Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0596

Kawża T-596/21: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2021 – Société Elmar Wolf vs EUIPO – Fuxtec (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ volpi)

ĠU C 462, 15.11.2021, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/55


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2021 – Société Elmar Wolf vs EUIPO – Fuxtec (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ volpi)

(Kawża T-596/21)

(2021/C 462/67)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Société Elmar Wolf (Wissenbourg, Franza) (rappreżentant: N. Boespflug, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fuxtec GmbH (Herrenberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ volpi) – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 339 239 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 2834/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tindika li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni hija simili għat-trade mark preċedenti;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-kumpannija Fuxtec GmbH għall-ispejjeż sostnuti minħabba l-intervent tagħha fil-każ li hija kellha tintervjeni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top