Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0248

    Kawża T-248/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2022 – Fibrecycle vs EUIPO (BACK-2-NATURE) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Għajbien tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 284, 25.7.2022, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 284/33


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2022 – Fibrecycle vs EUIPO (BACK-2-NATURE)

    (Kawża T-248/21) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Għajbien tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    (2022/C 284/42)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Fibrecycle Pty Ltd (Helensvale, l-Awstralja) (rappreżentant: T. Stein, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2021 (Każ R 1699/2020-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali BACK-2-NATURE.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

    2)

    L-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 252, 28.6.2021.


    Top