Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0505

    Kawża T-505/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awissu 2021 – Tinnus Enterprises vs EUIPO – Mystic Products Import & Export (Tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi)

    ĠU C 401, 4.10.2021, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.10.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 401/19


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awissu 2021 – Tinnus Enterprises vs EUIPO – Mystic Products Import & Export (Tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi)

    (Kawża T-505/21)

    (2021/C 401/20)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Tinnus Enterprises LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Wuttke, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mystic Products Import & Export, SL (Badalona, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 1 431 829-0010

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 1003/2018-3

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tibdel id-deċiżjoni kkontestata b’mod illi:

    tilqa’ l-appell tar-rikorrenti,

    tiċħad fl-intier tagħha l-applikazzjoni ICD 10 296 tal-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità intiża li tiddikjara l-invalidità tad-disinn ikkontestat,

    tikkundanna lill-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni;

    tikkundanna lill-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-ispejjeż subiti mir-rikorrenti.

    Motivi invokati

    Ksur tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-24 ta’ Marzu 2021, Lego vs EUIPO – Delta Sport Handelskontor (Blokki tal-bini minn sett ta’ bini tal-ġugarelli) (T-515/19, mhux ippubblikata, EU:T:2021:155);

    Ksur tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tat-8 ta’ Marzu 2018, DOCERAM (C-395/16, EU:C:2018:172);

    Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

    Interpretazzjoni żbaljata tal-applikazzjoni għal privattiva EP 3 005 948 A2 tal-applikazzjoni tad-disinn Komunitarju multiplu Nruo1 431 829-0001-0010 tar-rikorrenti.


    Top