Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0223

    Kawża T-223/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2023 – SE vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Reklutaġġ – Kuntratt ta’ reklutaġġ – Artikolu 2(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Ċaħda ta’ kandidatura – Promozzjoni – Riklassifikazzjoni – Kuntratt ġdid – Skadenza tal-kuntratt – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 10(3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Żball ta’ liġi – Ugwaljanza fit-trattament – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà”)

    ĠU C 296, 21.8.2023, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 296/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2023 – SE vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-223/21) (1)

    (“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Kuntratt ta’ reklutaġġ - Artikolu 2(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Ċaħda ta’ kandidatura - Promozzjoni - Riklassifikazzjoni - Kuntratt ġdid - Skadenza tal-kuntratt - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 10(3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Żball ta’ liġi - Ugwaljanza fit-trattament - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà”)

    (2023/C 296/31)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: SE (rappreżentant: L. Levi, avukata)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr, L. Vernier u I. Melo Sampaio, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ Awwissu 2020 li tiċħad il-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni vakanti ppubblikata bir-referenza COM/2020/1474 u tat-tweġiba tat-28 ta’ Ottubru 2020 għat-talba tiegħu bbażata fuq l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u dwar l-eliġibbiltà tiegħu għal promozzjoni, klassifikazzjoni mill-ġdid u assenjazzjoni f’pożizzjoni oħra u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li huwa allegatament ġarrab minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ Awwissu 2020 li tiċħad il-kandidatura ta’ SE għall-pożizzjoni vakanti ppubblikata bir-referenza COM/2020/1474 hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas lil SE s-somma ta’ EUR 10 000 bħala kumpens għad-dannu materjali mġarrab.

    3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    4)

    Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 278, 12.7.2021.


    Top