Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0368

Kawża T-368/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2022 – Di Taranto vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“Rikors għal annullament – Dritt istituzzjonali – Kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Regolament (UE) 2017/1939 – Ħatra tal-Prosekuturi Delegati Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Illegalità dderivata – Kandidati maħtura mir-Repubblika Taljana – Ħatra kkontestata quddiem il-qorti nazzjonali – Inammissibbiltà”)

ĠU C 213, 30.5.2022, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 213, 30.5.2022, p. 37–38 (GA)

30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2022 – Di Taranto vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

(Kawża T-368/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew - Regolament (UE) 2017/1939 - Ħatra tal-Prosekuturi Delegati Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew - Illegalità dderivata - Kandidati maħtura mir-Repubblika Taljana - Ħatra kkontestata quddiem il-qorti nazzjonali - Inammissibbiltà”)

(2022/C 213/54)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Di Taranto (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: G. Pellegrino, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (rappreżentanti: L. De Matteis u T. Gut, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kulleġġ ta’ Prosekuturi Ewropej Nru 34/2021 tat-3 ta’ Mejju 2021 li taħtar ħmistax-il Prosekutur Delegat Ewropew ta-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fir-Repubblika Taljana.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Alessandro Di Taranto huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 368, 13.9.2021.


Top