Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0038

    Kawża T-38/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2021 – Inivos u Inivos vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 98, 22.3.2021, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 98/29


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2021 – Inivos u Inivos vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-38/21)

    (2021/C 98/33)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Inivos Ltd (Londra, ir-Renju Unit) u Inivos BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Martens u L. Hoet, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni b’data mhux magħrufa sabiex tinfetaħ il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt għax-xiri ta’ ammont sa 200 robot ta’ diżinfezzjoni;

    tannulla d-deċiżjoni b’data mhux magħrufa sabiex jingħata l-Kuntratt Qafas għar-Robots ta’ Diżinfezzjoni għal Sptarijiet Ewropej (Covid-19) lil UVD Robots APS/Kompaï Robotics & Teamnet;

    tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2020 sabiex jiġi konkluż il-Kuntratt Qafas għar-Robots ta’ Diżinfezzjoni għal Sptarijiet Ewropej (Covid-19) ma’ UVD Robots APS/Kompaï Robotics & Teamnet;

    tiddikjara li l-Kuntratt Qafas għar-Robots ta’ Diżinfezzjoni għal Sptarijiet Ewropej (Covid-19), b’mod partikolari l-Kuntratti konklużi bir-referenza FW-00103506 u FW-00103507 huma nulli;

    tiddikjara li l-konvenuta hija responsabbli għal kumpens abbażi tat-telf ta’ opportunità.

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-konvenuta kisret l-Artikoli 160(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju u tal-punt 11 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tal-Anness 1 tar-Regolament Finanzjarju flimkien ma’ ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, peress li l-konvenuta b’mod żbaljat għamlet użu mill-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt għax-xiri ta’ ammont sa 200 robot ta’ diżinfezzjoni, u għalhekk wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    2.

    It-tieni motiv fejn huwa allegat li l-konvenuta kisret, minn naħa, l-Artikoli 61, 160(1) u 167(1) tar-Regolament Finanzjarju flimkien mal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni Ewropea ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni, u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li l-konvenuta u l-offerent li rebaħ il-kuntratt (UVD Robots APS) huma suġġetti għal kunflitt ta’ interessi li jfisser irregolarità serja li tagħmel il-Kuntratt Qafas konkluż wieħed null.

    3.

    It-tielet motiv fejn huwa allegat li l-konvenuta kisret l-Artikolu 160(3) tar-Regolament Finanzjarju, peress li l-għoti tal-Kuntratt Qafas għar-Robots ta’ Diżinfezzjoni għal Sptarijiet Ewropej (Covid-19) lil UVD Robots APS joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.


    Top