Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0331

    Kawża T-331/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2022 – mBank vs EUIPO – European Merchant Bank (EMBANK European Merchant Bank) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem l-iskop tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 284, 25.7.2022, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 284/34


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2022 – mBank vs EUIPO – European Merchant Bank (EMBANK European Merchant Bank)

    (Kawża T-331/21) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem l-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    (2022/C 284/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: mBank S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło Tefelska u K. Gajek, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Frydendahl u E. Markakis, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: European Merchant Bank UAB (Vilnjus, il-Litwanja) (rappreżentant: G. Pranevičius, avukat)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Marzu 2021 (Każ R 1845/2020-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejnha u l-intervenjenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

    2)

    L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 320, 9.8.2021.


    Top