This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TA0214
Case T-214/21: Judgment of the General Court of 5 October 2022 — Múka v Commission (Access to documents — Regulation (EC) No 1049/2001 — Documents relating to State aid control procedures — Refusal to grant access — Third indent of Article 4(2) of Regulation No 1049/2001 — Exception relating to the protection of the purpose of inspections, investigations and audits — General presumption of non-disclosure — Overriding public interest)
Kawża T-214/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 – Múka vs Il-Kummissjoni (“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti relatati ma’ proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat – Rifjut ta’ aċċess – It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar – Interess pubbliku superjuri”)

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 472/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2022 – Múka vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-214/21) (1)
(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat - Rifjut ta’ aċċess - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu - Preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar - Interess pubbliku superjuri”)
(2022/C 472/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ondřej Múka (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Kočí, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali, minn naħa, tannulla l-ittra tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Ottubru 2020 li tirrifjuta t-talba inizjali tiegħu għal aċċess, tas-17 ta’ Settembru 2020, għad-dokumenti li din kienet skambjat mar-Repubblika Ċeka u d-deċiżjoni C(2021) 1320 final tal-21 ta’ Frar 2021 li tiċħad l-applikazzjoni konfermatorja tiegħu għal aċċess, tat-12 ta’ Novembru 2020, għall-imsemmija dokumenti, u, min-naħa l-oħra, tordna lill-Kummissjoni tipprovdih bid-dokumenti u bl-informazzjoni kollha msemmija fit-talba tiegħu tas-17 ta’ Settembru 2020.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ondřej Múka huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |