaft Feldkirch
(Kawża C-55/22 (1), Bezirkshauptmannschaft Feldkirch)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Għeluq definittiv tal-ewwel proċedura mibdija minħabba ksur ta’ dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-logħob tal-ażżard - Sanzjoni amministrattiva ta’ natura kriminali imposta għall-istess fatti għal ksur ta’ dispożizzjoni oħra ta’ din il-leġiżlazzjoni - L-ewwel proċedura magħluqa minħabba klassifikazzjoni ġuridika żbaljata tal-ksur imwettaq)
(C/2023/487)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Vorarlberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: NK
Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Feldkirch
Dispożittiv
L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn jistabbilixxi l-prinċipju ta’ ne bis in idem, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li sanzjoni ta’ natura kriminali tiġi imposta fuq persuna għal ksur ta’ dispożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tista’ tostakola l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE, meta din il-persuna diġà kienet is-suġġett ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li saret definittiva, mogħtija fi tmiem seduta li kienet tinvolvi miżuri istruttorji, u li wasslet għal-liberazzjoni tal-persuna msemmija għal ksur ta’ dispożizzjoni oħra ta’ din il-leġiżlazzjoni għall-istess fatti.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/487/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)