Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0692

    Kawża T-692/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2022 – AL vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Investigazzjoni tal-OLAF – Atti tal-OLAF – Identifikazzjoni tal-konvenut – Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju – Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 71, 27.2.2023, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 71/30


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2022 – AL vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-692/21) (1)

    (“Servizz pubbliku - Investigazzjoni tal-OLAF - Atti tal-OLAF - Identifikazzjoni tal-konvenut - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà”)

    (2023/C 71/40)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: AL (rappreżentant: R. Rata, avukata)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr, J. Baquero Cruz u A.-C. Simon, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament, l-ewwel, ta’ diversi atti tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) adottati fil-kuntest ta’ investigazzjoni fil-konfront tiegħu u li permezz tagħhom dan tal-aħħar b’mod partikolari ċaħad żewġ ilmenti li kien għamel kontra r-rapport finali u r-rakkomandazzjonijiet magħmula fl-imsemmija investigazzjoni, it-tieni, tan-nota tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta’ Marzu 2021 li permezz tagħha din informatu bl-intenzjoni tagħha li tirkupra ċerti allowances li kienu ngħatawlu, it-tielet, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2021 li permezz tagħha din iddeċidiet li tirkupra l-imsemmija allowances, ir-raba’, tan-nota interna tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-22 ta’ Jannar 2021 li tirrakkomanda l-ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari fil-konfronti tiegħu u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu materjali u morali li ġarrab minħabba l-irkupru ta’ diversi somom mis-salarju tiegħu matul is-sena 2021 u minħabba t-twettiq allegatament illegali tal-investigazzjoni tal-OLAF kontrih u konsegwenzi li ħolqot.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent magħmula mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    3)

    AL huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

    4)

    Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relatati mat-talba għal intervent.


    (1)  ĠU C 37, 24.1.2022.


    Top