This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0432
Case T-432/21: Action brought on 16 July 2021 — Sushi&Food Factor v EUIPO (READY 4YOU)
Kawża T-432/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2021 – Sushi&Food Factor vs EUIPO (READY 4YOU)
Kawża T-432/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2021 – Sushi&Food Factor vs EUIPO (READY 4YOU)
ĠU C 357, 6.9.2021, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 357/31 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2021 – Sushi&Food Factor vs EUIPO (READY 4YOU)
(Kawża T-432/21)
(2021/C 357/47)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Sushi&Food Factor sp. z o.o. (Robakowo, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, radca prawny)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “READY 4YOU” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 209 237
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 2321/2020-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tagħti deċiżjoni definittiva billi tilqa’ r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 209 237; |
— |
sussidjarjament tannulla d-deċiżjoni kkontestata u terġa’ tibgħat il-kawża sabiex din tiġi eżaminata mill-ġdid. |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kif ukoll id-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-EUIPO. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 94(1) u tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 20 u tal-Artikolu 41(1), (2)(a) u (2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ, tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet min-naħa tal-amministrazzjoni, kif ukoll tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament. |