Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0701

    Kawża T-701/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – Allessa vs EUIPO – Dumerth (CASSELLAPARK) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CASSELLAPARK – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru distintiv – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Assenza ta’ trade mark ta’ natura li tqarraq bil-pubbliku – Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001”)

    ĠU C 35, 30.1.2023, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 35/55


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – Allessa vs EUIPO – Dumerth (CASSELLAPARK)

    (Kawża T-701/21) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CASSELLAPARK - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Assenza ta’ trade mark ta’ natura li tqarraq bil-pubbliku - Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001”)

    (2023/C 35/65)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Allessa GmbH (Franfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Fröhlich, M. Hartmann u H. Lerchl, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez u D. Hanf, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Carim Dumerth (Francfort-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Wieland u C. Corbet, avukati)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Awwissu 2021 (Każ R 1043/2020-5).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Alessa GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 2, 3.1.2022.


    Top