Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0051

    Kawża T-51/21: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2021 – About You vs EUIPO – Safe-1 Immobilieninvest (Y/O/U YOUR ORIGINAL U)

    ĠU C 98, 22.3.2021, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 98/32


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2021 – About You vs EUIPO – Safe-1 Immobilieninvest (Y/O/U YOUR ORIGINAL U)

    (Kawża T-51/21)

    (2021/C 98/36)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: About You GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Safe-1 Immobilieninvest GmbH (Mauer, l-Awstrija)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “Y/O/U YOUR ORIGINAL U” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 226 918

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2020 fil-Każ R 530/2020-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    iżżomm seduta;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata bil-konsegwenza li l-EUIPO kompletament jirrevoka t-trade mark tal-Unjoni;

    tikkundanna lill-EUIPO, u fil-każ li tintervjeni bil-miktub, lill-parti l-oħra quddiem l-EUIPO, għall-ispejjeż rispettivi tiegħu/tagħhom u għall-kumpens tal-ispejjeż imġarrba mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-proċedimenti ta’ appell quddiem l-EUIPO.

    Motivi invokati

    Ksur tar-rekwiżiti formali tal-provi fir-rigward taċ-ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi;

    Ksur tal-Artikolu 58, flimkien mal-Artikolu 18, u tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u rispettivament flimkien mal-Artikoli 10, 19 u 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.


    Top