Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0053

    Kawża C-53/22, VZ (Offerenti definittivament eskluża): Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – VZ vs CA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet – Direttiva 89/665/KEE – Artikolu 1(3) – Interess ġuridiku – Aċċess għall-proċeduri ta’ reviżjoni – Nuqqas professjonali serju minħabba ftehim antikompetittiv – Operatur ieħor li huwa definittivament eskluż mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt ikkonċernat fl-assenza ta’ sodisfazzjon tar-rekwiżiti minimi meħtieġa)

    ĠU C 112, 27.3.2023, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Frar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – VZ vs CA

    (Kawża C-53/22 (1), VZ (Offerenti definittivament eskluża))

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet - Direttiva 89/665/KEE - Artikolu 1(3) - Interess ġuridiku - Aċċess għall-proċeduri ta’ reviżjoni - Nuqqas professjonali serju minħabba ftehim antikompetittiv - Operatur ieħor li huwa definittivament eskluż mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt ikkonċernat fl-assenza ta’ sodisfazzjon tar-rekwiżiti minimi meħtieġa)

    (2023/C 112/14)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: VZ

    Konvenut: CA

    fil-preżenza ta’: RT, BO, Regione Lombardia, Regione Liguria

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tippermettix lil operatur li jipparteċipa fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, minħabba li ma kienx jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni previsti mis-sejħa għal offerti kkonċernata u li r-rikors tiegħu kontra l-inklużjoni ta’ din il-kundizzjoni, f’din is-sejħa għal offerti, ġie miċħud b’deċiżjoni li kisbet il-forza ta’ res judicata, li tikkontesta r-rifjut tal-awtorità kontraenti kkonċernata li tannulla d-deċiżjoni ta’ għoti ta’ dan il-kuntratt pubbliku wara l-konferma, permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, tal-parteċipazzjoni kemm tal-offerent magħżul kif ukoll tal-offerenti l-oħra kollha fi ftehim li jikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni fl-istess settur bħal dak ikkonċernat mill-proċedura għall-għoti tal-imsemmi kuntratt pubbliku.


    (1)  ĠU C 148, 4.4.2022.


    Top