EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0786

Kawża T-786/21: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2021 – Team Beverage vs EUIPO (TEAM BUSINESS IT DATEN – PROZESSE – SYSTEME)

ĠU C 73, 14.2.2022, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 73, 14.2.2022, p. 16–16 (GA)

14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/56


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2021 – Team Beverage vs EUIPO (TEAM BUSINESS IT DATEN – PROZESSE – SYSTEME)

(Kawża T-786/21)

(2022/C 73/71)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Team Beverage AG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spiker, D. Miener u J. Selbmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TEAM BUSINESS IT DATEN – PROZESSE – SYSTEME bil-kuluri blu u griż – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 660 655

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 2185/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top