Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0628

    Kawża T-628/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2022 – Tequila Revolución vs EUIPO – Horizons Group (London) (Revolution Vodka) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Revolution Vodka – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea TEQUILA REVOLUCIÓN – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ użu ġenwin – Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001”)

    ĠU C 303, 8.8.2022, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 303/44


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2022 – Tequila Revolución vs EUIPO – Horizons Group (London) (Revolution Vodka)

    (Kawża T-628/21) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Revolution Vodka - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea TEQUILA REVOLUCIÓN - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ użu ġenwin - Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001”)

    (2022/C 303/55)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Tequila Revolución S.A.P.I. De C.V. (Mexico, il-Messiku) (rappreżentant: M. Pomares Caballero, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pétrequin u V. Ruzek, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Horizons Group (London) Ltd (Reading, ir-Renju Unit)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u r-riforma tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Lulju 2021 (Każ R 2266/2020-5).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud..

    2)

    Tequila Revolución S.A.P.I. De C.V. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 490, 6.12.2021.


    Top