Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0437

    Kawża T-437/21: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2021 – Greenwich Polo Club vs EUIPO – Lifestyle Equities (GREENWICH POLO CLUB)

    ĠU C 401, 4.10.2021, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.10.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 401/13


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2021 – Greenwich Polo Club vs EUIPO – Lifestyle Equities (GREENWICH POLO CLUB)

    (Kawża T-437/21)

    (2021/C 401/15)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Greenwich Polo Club, Inc. (Greenwich, Connecticut, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Zammitt, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lifestyle Equities CV (Amsterdam, il-Pajjiżi Baxxi)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “GREENWICH POLO CLUB” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 791 153

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 300/2020-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u li t-trade mark kontenzjuża tiġi rreġistrata fir-rigward tal-oġġetti kontenzjużi (inklużi l-kumplament tal-oġġetti li fir-rigward tagħhom ma tressaqx appell), u, sussidjarjament, li l-każ jintbagħat lura quddiem l-EUIPO sabiex dan jeżaminah mill-ġdid;

    tordna l-ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti b’rabta mal-appell.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top