EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0309

Kawża T-309/21: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2021 – TC vs Il-Parlament

ĠU C 320, 9.8.2021, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/42


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2021 – TC vs Il-Parlament

(Kawża T-309/21)

(2021/C 320/48)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: TC (rappreżentant: D. Aukštuolytės, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Marzu 2021;

tannulla n-nota ta’ debitu Nru. 7010000523 maħruġa mill-Parlament Ewropew fil-31 ta’ Marzu 2021;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv li jallega li l-Parlament, mingħajr ġustifikazzjoni, adotta d-deċiżjoni tiegħu tardivament b’mod irraġonevoli u inġust, billi naqas milli josserva l-prinċipju li għandha tittieħed azzjoni fi żmien raġjonevoli fil-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Artikoli 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’dan il-mod, inkisru d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent b’riżultat tal-bidu tardiv tal-proċeduri ta’ rkupru fil-konfront tiegħu, peress li dak il-perijodu ċaħħdu mill-opportunità li jiddefendi lilu nnifsu b’mod effettiv kontra l-allegazzjonijiet imressqa u milli jressaq il-provi.

2.

It-tieni motiv li jallega li d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, li fuqha kienet ibbażata n-nota ta’ debitu, bħala miżura legali li tolqot lir-rikorrent, kienet adottata bi ksur tal-prinċipji ta’ proċedura imparzjali u ġusta, ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent:

Il-Parlament kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni u d-dritt għal smigħ xieraq tar-rikorrent skont l-Artikolu 41(2)(a) u (c) tal-Karta billi bbaża d-deċiżjoni kkontestata fuq id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li r-rikorrent ma pparteċipax fiha u li ma kellux l-opportunità li jinstema fiha;

Il-Parlament ma pprovdiex lir-rikorrent bil-provi li fuqhom huwa bbaża indirettament id-deċiżjoni kkontestata, u lanqas ma pprovda lir-rikorrent b’informazzjoni neċessarja oħra sabiex ikun jista’ jeżerċita b’mod xieraq id-dritt ta’ smigħ xieraq tiegħu (li jippreżenta osservazzjonijiet) bi ksur tal-Artikolu 41(2)(a) u (b) tal-Karta.

3.

It-tielet motiv, li jallega li l-Parlament wettaq żball ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Parlament naqas milli jevalwa l-provi mressqa mir-rikorrenti li kkonfermaw li l-kwistjonijiet imsemmija mill-assistent quddiem il-Qorti Ġenerali li l-Parlament jibbaża ruħu fuqhom u li abbażi tagħhom inbdew il-proċeduri ta’ rkupru huma żbaljati (jikkonfermaw li l-investigazzjoni nbdiet mingħajr ġustifikazzjoni) u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fl-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta.

4.

Ir-raba’ motiv, li jallega li l-Parlament kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fl-Artikolu 296 TFUE u fl-Artikolu 41(2)(c) tal-karta, sa fejn l-ammont li għandu jitħallas lura kien stabbilit għal EUR 78 838,21. Is-somma li għandha titħallas lura ma ġietx speċifikata fid-dettall, u b’hekk id-deċiżjoni kkontestata tassumi li l-assistent parlamentari qatt ma ħadem għar-rikorrent.

5.

Il-ħames motiv, li jallega li informazzjoni pubblika disponibbli għall-Parlament tikkonferma li l-assistent parlamentari wettaq il-funzjonijiet tiegħu sal-15 ta’ Diċembru 2015, li jindika li ma kienx raġonevoli li jinbdew proċeduri ta’ rkupru tal-fondi u b’hekk id-deċiżjoni għandha tiġi annullata.


Top