Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0515

    Kawża T-515/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – Zeta Farmaceutici vs EUIPO – Specchiasol (EUPHYTOS) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea EUPHYTOS – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti EuPhidra – Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 56(2) u Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 64(2) u l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Perijodi rilevanti – Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Kwalifika ta’ provi ġodda jew addizzjonali – Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001 – Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625”)

    ĠU C 35, 30.1.2023, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 35/52


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2022 – Zeta Farmaceutici vs EUIPO – Specchiasol (EUPHYTOS)

    (Kawża T-515/21) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea EUPHYTOS - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti EuPhidra - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 56(2) u Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 64(2) u l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Perijodi rilevanti - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Kwalifika ta’ provi ġodda jew addizzjonali - Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001 - Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625”)

    (2023/C 35/61)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Zeta Farmaceutici SpA (Vicenza, l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica, F. Fischetti u F. De Bono, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Scardocchia, J. Crespo Carrillo u D. Hanf, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Specchiasol Srl (Bussolengo, l-Italja)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 2094/2019-1).

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 2094/2019-1) hija annullata.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Farmaceutici SpA.


    (1)  ĠU C 422, 18.10.2021.


    Top