EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0528

Kawża T-528/21: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2021 – Neratax vs EUIPO – Piraeus Bank et (ELLO ERMOL, Ello creamy, ELLO, MORFAT Creamy u MORFAT)

ĠU C 462, 15.11.2021, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/46


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2021 – Neratax vs EUIPO – Piraeus Bank et (ELLO ERMOL, Ello creamy, ELLO, MORFAT Creamy u MORFAT)

(Kawża T-528/21)

(2021/C 462/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Neratax LTD (Nikosija, iċ-Ċipru) (rappreżentant: V. Katsavos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Piraeus Bank SA (Ateni, il-Greċja), National Bank of Greece (Ateni), Eurobank Ergasias SA (Ateni)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ELLO, MORFAT u t-trade marks figurattivi ELLO ERMOL, Ello Creamy, MORFAT Creamy – Trade marks tal-Unjoni Nri 12 549 499 (ELLO), 12 549 821 (MORFAT), 14 715 783 (ELLO ERMOL), 14 722 243 (Ello creamy), 14 715 726 (MORFAT Creamy)

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjonijiet ikkontestati: id-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ġunju 2021 fil-Każijiet R 1295/2020-4, R 1296/2020-4, R 1298/2020-4, R 1299/2020-4, R 1302/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkanċella, tirrevoka u tannulla legalment id-deċiżjonijiet ikkontestati;

tikkonstata u tirrikonoxxi l-proprjetà leġittima tat-trademarks bħala l-proprjetà intellettwali tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-partijiet avversarji għall-ispejjeż sostnuti f’dawn il-proċeduri.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 101 sa 106 TFUE;

Ksur tal-Artikoli 19 sa 29 tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-premessa 7 u tal-Artikolu 17(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.


Top