EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0360

Kawża T-360/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2024 – Portigon vs SRB (“Unjoni ekonomika u monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) – Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2021 – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Bażi legali tar-Regolament Nru 806/2014 – Artikolu 114 TFUE – Ugwaljanza fit-trattament – Marġni ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni – Marġni ta’ evalwazzjoni tas-SRB – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

ĠU C, C/2024/4320, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4320/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4320/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4320

15.7.2024

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2024 – Portigon vs SRB

(Kawża T-360/21)  (1)

(Unjoni ekonomika u monetarja - Unjoni bankarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) - Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) - Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2021 - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Bażi legali tar-Regolament Nru 806/2014 - Artikolu 114 TFUE - Ugwaljanza fit-trattament - Marġni ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni - Marġni ta’ evalwazzjoni tas-SRB - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(C/2024/4320)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Portigon AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Bliesener, V. Jungkind u C. van Kampen, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: J. Kerlin u D. Ceran, aġenti, assistiti minn B. Meyring, T. Klupsch u S. Ianc, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: U. Rösslein, M. Menegatti u G. Bartram, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Bauerschmidt, J. Haunold u A. Westerhof Löfflerová, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti qiegħda titlob l-annullament tad-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2021 sa fejn din tikkonċerna lilha.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2021 hija annullata sa fejn tikkonċerna lil Portigon AG.

2)

L-effetti tad-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22, sa fejn din tikkonċerna lil Portigon AG, għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, ta’ deċiżjoni ġdida tas-SRB li tiddetermina l-kontribuzzjoni ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni ta’ din l-istituzzjoni għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni 2021.

3)

Is-SRB għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Portigon AG.

4)

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)   ĠU C 320, 9.8.2021.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4320/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top