EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0487

Kawża T-487/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – Neoperl vs EUIPO (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta inserzjoni sanitarja ċilindrika – Trade mark ta’ pożizzjoni li tintmiss – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi – Eżami ex officio – Eżami mill-Bord tal-Appell tal-karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Sinjal li jista’ jikkostitwixxi trade mark tal-Unjoni Ewropea – Assenza ta’ rappreżentazzjoni grafika preċiża u kompleta fiha nnifisha tal-impressjoni li tintmiss prodott mis-sinjal – Artikolu 4 u Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (CE) 207/2007 [li saru l-Artikolu 4 u l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

ĠU C 35, 30.1.2023, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – Neoperl vs EUIPO

(Kawża T-487/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta inserzjoni sanitarja ċilindrika - Trade mark ta’ pożizzjoni li tintmiss - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi - Eżami ex officio - Eżami mill-Bord tal-Appell tal-karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Sinjal li jista’ jikkostitwixxi trade mark tal-Unjoni Ewropea - Assenza ta’ rappreżentazzjoni grafika preċiża u kompleta fiha nnifisha tal-impressjoni li tintmiss prodott mis-sinjal - Artikolu 4 u Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (CE) 207/2007 [li saru l-Artikolu 4 u l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2023/C 35/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Neoperl AG (Reinach, l-Isvizzera) (rappreżentant: U. Kaufmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Klee u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 2327/2019-5).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (Każ R 2327/2019-5) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 391, 27.9.2021.


Top