EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0364

Kawża T-364/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2021 – Essity Hygiene and Health vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ werqa)

ĠU C 320, 9.8.2021, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/54


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2021 – Essity Hygiene and Health vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ werqa)

(Kawża T-364/21)

(2021/C 320/60)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrent: Essity Hygiene and Health AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentant: U. Wennermark, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta werqa – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 709 305

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 2196/2017–1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tirrifjuta l-applikazzjoni;

temenda d-deċiżjoni kkontestata billi tilqa’ l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li ma tintlaqax l-applikazzjoni fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 16; u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem l-EUIPO.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 165(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 u tal-Artikolu 36(1)(g) u 36(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.


Top