Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0195

    Kawża T-195/21: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2021 – Klymenko vs Il-Kunsill

    ĠU C 206, 31.5.2021, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.5.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 206/40


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2021 – Klymenko vs Il-Kunsill

    (Kawża T-195/21)

    (2021/C 206/48)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Klymenko (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: M. Phelippeau, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Ewropa

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara r-rikors ta’ Oleksandr Viktorovytch Klymenko bħala ammissibbli;

    sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrent,

    id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna;

    tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna;

    tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż b’applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 10), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 tal-5 ta’ Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015 L 62, p. 1), safejn dawn l-atti jikkonċernawh, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jikkonċerna b'mod partikolari ir-riferiment fl-atti tal-ġustifikazzjoni tal-fondatezza tal-miżura u tal-verifiki mwettqa fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża kif ukoll tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ żball ta’ evalwazzjoni tal-każ inkwistjoni u ta’ użu ħażin ta’ poter, billi r-rikorrent ipproduċa provi tan-nuqqas ta’ bażi fattwali suffiċjenti li fuqha jista’ jiġi bbażat xi kwalunkwe proċedura kriminali, kif ukoll provi dwar il-ksur tad-drittijiet fundamentali, li minnhom il-Kunsill ma wasal għal ebda konsegwenza.

    3.

    It-tielet motiv, li jallega ksur tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari r-rispett għad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kif ukoll id-dritt għal opportunitajiet ugwali għall-partijiet.

    4.

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali, f’dak l-Artikolu 29 TUE ma jistax ikun il-bażi għall-miżura restrittiva adottata kontra r-rikorrent.


    Top